Sunday 11th December 2011
Is-57 u t-58 laqgha tal-istagun 2011 – il-11 ta’ Dicembru u t-13 ta’ Dicembru

minn Magnat


Zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel se jinzammu fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja; l-ewwel wahda nhar il-Hadd (11 ta’ Dicembru) u l-ohra t-Tlieta (13 ta’ Dicembru - festa pubblika), it-tnejn jibdew fis-1.30pm u jinkludu tmien tigrijet kull wahda.   


L-attrazzjoni ewlenja tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd hija l-finali ta’ The Burmarrad Commercials Coronation Cup fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m, li tara lista shiha ta’ tmien zwiemel miktuba biex jiehdu sehem.  Din tinkludi zwiemel li ghandhom l-aktar punti fil-klassifika taz-zwiemel tal-galopp tal-Malta Racing Club, b’numru ta’ zwiemel ikollhom punti ndaqs fl-ahhar ftit pozizzjonijiet, li ghalhekk gew maghzula abbazi tan-numru ta’ tigrijiet li fihom ikkompetew iz-zwiemel partikolari.


Il-lista tara tahlita ta’ zwiemel Francizi, Irlandizi u Amerikani f’etajiet ta’ bejn 4 u 7 snin u li jinkludu fost ohrajn ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby ta’ din is-sena Buttermilk, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fl-Exotique Challenge Cup Cheeky Jack u z-zwiemel tal-galopp validi l-ohra.


Ghandna wkoll tigrija ferm interessanti tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m, bi hmistax il-ziemel miktub.  Dawn jinkludu l-popolari In Vitro du Bourg, ir-rebbieh tal-Kampjonat U*Bet u tat-Tazza Sette Giugno Think Yatzee (li qed jirritorna fil-korsa wara assenza ta’ xi xhur),  ir-rebbieh tat-Tazza VOB Isolated, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Kampjonat tas-Sajf Fire, d-debuttant Mutin du Chevrel u l-ohrajn kollha.


Imbaghad, fit-13 ta’ Dicembru, l-attrazzjoni ewlenija tkun il-finali tat-Tazza tal-President, li tara 9 zwiemel tat-trott Svedizi u 3 Francizi fuq distanza ta’ 2,640m.  Dawn jinkludu zwiemel popolari bhar-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Fuels Livi Cantona, r-rebbieh tal-MRC Premier Trot u tat-Tazza VOB fil-passat Arnie Sensation, numru ta’ zwiemel promettenti relattivament godda, bhal Utah Hornline, Nec Carmolo, Harmonic Silvio u True Q u z-zwiemel l-ohra li huma validi daqshom.


Ghal darb’ohra, nirringrazzjaw lin-negozji li qed jisponsorjaw il-premjijiet li se jinghataw liz-zwiemel rebbieha f’din il-finali.


Ghandna wkoll tigrija monte’ fuq distanza ta’ 2,140m, li tinkludi tmien zwiemel imwielda Franza, l-Olanda u l-iSvezja, li xi whud minnhom diga’ rregistraw successi fil-korsa tal-Marsa.  Dawn huma Lime Casted, Max Galbe, Sir de Landerije, Knight Brunel, Absolut Chili, Biggles Coquet, id-debuttant Najac (FR) u Mighty. 


Se jkun interessanti nsegwu dan it-tip ta’ tigrija li hija ferm popolari fost l-ohrajn fi Franza u l-iSvezja u li nisperaw li naraw aktar minnha, sabiex tiddahhal aktar varjeta’ fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Se tinghata wkoll donazzjoni lill-Community Chest Fund fil-laqgha tat-13 ta’ Dicembru, li turi l-valuri civici u finaltropici tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel Maltija.


Apparti minn dawk imsemmija aktar ‘il fuq, ghandna wkoll id-debuttanti li gejjin:  Dansoor Pellini (SE) u Mint Condition (SE) fil-klassi Silver u Ouragan d’Any (FR) fil-klassi Gold.


Tazza storika tat-tigrijiet tal-galopp u finali tat-trott prestigjuza, f’zewg laqghat varjati li hadd m’ghandu jitlef ...


L-ahhar laqghat



L-aktar tigrija mportanti fil-programm tal-Hadd kienet dik riservata ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m, li fiha Matin de Manche u Arifant qasmu l-kmand ghall-ewwel nofs tat-tigrija, izda dawra mit-tmiem Anguz R.C. mar quddiem, u zamm qabel l-ohrajn kollha sat-tmiem, biex rebah it-tieni tigrija konsekuttiva minn  Matin de Manche, Energy Launcher u Lucas Ness, f’hin ta’  1’16’0 fil-kilometru.


Fil-klassi Gold, rajna wirja ohra mill-aqwa ghal Master Lupin li gie min-naha ta’ barra sabiex mar quddiem fid-dritta finali u ha s-seba’ rebha tieghu tal-istagun b’tul minn Beckham Bob, Vasterbo Hitchiker u Natif de l’Hommee, fl-aqwa hin tal-gurnata ta’ 1’15’7 fil-kilometru. 


It-tigrijiet l-ohra raw ir-raba’ rebha stagjonali ghal kull wiehed minn Hulegardens Filur u Loulou Noir fil-klassi Copper u Pretty Post fil-klassi Bronze, it-tieni rebha tal-istagun ghal Hardy Frontline fil-klassi Bronze u l-ewwel rebha stagjonali ghal Gin T Dalimo u Stonecreek. 


Il-laqgha ta’ nhar il-Hamis kienet iddedikata ghas-semi-finali tal-kampjonati tal-Francizi riservati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi. Saru zewg tigrijiet minn kull wahda mill-klassijiet Premier, Gold, Silver u Bronze u dawn kienu kkaratterizzati minn xi hinijiet tajbin hafna, b’xejn anqas minn hames tigrijiet jintrebhu f’hin ta’ anqas minn 1’16’9 fil-kilometru, fuq distanza ta’ 2,640m.


L-aqwa hin ghamlu Nevaio des Bordes fit-tieni tigrija tal-Prix de Vincennes (klassi Premier), grazzi ghal zieda fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra li wasslitu biex jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’distakk komdu, f’hin ta’ 1’15’2 fil-kilometru, li huwa l-aqwa hin tal-istagun u l-aqwa hin fuq din id-distanza mill-ftuh tal-korsa f’Novembru 2009.  Mig of the Wood, Nelson du Val, Kakisis u Mica Bonero dahlu warajh u kkwalifikaw ukoll ghall-finali.


L-ewwel semi-finali tal-Prix de Vincennes rat lil Major Chaleonnais jmexxi ghall-parti l-kbira tad-distanza sabiex ha s-seba’ rebha stagjonali, quddiem Noble d’Ete, Joker de Choisel, Milord Barbes u Norman d’Avril li kkwalifikaw ukoll, f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’16’2 fil-kilometru.


L-ewwel semi-finali tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) rat lil Naja In Blue jiehu t-tielet rebha stagjonali meta mar quddiem fl-ahhar bejn wiehed u iehor 300m u spicca xi zewg tulijiet quddiem Magnifique Sablais f’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru.  Orlando Tejy, Nomade de Mai u Ludo de Bellande kkwalifikaw ukoll.


Is-semi-finali l-ohra tal-Prix d’Enghien irrizultat fit-tieni rebha konsekuttiva f’Malta minn daqstant tigrijiet ghal Ouest du Vivier li rebah b’ras dwell eccitanti fid-dritta finali ma’ Night Inlet li spicca fit-tieni post, f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru.  Oscar de la Vallee, Lys des Etroits u Midoun du Home huma l-finalisti l-ohra f’din il-klassi. 


Is-semi-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) intrebhu minn Nagano Phedo u Label Chouan (1’16’8 fil-kilometru) li t-tnejn hadu t-tielet rebha taghhom tal-istagun, filwaqt li s-semi-finali tal-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) intrebhu minn Noble Candeen u Olifant du Pouy, it-tnejn fl-ewwel rebha stagjonali taghhom.


Rencontres Internationales du Trotteur Francais gewwa Vincennes



Bejn il-Gimgha 2 u l-Hadd 4 ta’ Dicembru nzamm fil-korsa ta’ Vincennes, f’Parigi, t-tmiem il-gimgha internazzjonali li fih gie ccelebrat it-“trotteur francais”.  Il-Gimgha, l-SECF ipprezentat lil Johann Axisa, sid u sewwieq ta’ Kakisis, b’unur talli Kakisis kien l-ahjar ziemel tat-trott Franciz f’Malta ghal-istagun 2010.


Imbaghad is-Sibt, Noel Baldacchino, s-sewwieq campjin ta’ Malta ghall-2010, ha sehem f’tigrija internazzjonali fost 14 il-sewwieq ewlieni minn daqstant pajjizi.  Noel gie moghti l-outsider 74/1 Nophenio de Lune, liema ziemel ma kienx jidher fl-ahjar forma tieghu.


Noel ghamel bicca xoghol tajba hafna sabiex zamm iz-ziemel tieghu fost iz-zwiemel ta’ quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, izda sfortunatament Nophenio de Lune bidel il-pass fid-dritta finali u b’hekk gie skwalifikat.  Nifirhu lil Noel talli ta l-almu tieghu kollu u talli rrapprezenta lil Malta b’mod dinjituz. 


Il-Coronation Cup



Il-Coronation Cup, li l-origini taghha jmorru lura ghall-inkurunazzjoni tar-Regina Elizabetta II kwazi 60 sena ilu, hija wahda mit-trofej prestigjuzi fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.   


Tehodna lura ghad-decennju li segwa t-Tieni Gwerra Dinjija, meta t-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta kienu ghadhom ikkaratterizzati b’mod qawwi minn ufficjali Inglizi u t-tigrijiet tal-galopp kienu jgawdu popolarita’ kbira. 


It-Tazza nhadmet bhala parti mic-celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-inkurunazzjoni tar-Regina Elizabetta fuq it-tron tar-Renju Unit, b’Tazza simili tigi offruta lil kull pajjiz membru tal-Commonwealth Ingliz.It-Tazza ghandha disinn klassiku bl-istemma tar-Regina fuq quddiem. 


Il-prestigju taghha johrog mir-rabta taghha ma’ din l-okkazjoni storika, mar-Regina (li hija appossjonata taz-zwiemel u sid hi nnifisha) u mat-tradizzjoni twila ta’ tigrijiet taz-zwiemel li hija assocjata maghha. 


Hekk kif naqsu l-konnessjonijiet mal-monarkija Ingliza, it-Tazza qisa’ sparixxiet u ma ntuzatx ghal hafna zmien.  Madankollu wara nuqqas twil hafna, din giet ri-introdotta fl-2006, ghal darb’ohra bhala kompetizzjoni ghal zwiemel tal-galopp. 


Ghall-ewwel kienet speci ta’ tazza ta’ konsolazzjoni ghal zwiemel li ma rnexxielhomx jidhlu fil-finali tal-Mediterranean Derby u fuq l-istess distanza (1,750m) bhall-Mediterranean Derby, bil-valur taghha jizdied mill-2008 meta saret it- tieni l-aktar trofew tal-galopp importanti f’Malta.


Tmien zwiemel tal-galopp ewlenin jistghu jiehdu sehem fil-finali, li tinzamm kull sena qrib tmiem l-istagun.  Peress li tingera fuq distanza qasira ta’ 1,250m, hija l-unur ewlieni tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta fuq distanza sprint, ladarba l-Mediterranean Derby tinzamm fuq distanza itwal.  Il-finalisti ta’ kull sena jikkontribwixxu biex tissahhah it-tradizzjoni u l-prestigju assocjati ma’ din it-Tazza.  


Storja impressjonanti, li tonora r-rabta bejn l-Inglizi u x-xena tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta u sservi ta’ sfond xieraq ghall-finali ta’ din is-sena u ghal rebbieh iehor li se jnaqqax ismu fuq dan it-trofew prestigjuz.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti matul il-gimgha li gejja.