Thursday 17th November 2011
Il-51 u t-52 laqgha tal-istagun 2011 – id-19 ta’Novembru u l-20 ta’ Novembru

minn Magnat


Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; l-ewwel wahda nhar is-Sibt (19 ta’ Novembru) u l-ohra l-Hadd (20 ta’ Novembru), it-tnejn jibdew fis-1.30pm.  Il-laqgha tas-Sibt tinkludi disa’ tigrijiet, b’ghaxar tigrijiet ohra nhar il-Hadd.


Hlief ghal tigrija wahda tal-galopp ghal zwiemel tal-klassi B li tara lista shiha ta’ tmien zwiemel tal-galopp li jikkompetu fuq distanza qasira ta’ 1,250m, il-bqija tat-tigrijiet huma lkoll heats mill-kampjonati SECF li huma riservati esklussivament ghaz-zwiemel tat-trott Francizi.  Bhas-soltu, se jinzamm kampjonat ghal kull klassi, kull wiehed imsemmi wara korsa Franciza famuza.


Matul dawn iz-zewg laqghat, se naraw fl-azzjoni zwiemel mill-klassijiet Premier (Prix de Vincennes), Gold (Prix d’Enghien), Silver (Prix de Cabourg) u Bronze (Prix de Cagnes Sur Mer), bil-heats tal-klassi Copper (Prix de Caen) jinzammu nhar il-Gimgha tal-gimgha d-diehla.  Dawn il-kampjonati se jinzammu fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m.


Se jkollna tlett heats fil-Prix de Vincennes (6 zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat ghas-semi-finali), erba’ fil-Prix d’Enghien (5 zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat), sitta fil-Prix de Cabourg (4 zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat), hamsa fil-Prix de Cagnes Sur Mer (4 zwiemel jikkwalifikaw minn kull heat) u l-gimgha d-diehla se jkollna tlett heats mill-Prix de Caen, b’sitt zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda.


Naturalment, l-attenzjoni principali tkun iffukata fuq il-Prix de Vincennes fejn xejn inqas minn erbgha u tletin zwiemel tat-trott tal-klassi Premier gew miktuba biex jikkompetu.  L-ahhar tlett edizzjonijiet ta’ din il-kompetizzjoni intrebhu minn zwiemel imwielda fis-sena 2000 (ismijiet li jibdew bl-ittra “M”).


Il-partecipanti jinkludu numru ta’ rebbieha tal-passat tal-Prix de Vincennes, Master Perrine, Mont Cenis Honey, Madis Boy u Joker de Choisel, rebbieha ta’ kampjonati dan l-ahhar bhar-rebbieh tal-Emirates Tazza l-Kbira Kakisis, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier Major Chaleonnais, ir-rebbieh tal-finali tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival Mon Daniel u r-rebbieh tal-MRC Premier Final ta’ Jannar Lou Petiot.


Hemm ukoll numru ta’ zwiemel li rebhu dan l-ahhar bhal Niky du Donjon, Mica Bonero, Mig of the Wood u ohrajn, kif ukoll id-debuttanti Nelson du Val, Nuper u Oviedo Vici.


Interessanti li z-ziemel t’ghaxar snin Nuper, huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti fil-klassifika tal-MRC.  Huwa rebah Euro363,220 barra minn Malta, kellu l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru (fuq 2,700m), bi 12 –il rebha u pjazzamenti numeruzi barra minn xtutna – fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu fl-ahhar sena, hemm zewg pjazzamenti fit-tielet post f’Vincennes u Enghien, fuq 2,850m u 2,150m rispettivament.


Anki l-heats tal-kampjonati ghall-klassijiet l-ohra mistennija li jkunu mill-aktar ibbilancjati u interessanti.  Per ezempju l-Prix d’Enghien jinkludi diversi zwiemel li gejjin minn rebhiet dan l-ahhar, bhal  Milano du Gite, Naja in Blue (rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels tal-klassi Gold), Magnifique Sablais, Night Inlet, Ludo de Bellande, Orlando Tejy u ohrajn u rebbieha ta’ kampjonati f’din l-ahhar sena, bhal  Lucky des Brisants, Lys des Etroits u Nacarat Campbell.


Ghandna wkoll hames debuttanti ta’ disa’ snin fil-klassi Gold, cioe’ Ogor, Orphee Kadesh, Oscar de la Vallee, Osiris des Kids u Ouest du Vivier.  Id-debuttanti l-ohra huma fil-klassi Silver, cioe’ Oscar Mati, Quirikou u Phoenix des Baux.


Qed nistennew tmiem il-gimgha ta’ tigrijiet mill-aqwa u ferm kumbattuti sat-tmiem, b’rizultati ncerti ...


L-ahhar laqghat


L-attrazzjonijiet principali tal-ahhar zewg laqghat kienu l-finali tal-Exotique Challenge Cup ghaz-zwiemel tal-galopp u tigrijiet “normali” numeruzi fuq id-distanza twila ta’ 3,140m, li fihom hadu sehem hafna zwiemel li se jippartecipaw fil-kampjonati li gejjin. 


Il-finali tal-Exotique Challenge Cup fuq id-distanza twila ta’ 2,250m rat lil Cheeky Jack imur quddiem kmieni fit-tigrija, izda madwar nofs dawra mit-tmiem, huwa sofra sfida qawwija mill-favorit Kimberley Downs (misjuq minn Michael Sultana), li mar quddiem u zamm il-pass biex rebah b’distakk komdu mill-istess Cheeky Jack, Ollie Fliptrik u Wildnis.


Fit-tigrijiet tat-trott, l-ewwel tigrija tal-klassi Premier rat prestazzjoni ohra mill-aqwa ta’ Energy Launcher li hareg erbgha fuq barra f’nofs id-dritta tal-faccata u baqa’ sejjer b’sahhtu biex ha s-sitt rebha stagjonali tieghu, nofs tul mid-debuttant Nous Dix de l’Erve, Lover Boy Index u Dialect Af Prinfo, f’hin tajjeb ta’ 1’17’9 fil-kilometru. 


It-tigrijiet tal-klassi Premier tal-Hadd li ghadda rrizultaw it-tnejn fl-ewwel rebhiet stagjonali.  Fl-ewwel wahda, Milord Barbes ha l-kmand kmieni fit-tigrija u zammu sakemm sofra l-attakk qawwi ta’ Mica Bonero fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri.  Dan ta’ l-ahhar ha l-vantagg hekk kif iz-zwiemel kienu dehlin fid-dritta finali u rebah quddiem  Troy Boshoeve, Milord Barbes u L’As de Seuilly.


L-ahhar tigrija tal-klassi Premier rat taqtiegha harxa fid-dritta finali bejn xejn inqas minn hames zwiemel, bid-debuttant Mig of the Wood jirnexxielu jiehu l-unuri quddiem Nevaio des Bordes, debuttant iehor, li kien waqa’ lura hafna fil-bidu tat-tigrija izda li rkupra tajjeb, Mon Daniel u True Q.


Kull wahda mill-erba’ tigrijiet tal-klassi Gold imqassmin fuq iz-zewg programmi kellhom aspetti interessanti.  Fl-ewwel wahda, Magnifique Sablais irnexxielu jiehu t-tmien rebha stagjonali tieghu (l-akbar numru li ghandna s’issa din is-sena) meta rebah b’margni konsiderevoli, imbaghad Naja In Blue, li ghadu gej mis-success tieghu fil-kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels (klassi Gold) irnexxielu jiehu t-tieni rebha konsekuttiva wara li ha l-kmand tat-tigrija fil-bidu tal-ahhar dawra.


Knockout Molar ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu fostna, meta mar quddiem fid-dritta finali u rebah b’madwar tul, filwaqt li Milano du Gite rregistra l-aqwa hin taz-zewg laqghat (1’17’7 fil-kilometru) u rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta, b’aktar minn ghaxar tulijiet. 


It-tigrija “normali” ghaz-zwiemel tal-galopp tal-Klassi A intrebhet minn Nuage de la Tour (it-tieni rebha stagjonali tieghu) li mar fuq quddiem fl-ahhar nofs dawra u zamm pass tajjeb sal-ahhar.  Salsiane spiccat t-tieni quddiem Pride of India.


Zwiemel tat-trott Francizi jisfidaw lil xulxin  


Aspett li jimpressjonani meta nara zwiemel tat-trott tal-istess nazzjonalita’ jikkompetu kontra xulxin huwa li ghal uhud minn dawn iz-zwiemel, specjalment dawk li huma ta’ etajiet u livelli ta’ rebh simili, din tkun tkomplija tar-rivalita’ sportiva li kienet tezisti bejniethom meta kienu jiltaqghu f’tigrijiet f’pajjizhom.  Ohrajn jista’ jkun li ma jkunux iltaqghu fil-pajjiz tal-origini taghhom, izda tigihom l-opportunita’ li jikkompetu kontra xulxin hawn Malta.


F’dan il-kaz, il-protagonisti huma zwiemel tat-trott Francizi.  Iz-ziemel tat-trott Franciz huwa wiehed mir-razez tat-trott distinti ewlenin fid-dinja.  Madankollu ma kienx fi Franza izda fl-Olanda u d-Danimarka li saru l-ewwel tigrijiet tat-trott fis-seklu 17.  Dan it-tip ta’ tigrijiet beda jiehu l-eghruq fi Franza fis-seklu dsatax bl-ewwel tigrijiet ufficjali jigu organizzati hemmhekk fl-1836.


Illum, Franza hija pajjiz ewlieni fit-tigrijiet tat-trott.  Fl-2010, kwazi 11,200 mohrien twieldu hemm u nzammu aktar minn 11,000 tigrija tat-trott, li fihom hadu sehem kwazi 16,000 ziemel differenti.


It-tigrijiet tat-trott jipprovdu imjieg lil aktar minn 70,000 persuna fi Franza.  Hemm madwar 4,500 sid, qrib l-2,000 “trainer”, kwazi 3,000 sewwieq, gerrej u apprentist, madwar 1,000 amateur.


Il-livell ta’ premjijiet fi flus li jitqassmu huma l-oghla fl-Ewropa, u lahhqu kwazi 225 miljun ewro fl-2010.  Ittiehdu kwazi 17,500 test tad-doping, li minnhom madwar 0.2% biss irrizultaw pozittivi.


Numru ta’ tigrijiet storici fil-kalendarju tat-trott Franciz huma maghrufa mad-dinja kollha.    


L-aktar wahda famuza hija l-Prix d’Amerique, li nzammet l-ewwel darba fl-1920, tigrija bis-serkin fuq distanza ta’ 2,700m li tigbed biex jikkompetu fiha uhud mill-aqwa zwiemel tat-trott fid-dinja.  Tinzamm fl-ahhar Hadd ta’ Jannar f’Vincennes (f’Parigi), l-aktar korsa maghrufa fi Franza, u ghandha premjijiet fi flus komplessivi ta’ 1,000,000 ewro.  Li tirbah din it-tigrija jizgura li isem dak iz-ziemel tat-trott jibqa’ mfakkar ghal dejjem.


Ghalkemm lanqas joqorbu lejn il-Prix d’Amerique, il-kampjonati tal-Francizi jikkostitwixxu appuntament importanti fil-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta billi jaghtuna l-opportunita’ li niehdu ideja tat-tradizzjoni kbira u maghrufa mad-dinja kollha li hija assocjata miz-ziemel tat-trott Franciz.  Nistennew bil-herqa li jkollna l-pjacir naraw edizzjoni ohra ta’ dawn il-kampjonati, konvinti li l-kompetizzjoni sfieqa fil-heats u fis-semi-finali twassal ghal finalisti brillanti u f’forma tajba fid-diversi finali li se jinzammu.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.