Wednesday 12th October 2011
Il-41 u t-42 laqgha tal-istagun 2011 – it-30 ta’ Settembru u t-2 t’ Ottubru

minn Magnat

Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; laqgha nhar il-Gimgha (14 t’ Ottubru) u ohra l-Hadd (16 t’ Ottubru).

Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-7pm u tinkludi 8 tigrijiet filwaqt li dik tal-Hadd tibda’ fis-2pm u ghandha 9 tigrijiet. Kollha huma riservati ghaz-zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, hlief ghal tigrija tal-galopp fil-programm tal-Gimgha li tingera fuq 1,750m.

L-attenzjoni tkun iffukata l-aktar fuq iz-zewg semi-finali mill-Kampjonat tal-Harifa sponsorjat minn Cassar Fuels, li jinzammu wahda f’kull laqgha. Ghaxar zwiemel tat-trott mistennija jiehdu sehem f’kull wahda.

L-ewwel wahda tinkludi fost ohrajn zwiemel bhal Keelan u Solid Lady Spin li rebhu l-heats rispettivi taghhom u Lipouz Lesmelchen, Livi Cantona u Oscarina li spiccaw fit-tieni post, izda biz-zwiemel l-ohra kollha jkunu wkoll daqstant validi. It-tieni semi-finali tara zwiemel bhal Carnegie Hall u Flash Coger rebbieha tal-heats taghhom, Happiness Photo li spicca fit-tieni post u seba’ zwiemel ohra f’forma tajba.

Il-kumplament tat-tigrijiet tat-trott huma wkoll semi-finali tal-klassijiet l-ohra, bi tlett tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Copper u Gold (l-ewwel tlett zwiemel minn kull tigrija jghaddu ghall-finali) u erbgha ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver (ir-rebbieh u dak li jispicca fit-tieni post f’kull tigrija jikkwalifikaw ghall-finali).

It-tigrijiet kollha huma ferm ibbilancjati u nistennew tmiem kumbattuti. Per ezempju, it-tigrijiet tal-klassi Gold jinkludu diversi zwiemel tat-trott interessanti, bhal Magnifique Sablais (rebbieh ta’ seba’ tigrijiet din is-sena), Maitre des Bannes u Zerbin (rebbieha ta’ l-ahhar tigrija taghhom), Lime Casted (rebbieh ta’ tnejn mill-ahhar tlett hargiet tieghu), Nacarat Campbell (rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Gold), Kingpin La Marc (rebbieh tal-finali tal-klassi Gold fl-Equestrian Festival) u hafna ohrajn.

Tlett zwiemel tat-trott huma miktuba biex jiddebuttaw fil-klassi Gold, cioe’ Beckham Bob (SE), Touch The Diamond (GER) u Go D. Samara (SE). Interessanti ninnutaw li din ta’ l-ahhar minkejja li ghandha biss 6 snin, diga’ rebhet SEK477,300 fi flus, b’erba’ rebhiet u diversi pjazzamenti u l-aqwa hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq 1,640m. Fost l-aqwa prestazzjonijiet taghha fl-ahhar sena, nsibu pjazzamenti fit-tieni, t-tielet u r-raba’ post fuq distanzi li jvarjaw bejn 1,640m u 2,180m.

Id-debuttant l-iehor fost iz-zwiemel tat-trott huwa West Life (SE) fil-klassi Silver.

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A ghandha numru zghir ta’ 5 partecipanti, izda tinkludi zwiemel ta’ kwalita’ bhar-rebbieha ta’ dan l-ahhar Cheeky Jack u Fyelehk, ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-2009 u l-2010 Just The Best, Pride of India li rebah tigrija iktar kmieni dan l-istagun u d-debuttant Prince Yarraman (IR).

Bla dubju, dawn huma zewg laqghat li mhux ta’ min jitlifhom …

L-ahhar laqgha

Il-laqgha li kellna nhar il-Hadd li ghadda nzammet f’temp imsahhab izda li baqa’ tajjeb bizzejjed biex isir il-programm ta’ tmien tigrijiet. L-attrazzjonijiet ewlenin kienu zewg tigrijiet tal-klassi Premier u numru ta’ tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni ghall-finali ghall-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, Arifant ha l-kmand kmieni fit-tigrija izda malajr inqabez mill-favorit Major Chaleonnais li ddomina l-kumplament tat-tigrija u l-kmand tieghu qatt ma gie mhedded. Huwa ha l-hames rebha stagjonali tieghu b’distakk konsiderevoli f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m. Bonus Kall spicca fit-tieni post f’hin iehor tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru, segwit minn Arnie Sensation u Arifant.

Fit-tieni tigrija tal-klassi Premier Noble d’Ete zied il-velocita’ tieghu fid-dritta tal-faccata biex sfida u fl-ahhar irnexxielu jeghleb lil Niky du Donjon b’nofs tul biex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta. Energy Launcher u Dialect Af Prinfo spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Kellna tmiem iehor eccitanti fit-tigrija tal-klassi Gold meta Lucky Fan u Kejser Flamingo sprintjaw flimkien fid-dritta finali, bil-photo-finish jaghti l-ewwel rebha stagjonali lil dan ta’ l-ewwel.

It-tigrijiet l-ohra tat-trott intrebhu minn Nashville Victory (klassi Copper), Above Roland (klassi Bronze) u Charlie Smitt u Odelvio (klassi Silver).

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi B rat lil Virginia Med tiehu vantagg tajjeb kmieni fit-tigrija izda fl-ahhar nofs dawra ma setghetx tirrezisti l-attakk qawwi ta’ Ollie Fliptrik b’dan ta’ l-ahhar jiehu r-raba’ rebha stagjonali tieghu b’distakk komdu.

Rizultati ta’ testijiet tad-doping

Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva zewg rizultati ta’ testijiet tad-doping li jirreferu ghal tigrijiet li nzammu fid-9 ta’ Settembru 2011.

Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Natif de Salvi li r-rizultat tieghu kkonferma li kien nadif minn sustanzi projbiti. Sfortunatament ir-rizultat l-iehor irrapporta sustanzi projbiti ta’ Categorija 3 fil-konfront taz-ziemel tal-galopp Pride of India.

Parti mill-familja?

Dan l-ahhar habib tieghi kien qed ighidli li hafna snin ili, missieru kien sid ta’ ziemel tat-trott popolari f’Malta. Wara dawn is-snin kollha kien ghadu kapaci jiddeskrivi b’mod car il-kulur u l-karatteristici taz-ziemel u whud mill-kompetituri ewlenin tieghu kif ukoll is-sidien rispettivi taghhom. Anki jien niftakar tajjeb lil dak iz-ziemel u kien tassew ziemel ta’ kwalita’.

Siehbi zied ighidli kemm kienet tkun kburija l-familja kollha bis-successi taz-ziemel fit-tigrijiet u l-qalb kbira tieghu li kienet iggieghlu jaghti l-aqwa tieghu f’kull tigrija.

Izda semma wkoll kemm kienu jinkwetaw meta kien ikun imwegga’ u l-fatt li qatt ma hadu riskji f’cirkustanzi bhal dawn. Kienu jserrhu liz-ziemel u jaghtuh il-kura necessarja. Huwa kkummenta li z-zwiemel huma bhal bicca kristall, kreaturi sbieh izda ferm delikati u fragli.

B’mod partikolari huwa rrakkonta d-dieqa li hassew meta miet iz-ziemel taghhom li huma kienu jikkunsidrawh bhala membru tal-familja u li ghadhom jiftakruh sal-lum.

Bqajt nahseb fuq din il-konversazzjoni semplici u hsibt kemm probabbli storja bhal din hija wahda komuni fost is-sidien taz-zwiemel Maltin. Hija ezempju tajjeb tal-ghozza li hafna minna jhossu ghaz-zwiemel taghna. Ma nkunux nezageraw meta nghidu li ghal hafna, dawn isiru bhal parti mill-familja; mhux oggett, izda kreatura li hija apprezzata fuq bazi individwali u bl-istorja taghha barra minn xtutna u f’Malta.

Fil-fatt, fid-dawl tar-rizorsi finanzjarji ristretti fl-isport hawn Malta, fil-bicca l-kbira, ghalina t-tigrijiet taz-zwiemel mhuwiex negozju izda kwistjoni ta’ passjoni, biz-ziemel partikolari jibqa’ fil-qalb ta’ sidu ferm wara li ma jkunx ghadu aktar maghna …

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.