Saturday 22nd October 2011
Is-46 laqgha tal-istagun 2011 – it-23 t’Ottubru

minn Magnat

Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd 23 t’Ottubru, li tinkludi disa’ tigrijiet u tibda’ fis-2pm.

Iz-zwiemel tal-galopp se jkollhom l-opportunita’ li jkunu l-protagonisti ta’ din il-laqgha biz-zewg semi-finali ghall-Exotique Challenge Cup fuq id-distanza twila ta’ 2,250m. L-ewwel wahda tinkludi tmien zwiemel u t-tieni sebgha, b’erba zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat ghall-finali li tinzamm fi zmien gimghatejn.

L-ewwel semi-finali tinkludi zwiemel bhar-rebbieh tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Buttermilk u diversi zwiemel li rebhu almenu darba din is-sena, bhal Tarruji, Kimberley Downs, Letthewordgoforth, Friarscourt u Ollie Fliptrik. It-tieni tara lil Just The Best, rebbieh ghal darbtejn tal-Mediterrean Derby fil-passat, Cheeky Jack li kellu rebha tajba dan l-ahhar, id-debuttant Lite North Wind (US) u z-zwiemel l-ohra li huma wkoll ferm validi.

Is-seba’ tigrijiet l-ohra huma riservata ghaz-zwiemel tat-trott, bl-attrazzjoni principali tkun it-tigrija tal-klassi Premier li ghandha lista shiha ta’ 16 –il ziemel, bhal Energy Launcher li rebah hames darbiet dan l-istagun, ir-rebbieh ta’ zewg tigrijiet dan l-ahhar Niky du Donjon, ir-rebbieh tal-gimgha l-ohra Noble d’Ete, u numru ta’ zwiemel relattivament godda kif ukoll zwiemel tat-trott li ilhom fostna ghal xi zmien.

Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold jinkludu wkoll zwiemel bi kredenzjali impressjonanti, x’uhud li dan l-ahhar kienu fil-klassi Premier u li huma qrib ghall-promozzjoni ghal dik il-klassi, bhal Count of Life, Dream Leader, Kain Poifond, Natif de l’Hommee, Quick Cape, Wilford u diversi ohrajn, zwiemel tat-trott ta’ success bhal Lys des Etroits, Kingpin la Marc u hafna ohrajn.

It-tigrijiet l-ohra jikkonsistu fi tnejn riservati ghall-klassi Bronze u tnejn ohra ghal zwiemel tal-klassi Silver.

M’ghandniex zwiemel tat-trott debuttanti fil-listi tat-tluq ghalkemm xi whud huma registrati bhala riservi possibbli. Barra minnhekk, il-gimgha l-ohra, apparti z-zwiemel godda li semmejna fl-artiklu ta’ qabel dan, rajna wkoll id-debuttant Yotara Meerswal (NL) fil-klassi Copper.

Din il-laqgha se tara r-ritorn pjacevoli tat-tigrijiet tal-galopp bhala l-attrazzjoni principali permezz tas-semi-finali ghall-Exotique Challenge Cup. Ghaz-zwiemel tat-trott, it-tigrijiet huma “normali”, izda nistennew li z-zwiemel li mhumiex involuti fil-finali tal-Cassar Fuels, ikomplu jtejjbu l-forma taghhom hekk kif nistennew il-bidu ta’ kampjonati importanti ohra fi ftit gimghat ohra.

L-ahhar laqghat

Wara li l-laqgha tal-Gimgha nzammet kif mistenni, xita qawwija wasslet ghall-posponiment tal-laqgha tal-Hadd ghat-Tnejn filghaxija, meta nzammet b’success.

L-attrazzjoni principali ta’ dawn il-laqghat kienu z-zewg semi-finali mill-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels ghal zwiemel tal-klassi Premier, li rrizultaw fil-kwalifika tal-ghaxar finalisti (kumbinazzjoni hames Francizi u hames Svedizi) ghall-finali li se tinzamm il-Hadd 30 t’Ottubru.

Fis-semi-finali tal-Gimgha, Lipouz Lesmelchen mexxa z-zwiemel sa madwar nofs dawra mit-tmiem, meta gie attakkat bil-qawwa minn Livi Cantona li mar quddiem u baqa’ sejjer biex ha s-sitt rebha stagjonali tieghu, b’distakk tajjeb wara li hareg fuq in-naha ta’ barra fid-dritta finali kif jaghmel is-soltu. Il-hin tieghu kien ta’ 1’16’6 fil-kilometru u kien segwit minn Lipouz Lesmelchen, Oscarina, Key Value u Mentor de l’Iton li kkwalifikaw ukoll.

Fis-semi-finali tat-Tnejn, kien Carnegie Hall li kien quddiem ghall-parti kbira tat-tigrija, izda ghal darb’ohra l-attakk decisiv wasal fl-ahhar nofs dawra, meta Lou Petiot, li kien qed isegwi z-zwiemel ta’ quddiem matul it-tigrija mar tnejn fuq barra biex jattakka iz-ziemel ta’ quddiem, ha l-vantagg u kompla b’velocita’ qawwija biex rebah b’distakk komdu f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Carnegie Hall, Flash Coger, Norman d’Avril u Nabab des Corvees.

It-tigrijiet l-ohra tat-trott kienu wkoll semi-finali ghall-Cassar Fuels Condition Races ghall-klassijiet l-ohra, li rrizultaw f’ghaxar finalisti fil-klassi Bronze u tnax ghal kull wahda mill-klassijiet Copper, Silver u Gold.

Ir-rebbieha kienu Orlando Tejy, Ludo de Bellande u Beckham Bob fil-klassi Gold, Mealington, Lutan Villetot, Onwards Star u Victory Toll fil-klassi Silver, Syllabub, Naja du Tija, Omega des Arpents u Ocean Gede fil-klassi Bronze u Loulou de la Rose, Monte Cinto Mag u Tapper Kana fil-klassi Copper. Interessanti ninnutaw li tlieta minn dawn ir-rebbieha (Ludo de Bellande, Beckham Bob u Mealington) rregistraw hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A rrizultat f’wirja ohra mill-aqwa ta’ Fyelehk li ghal darb’ohra mexxa t-tigrija mill-bidu sat-tmiem u rebah b’madwar ghaxar tulijiet minn Cheeky Jack u Just The Best.

Rizultati ta’ testijiet tad-doping

Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva tlett rizultati ta’ testijiet tad-doping li jirreferu ghal tigrijiet li nzammu fis-16, 23 u l-25 ta’ Settembru 2011 rispettivament.

Nawguraw lis-sidien u t-trainers ta’ Lime Casted u Carnegie Hall li r-rizultat taghhom ikkonferma li kienu nodfa minn sustanzi projbiti. Sfortunatament ir-rizultat l-iehor irrapporta sustanzi projbiti ta’ Categorija 3 fil-konfront taz-ziemel Nuthan d’Emi.

Jiem il-Kitba

Avveniment li normalment isir darba kull gimghatejn (izda anki darba f’gimgha kultant), il-kitba taz-zwiemel ghat-tigrija tikkostitwixxi aspett krucjali tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. In-numru ta’ zwiemel registrati jiddetermina n-numru ta’ laqghat li ghandhom jinzammu kif ukoll n-numru ta’ tigrijiet li jinqasmu fi klassijiet differenti.

Jiem il-kitba huma normalment is-Sibtijiet u l-Hdud. L-ufficcju tal-Klabb normalment jiftah ghas-7.30am u tipikament jibqa’ miftuh sa tard filghodu matul dawk il-jumejn. Specjalment il-Hadd, mhux haga rari li jkollok sidien li jkunu diga’ qed jistennew il-ftuh tal-ufficcju anki qabel il-hin imhabbar.

Id-differenza bejn il-jumejn fin-numru ta’ registrazzjonijiet hija impressjonanti. Is-Sibt il-kitbiet huma regolari izda r-ritmu huwa pjuttost kalm. Il-Hadd, il-volum tax-xoghol jizdied ferm, bin-nies ikollhom jistennew sakemm imisshom biex jirregistraw iz-zwiemel.

Bil-wieqfa jew bilqieghda fuq il-bank tal-injam faccata tal-post fejn issir il-kitba, is-sidien u shabhom jitlajjaw, iharsu lejn in-“noticeboard” u jitkellmu b’mod animat fuq materji relatati maz-zwiemel, icaqalqu jdejhom u rashom fi stil tipiku Mediterranju.

L-offizi tad-doping qed jigu ppenalizzati bizzejjed jew izzejjed? Jaqblu jew ma jaqblux ma certi decizjonijiet tal-gurija? Ghaliex ziemel partikulari sejjer tajjeb fit-tahrig izda mbaghad jiddizappunta fit-tigrijiet? U mitt haga ohra.

Mike jinsab bilqieghda wara l-kompjuter idahhal il-kitbiet filwaqt li Fredu jahdem l-aktar bilwieqfa, jirripondi s-sidien taz-zwiemel li jcemplu fuq il-linja fissa jew fuq il-mowbajl, jinnota z-zwiemel skraccjati ghal-laqgha tal-ghada u jghin fir-registrazzjonijiet. Ighidu wkoll kelma lil kull min diehel u hiereg mill-ufficcju.

Hafna minnhom jigu regolarment hemmhekk u huma maghrufa l-aktar b’laqamhom. Hija atmosfera ta’ bejn il-hbieb fejn kulhadd jaf lil xulxin. Hafna drabi lanqas ghandhom bzonn isemmu l-ismijiet taz-zwiemel taghhom ghax Mike u Fredu mill-ewwel jaghrfuhom u jafu liema zwiemel behsiebhom jirregistraw.

Il-kitba taghlaq ftit qabel nofsinhar tal-Hadd. Wara l-eghluq, il-membri tal-istaff iwettqu l-ahhar dmirijiet amministrattivi taghhom qabel ma jdabbru rashom. It-Tnejn, iz-zwiemel miktuba jinqasmu f’tigrijiet ghal klassijiet differenti skont il-punti ta’ “handicap” rispettivi u bin-numri tat-tigrija taghhom.

Filwaqt li hiereg mill-ufficcju, ma nistax ma nhossx li l-kitba mhix biss parti essenzjali tax-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, izda hija wkoll tip ta’ ritwal, okkazjoni socjali pjacevoli, fejn hbieb u konoxxenti jiltaqghu u jaqsmu opinjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mat-tigrijiet taz-zwiemel … l-interess u l-passjoni komuni taghhom.

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd li gej.