Sunday 12th February 2012
Sewwieq tax-xahar sponsorjat minn Top Horse ta' Jannar 2012

 


Minn dan l-istagun, il-Malta Racing Club nieda l-unur tas-Sewwieq tax-Xahar, li huwa ntiz li jaghti rikonoxximent lis-sewwieq li jkun iddistingwa ruhu l-aktar ghal xi raguni ta' min ifahharha matul ix-xahar partikulari.  Il-Malta Racing Club jixtieq jirringrazzja lil Top Horse talli gentilment qed jaghtu s-sostenn taghhom lit-tigrijiet taz-zwiemel f'Malta billi jisponsorjaw dan l-unur.


L-ewwel edizzjoni ta’ dan l-unur intrebhet mis-sewwieq ta’ 24 sena Shaun Portelli, li t-tlett rebhiet (fuq True Q, Morgan Kane u Newmarket Boy) matul ir-raba’ laqgha tal-istagun rebbhuh l-unur.  Il-Malta Racing Club jaghti prosit lil Shaun u jinkoraggixxi lis-sewwieqa kollha biex jaghtu l-almu kollu taghhom sabiex jirbhu dan l-unur fil-futur.