Friday 7th October 2011
It-43 laqgha tal-istagun 2011 – id-9 t’ Ottubru

minn Magnat

Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd 8 t’Ottubru mis-2pm ‘il quddiem.

Il-programm jinkludi tigrija tal-galopp u seba’ tigrijiet tat-trott. Iz-zwiemel tat-trott se jikkompetu mill-gdid fuq distanza ta’ 2,140m filwaqt li dawk tal-galopp jigru fuq 1,750m.

Wara l-bidu tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier il-gimgha l-ohra, l-attenzjoni taghna issa ddur fuq il-klassijiet l-ohra li se jikkompetu f’tigrijiet li jwasslu ghal finali, wkoll sponsorjati minn Cassar Fuels.

Xi finalisti se jinghazlu din il-gimgha bl-ohrajn johorgu mit-tigrijiet tal-gimgha d-diehla. It-tigrijiet tal-klassi Copper u tal-klassi Gold se jwasslu lill-ewwel tlett zwiemel fil-finali, bl-ewwel tnejn jikkwalifikaw minn kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver.

It-tigrijiet kollha huma bbilancjati u fihom se jiehdu sehem numru ta’ zwiemel li ghaddejjin minn forma tajba. It-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd tinkludi zwiemel bhal No Comprendo u Lacoste I.T. li t-tnejn gejjin minn rebhiet il-gimgha l-ohra, Lys des Etroits li gej minn rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Kejser Flamingo li spicca t-tieni gimghatejn ilu u hafna ohrajn.

Il-klassi Silver tinkludi zwiemel bhal Orlando Dix, Navaroso de Khepri, Must du Buisson u ohrajn li kellhom prestazzjonijiet tajba dan l-ahhar, kif ukoll erba’ debuttanti, cioe’ Darco As (GER), Lass Highland (SE), Orio de Marancourt (FR) u Pedros au Top (FR). (Ghall-precizjoni, ninnutaw ukoll li Surprise Lania (SE) ghamel id-debutt tieghu il-gimgha l-ohra fil-klassi Gold meta dahal bhala riserva.)

Ghandha wkoll zewg tigrijiet “normali” tal-klassi Premier fuq il-programm. F’dawn se naraw xi zwiemel popolari jaghmlu r-ritorn taghhom fil-korsa, bhar-rebbieh tal-Prix de Vincennes Master Perrine, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fit-Tazza Sette Giugno Energy Launcher u ohrajn, xi zwiemel tat-trott li rregistraw prestazzjonijiet tajbin dan l-ahhar bhar-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf Major Chaleonnais, Skip Dimanche, Niky du Donjon u Energy As, kif ukoll id-debuttant Norton Journeau (FR).

It-tigrija tal-galopp ghandha toghma mill-aktar internazzjonali, billi tinkludi sitt zwiemel tal-galopp tal-Klassi B gejjin minn Franza, l-Gran Brettanja, l-Italja u l-iStati Uniti. Numru minnhom qed ifittxu l-ewwel rebha taghhom f’Malta filwaqt li ohrajn qed jissieltu biex jirregistraw l-ewwel rebha f’aktar minn hames xhur.

Ghalhekk din il-laqgha tinkludi xi haga ghal kulhadd, bil-varjeta’ tkun il-karatteristika principali taghha.

L-ahhar laqghat

L-attrazzjonijiet principali tal-ahhar zewg laqghat kienu l-erba heats mill-Kampjonat tal-Harifa sponsorjat minn Cassar Fuels, li kienu kollha ferm missielta fuq distanza ta’ 2,140m.

Fl-ewwel heat nhar il-Gimgha, il-favorit Carnegie Hall ha l-kmand kmieni fit-tigrija u rnexxielu jzommu sal-ahhar minkejja l-attakk fid-dritta finali ta’ Oscarina li spiccat fit-tieni post. B’hekk huwa rregistra t-tielet rebha stagjonali f’hin tajjeb ta’ 1’16’1 fil-kilometru. Mica Bonero, Lover Boy Index u Lou Petiot ikkwalifikaw ukoll ghas-semi-finali minn din il-heat.

Skip Dimanche kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tieni heat izda sofra l-attakki ta’ diversi ziemel fl-ahhar parti tat-tigrija. L-ewwel seba’ zwiemel spiccaw prattikament fi grupp wiehed. Ir-rebha marret ghal Solid Lady Spin (l-ewwel rebha taghha f’Malta) quddiem Happiness Photo, Le Coup de Foudre, Norman d’Avril u Milord Barbes li kollha kkwalifikaw ghas-semi-finali.

Nhar il-Hadd, l-ewwel heat irrizultat f’rebha b’margni minimu ghal Keelan (li wkoll ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta) minn Livi Cantona. Joker C.N. li kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija spicca t-tielet, bil-bqija tal-postijiet fis-semi-finali jehduhom Troy Boshoeve u Key Value.

Hin tajjeb hafna ta’ 1’15’6 fil-kilometru gie rregistrat fl-ahhar heat mir-rebbieh Flash Coger li ddomina t-tigrija kollha. Lipouz Lesmelchen kellu tmiem qawwi biex ha t-tieni post, b’Nabab des Corvees, Mentor de l’Iton u Lord The Best jkunu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw.

Kellna wkoll diversi hinijiet ohra tajbin matul l-ahhar laghat. Dawn jinkludu l-1’16’6 fil-kilometru rregistrat minn Flying As fil-Klassi Silver, il-1’16’7 fil-kilometru maghmul minn No Comprendo fil-Klassi Gold u l-1’16’8 fil-kilometru rregistrat minn Label Chouan fil-Klassi Silver.

Interessanti ninnutaw li ghal-laqgha tal-Hadd attendiet delegazzjoni mill-Association Nationale De Le Seignuer de Course Franciza, li hija komposta minn “trainers”, sewwieqa u sidien irtirati ta’ zwiemel tat-trott Francizi u li kienu mistiedna tal-Malta Racing Club. Din id-delegazzjoni pprezentat rikordji tal-okkazjoni u xampanja lis-sidien taz-zwiemel rebbieha tal-heats tal-Kampjonat tal-Harifa.

Rizultati tat-testijiet tad-doping

Ninnutaw bi pjacir li l-Malta Racing Club ircieva tlett rizultati ta’ testijiet tad-doping li kkonfermaw li z-zwiemel partikolari kienu nodfa minn sustanzi projbiti. Dawn ir-rizultati jirreferu ghal tigrijiet li nzammu fid-9 ta’ Settembru 2011.

Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Cheeky Jack, Indian Attack u Netter Williams.

Nawguraw li jkompli jkollna aktar rizultati nodfa fit-testijiet tad-doping fil-futur.

Il-kalendarju tat-tigrijiet

Filwaqt li kont qed inhares lejn il-kalendarju zghir u komdu mahrug dan l-ahhar mill-Malta Racing Club, ma stajtx ma nahsibx dwar l-isfida li jiffaccja min ghandu d-dmir li jippjana kalendarju bhal dan. L-ewwelnett hija haga tajba li dan gie ppubblikat kmieni, sabiex javza minn kmieni lis-sidien u lil dawk li jharrgu z-zwiemel bl-appuntamenti li gejjin u jippermettilhom li jippreparaw iz-zwiemel taghhom kif jixraq.

Li wiehed jiffissa numru xieraq ta’ laqghat, li jkollu numru adattat ta’ kitbiet, li jaghzel distanzi tat-tigrijiet differenti ghal laqghat differenti filwaqt li jzomm f’mohhu l-appuntamenti tat-tigrijiet li gejjin u jipprova jhalli spazju ghal tigrijiet bil-partecipazzjoni ta’ sewwieqa Maltin u barranin mhux haga facli.

Barra minn hekk, iridu jigu organizzati numru ta’ kampjonati kemm ghal zwiemel tat-trott kif ukoll ghal dawk tal-galopp, iridu jinstabu bizzejjed “sponsors” ghalihom, jigi identifikat l-ahjar zmien biex jinzammu u d-distanzi rispettivi, kif ukoll jithalla bejniethom bizzejjed spazju kemm jista’ jkun sabiex sabiex il-partecipanti jkunu jistghu jirkupraw.

Il-kampjonati tipikament izidu l-interess ta’ kulhadd fl-isport taghna u ghalhekk hija haga tajba li jkollna numru mdaqqas minnhom. Qed naraw ukoll numru ta’ kampjonati li jinzammu sena wara l-ohra, biex b’hekk jizdied il-prestigju assocjat mal-kampjonat partikolari hekk kif naraw l-isem tar-rebbieh ta’ din is-sena jitnaqqax fil-lista tal-unuri u jinghaqad mar-rebbieha tas-snin li ghaddew.

In-numru ta’ kampjonati disponibbli jista’ jfisser li dawn isegwu lil xulxin minghajr wisq distakk bejniethom, u ghalhekk, bhal ma kien il-kaz ta’ numru ta’ zwiemel fil-Kampjonat tal-Harifa, is-sidien u dawk li jharrgu z-zwiemel ghandhom il-facilita’ li jiddeciedu bil-quddiem liema kampjonati huma l-aktar adattati ghaz-zwiemel taghhom u ghall-istat ta’ sahha kurrenti taghhom u li jippjanaw it-tahrig u l-preparazzjoni taghhom b’mod li jippermettilhom jilhqu l-aqwa taghhom fil-kampjonati maghzula.

Din mhix xi haga unika ghal Malta izda tigri wkoll barra minn Malta.

Li jkollna kalendarju li jinkludi numru sabih ta’ kampjonati fuq distanzi differenti, filwaqt li jsib l-appogg ta’ sponsors differenti, hija haga ta’ min ifahharha ghaliex tipprovdi lil zwiemel differenti b’opportunitajiet diversi biex jibbrillaw, biex b’hekk tizdied il-kompetizzjoni u l-varjeta’ fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Nawgurawlkom ilkoll laqghat ohra interessanti nhar il-Hadd li gej.

Ritratt: SOLID LADY SPIN QUDDIEM HAPPINESS PHOTO