Friday 9th March 2012
Il-11 u t-12 -il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – id-9 u l-11 ta’ Marzu

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha.  L-ewwel ghandna r-ritorn tat-tigrijiet il-Gimgha filghaxija wara l-waqfa tax-xitwa bil-laqgha tibda fis-6.30pm, filwaqt li laqgha ohra tinzamm il-Hadd u tibda’ fis-1.30pm.


Kull laqgha tinkludi 8 tigrijiet li huma kollha tat-trott fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-programm tal-Gimgha fuq id-distanza ugwalment qasira ta’ 1,250m.


Interessanti li l-partecipanti tat-trott gejjin minn ghaxar pajjizi differenti, filwaqt li z-zwiemel tal-galopp li se jikkompetu gejjin minn hames pajjizi.


L-attrazzjonijiet ewlenin tat-trott fil-programm tal-Gimgha huma erba’ tigrijiet tal-klassi Silver li huma ferm ibbilancjati.


Ghaldaqstant per ezempju, it-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar hija riservata ghal zwiemel bl-oghla punti f’din il-klassi, fejn rizultat tajjeb jista’ jwassal ziemel ghall-promozzjoni ghall-klassi Gold.  Fil-fatt, prattikament il-partecipanti kollha grew fil-klassi Gold dan l-ahhar.  Xi zwiemel, bhal Zerbin, Must du Buisson, Schejken Bill, Notice As, Lovely Mab u ohrajn jew rebhu jew ipplejsjaw dan l-ahhar.


Ghandna wkoll tigrija attraenti tal-galopp tal-Klassi A b’lista shiha ta’ tmien zwiemel miktuba.  Dawn jinkludu r-rebbieh ta’ dan l-ahhar Darielli, r-rebbieh tal-Coronation Cup tal-2011 Fyelehk, iz-ziemel li spicca fit-tieni post fl-Exotique Challenge Cup u fil-Coronation Cup fl-2011 Cheeky Jack u z-zwiemel l-ohra li huma kollha kapaci jisfidaw ghal rebha jew pjazzament tajjeb.


L-attrazzjonijiet ewlenin fil-programm tal-Hadd huma erba’ tigrijiet tal-klassi Gold li jinkludu fihom numru ta’ zwiemel f’forma tajba, fosthom diversi rebbieha x-xahar li ghadda bhal Nicos de Peneme, Orlando Tejy, Osiris des Kids, Orphee Kadesh, Oviedo du Sam, Oscar Mati u Matador Knick. 


Qed nistennew hafna wkoll minn numru sabih ta’ zwiemel li l-forma taghhom sejra ghall-ahjar dan l-ahhar u l-aktar minn diversi specjalisti tad-distanza qasira li qed jikkompetu f’dawn it-tigrijiet.


Tnax-il ziemel tat-trott godda huma miktuba biex jiddebuttaw fi tmiem din il-gimgha – l-iSvedizi Question Brew u Simb Groovy fil-klassi Silver nhar il-Gimgha, filwaqt li l-Hadd ghandna liz-zwiemel Francizi Panito, Petit Veinard (kien gie skraccjat qabel) u Polytain fil-klassi Silver u lil Chippy Laday (SE), Figaro A. West (SE), Frisco PE (DK), Global Hunt (SE), Nellyto du Lys (FR), Okir de Leau (FR – kien gie skraccjat qabel) u Oscar du Meu (FR) fil-klassi  Gold.


Ghalkemm m’ghandniex tigrijiet minn xi kampjonat f’dawn il-programmi, id-distanzi tassew qosra tat-tigrijiet hafna drabi jirrizultaw f’tigrijiet spettakolari b’hinijiet veloci, hekk kif iz-zwiemel kollha jaghtu l-aqwa taghhom mill-fazijiet bikrija u jridu jzommu ritmu qawwi sat-tmiem.


L-ahhar laqgha


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda kienet iddominata mill-heats tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira fuq distanza ta’ 2,640m.  Inzammu sitt heats bi tnax-il-partecipant miktub f’kull wahda (li minnhom 2 biss kienu skraccjati mill-heats kollha), li fil-bicca l-kbira taghhom kienu gejjin mill-klassi Premier apparti ftit gejjin minn fost iz-zwiemel bl-oghla punti fil-klassi Gold.  Fl-ahhar, sirna nafu l-24 semi-finalist.


Fl-ewwel heat, Nuage de Bourgogne mexxa l-partecipanti ghal kwazi d-distanza kollha sabiex rebah b’distakk tajjeb u rregistra t-tielet rebha konsekuttiva tieghu f’hin ta’ 1’16’2 fil-kilometru. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw minn din il-heat kienu Bello Fratello, Normand d’Oger u Label Chouan.


Imbaghad, kien imiss lil Nabab du Chatelet, li mar fuq quddiem b’madwar dawra mit-tmiem u ha t-tieni rebha tieghu f’Malta, b’xi erba’ tulijiet minn Marathon Villers, Mystere d’Urfist u Natif de Fontaine, li kkwalifikaw ukoll, f’hin ta’ 1’16’7 fil-kilometru.


Wara nuqqas ta’ madwar xahrejn, ir-rivelazzjoni tal-istagun li ghadda Livi Cantona ccelebra bil-kbir ir-ritorn tieghu ghat-tigrijiet meta’ z-zieda qawwija fil-velocita’ tieghu fl-ahhar 400m wasslitu biex ighaddi fuq il-gister lid-debuttant Naxos de France li kien mexxa ghall-parti kbira tat-tigrija, wara li gie kkonsultat il-photo-finish.  Il-hin tieghu kien ta’ 1’16’9 fil-kilometru.  Apparti dawn it-tnejn, Troy Boshoeve u Eastwood OM ikkwalifikaw ukoll. 


Ir-raba’ heat rat lil Arnie Sensation jiehu l-kmant tat-tigrija matul l-ahhar dawra u jirbah ghall-ewwel darba fl-ahhar ghaxar xhur b’madwar zewg tulijiet minn Magic de Assigny, Nagano Phedo u Onyx Speed f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


L-aqwa hin tal-istagun s’issa fuq din id-distanza (1’15’5 fil-kilometru) gie rregistrat fil-heat ta’ wara.  Hawnhekk Nelson du Val ha l-kmant fl-ahhar 700m u zammu sal-ahhar, minkejja l-attakk determinat ta’ Mig of the Wood fid-dritta tat-tmiem, li pero’ wasslu biss sa’ nofs tul mir-rebbieh Nelson du Val.  Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Ouest du Vivier u Energy Launcher.


Fl-ahhar heat, attakk b’sahhtu fuq in-naha ta’ barra pogga lil True Q fuq quddiem, u dan baqa’ hemm sat-tmiem, biex rebah b’mod komdu ghat-tielet darba konsettiva din is-sena f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.  Noble d’Ete, Nasko Pride u Lou Petoit ippjazzaw f’dik l-ordni sabiex saru l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw. 


Issa, l-ewwel semi-finali se tinzamm il-Hadd 18 ta’ Marzu, bit-tieni ssir it-Tnejn 19 ta’ Marzu (festa pubblika).


It-tigrijiet l-ohra intrebhu minn What’s Up (Copper class) u Noli de Marray (klassi Bronze).


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva zewg rizultati ta’ testijiet tad-doping.  Nifirhu lis-sidien u t-trainers ta’ Knockout Molar (Finali tal-Kampjonat Assikura Kategorija A) u Nuage de Bourgogne (tigrija tal-klassi Premier), liema tigrijiet inzammu t-tnejn fid-19 ta’ Frar, li r-rizultati taghhom it-tnejn ikkonfermaw li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.   


Wara rebha


Issa li l-istagun dahal fil-fazi tal-kampjonati, hsebijietna jmorru fuq ir-rebbieha potenzjali tal-kampjonati differenti.  U wara rebha, anki wahda f’tigrija “normali”, aspett li jolqotni huwa l-festeggjamenti li jsiru f’hafna remissi.


Ahna l-Maltin inhobbu l-festeggjamenti, kemm jekk religjuzi, kulturali, familjari jew ohrajn.  Meta jkollna okkazjoni ta’ pjacir, niehdu gost naqsmu l-ferh taghna ma’ haddiehor.  Izda bhalma darba qalli sid ta’ ziemel, raguni ohra ghaliex niccelebraw rebha anki f’tigrija “normali” hija li “bil-kompetizzjoni li tezisti f’dan l-isport taf meta tkun irbaht tigrija, izda qatt ma tkun taf jekk hux se tirbah ohra ...”.


Il-karatteristici tal-festeggjamenti jvarjaw xi ftit.  Madankollu, jezistu xi aspetti komuni.  Kif tasal, ma’ nzul ix-xemx wara l-laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel, tara numru akbar mis-soltu ta’ karozzi pparkjati qrib l-istalel – xi haga zgur ghaddejja gewwa.


Kif tidhol, tista’ tinnota varjeta’ ta’ nies, irgiel u nisa, mxerrdin madwar ir-remissa, xi whud bilqieghda u ohrajn bil-wieqfa.  Hemm is-sidien taz-ziemel rebbieh, is-sewwieq, diversi membri tal-familji taghhom, xi whud minnhom dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel filwaqt li ohrajn gew biex jippartecipaw fil-ferh tal-okkazjoni anki jekk mhumiex normalment appassjonati tat-tigrijiet taz-zwiemel.


Gew ukoll numru ta’ hbieb u konoxxenti, kulhadd jifrah lis-sidien u lis-sewwieq.


Jigi offrut ix-xorb bhal ma’ jigri kull meta tiltaqa’ l-familja, flimkien tipikament ma’ pizza, pastizzi u xi kultanti sandwiches.


Idoqq il-mobajl ta’ wiehed mis-sidien – huwa xi hadd li ma setax jigi, izda li jixtieq jawguralu ghal tigrija kbira.


In-nies jirrakkuntaw eccitati t-tigrija kif rawha u ghexuha.  Kulhadd irid jiddeskriviha mill-perspettiva tieghu, juza jdejh biex jispjega l-punt tieghu.  Dejjem nippressjona ruhi kif tigrija ta’ zewg jew tlett minuti jirnexxielha tohloq tant opinionijiet!  Xi whud jiccajaw jew jinbxu lil xulxin b’mod amikevoli, filwaqt li dawk li huma aktar komposti diga’ qed jiddiskutu l-prospetti taz-ziemel fit-tigrija li gejja.


Dawk li mhumiex daqstant dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel qeghdin jidhaddtu fuq affarijiet ohra, forsi ahbarijiet fuq il-familja, l-ahhar rizultati tal-futbol jew hwejjeg ohra.


Inhares madwari.  Mal-hajt, ninnota r-ritratti ta’ tigrijiet mirbuha fil-passat, xi whud jinvolvu r-rebbieh tal-lum jew zwiemel ohra fl-istalel, filwaqt li ohrajn ifakkruni fil-prestazzjonijiet ta’ zwiemel tal-passat, li xi whud minnhom ilhom li hallewna.  Ghalkemm ir-ritratti l-aktar antiki jista’ jkun li bdew jitilfu xi ftit il-kulur, xorta jgibu memorji cari ta’ tigrijiet u ta’ zwiemel memorabbli. 


Wara l-lum se jizdied ritratt iehor ...


U fl-ahhar izda zgur mhux lanqas, fl-isfont hemm il-protagonist ewlieni, z-ziemel rebbieh, irrispettivament min-nazzjonalita’, eta’ jew karatteristici ohra tieghu.  Dejjem insibha difficli biex nemmen li dan l-annimal kwiet huwa l-istess wiehed li ftit sieghat biss ilu kien qed jaffaxxina lil kulhadd bil-velocita’ u l-qawwa tieghu.  Issa tnaddaf, gie ezaminat ghal possibilita’ ta’ xi ugiegh, kiel u gie moghti kull ma kellu bzonn.  Anki jekk ghajjien, jidher kuntent bil-prestazzjoni tieghu u lest ghal lejl tajjeb ta’ mistrieh misthoqq.


Nammetti li inhobbom dawn l-okkazjonijiet li fihom tirrennja atmosfera sabiha u ta’ hbiberija.  Xena ohra ta’ Malta u tal-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel ...


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem il-gimgha li gej.