Saturday 21st April 2012
L-20 u l-21 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-20 u t-22 t’April

minn Magnat


Fi tmiem il-gimgha se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. L-ewwel laqgha se ssir il-Gimgha u tibda fis-6.30pm, bit-tieni nhar il-Hadd fis-2pm. It-tigrijiet kollha huma tat-trott b’9 tigrijiet fil-programm tal-Gimgha u 11-il tigrija ohra nhar il-Hadd.


L-attrazzjonijiet ewlenin huma s-semi-finali mill-kampjonati Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi ghal kull klassi fuq distanza ta’ 2,140m. Se jinzammu zewg semi-finali minn kull wahda mill-klassijiet Silver, Gold u Premier, bl-ewwel hames zwiemel minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali rispettiva, flimkien ma’ tlett semi-finali ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Copper bl-ewwel tlieta minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


Naturalment, is-semi-finali ewlenin huma dawk mill-kampjonat tal-klassi Premier, bi 11-il partecipant fl-ewwel wahda u 12 fi-tieni, f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena. Il-lista ta’ partecipanti f’dawn it-tigrijiet tinkludi hafna mill-aqwa u l-aktar zwiemel tat-trott Svedizi popolari fostna.


Jinkludu fost l-ohrajn ir-rebbieh tal-ewwel tlett kampjonati ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier, Think Yatzee, r-rivelazzjoni tas-sena l-ohra Livi Cantona, r-rebbieh ta’ erba’ tigrijiet fl-ahhar disa’ xhur Fire, l-finalisti tad-Dragonara Casino Tazza l-Kbira Arnie Sensation u True Q u z-zwiemel l-ohra kollha li huma ugwalment validi.


Zewg zwiemel godda huma mistennija jaghmlu d-debutt taghhom f’din il-klassi, cioe’ Chaco Bar u Maximal Value.


L-iSvediz ta’ ghaxar xnin Maximal Value huwa rregistrat bl-oghla numru ta’ punti ghal debuttant. Barra minn xtutna huwa rebah SEK1,769,409, b’25 tigrija mirbuha u hafna pjazzamenti u ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru fuq 1,640m. Fost l-ahjar prestazzjonijiet tieghu fl-iSvezja matul l-ahhar sena, huwa rebah tigrija f’Boden fuq 2,200m, ipplejsja fit-tieni post darbtejn fuq 1,640m u 2,140m rispettivament, u rregistra hin tajjeb hafna ta’ 1’12’4 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,640m.


Is-semi-finali tal-klassi Gold huma daqstant interessanti, u fihom insibu 12-il partecipant f’kull wahda b’etajiet li jvarjaw bejn 7 u 14-il sena. Dawn iz-zwiemel rebhu bejniethom aktar minn 30 tigrija f’Malta. Iz-ziemel gdid Love Heart huwa miktub biex jiddebutta fit-tieni semi-finali.


Apparti dawn is-semi-finali, fuq il-programm tal-Gimgha ghandna wkoll il-“Malta International Ladies Race”. Wara s-success ta’ din it-tigrija s-sena l-ohra, l-edizzjoni ta’ din is-sena gibdet xejn inqas minn ghaxar sewwieqa nisa minn seba’ pajjizi (inkluz Malta – Laura Cunningham). Huma se jsuqu zwiemel tal-klassi Silver (li wiehed minnhom huwa d-debuttanta Franciza Petchora) u ninsabu certi li din se tkun tigrija mill-aktar ibbilancjata.


Attrazzjoni ohra se tkun tigrija fix-xarretta fuq id-distanza sprint ta’ 1,640m, li fiha sewwieqa stabbiliti se jkunu akkumpanjati minn membri tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa u se jkunu qed isuqu zwiemel tat-trott li ilhom ma jtellqu fil-korsa principali ghal perjodu ta’ zmien mhux hazin.


It-tigrijiet “normali” li jifdal huma tnejn ghall-klassi Gold, tlieta ghall-klassi Silver u ohra ghal zwiemel tal-klassi Bronze, kollha fuq id-distanza ferm twila ta’ 3,140m. Iz-zwiemel tat-trott li gejjin huma miktuba biex jiddebuttaw fihom: il-Francizi Oh Ma Dix Sept, One Love Danover u Oscar de France fil-klassi Gold u Noble de Fontaine u Parce Que fil-klassi Silver u d-Danizi Lion McGuire u Little Nick fil-klassi Gold.


Minghajr dubbju zewg programmi ohra li ghandhom l-ingredjenti kollha biex jipprovdu aktar spettaklu varjat ...


L-ahhar laqgha


Zewg tigrijiet tal-klassi Premier u erba’ heats mill-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Silver kienu c-centru tal-attenzjoni tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, Label Chouan kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu grazzi ghal sprint qawwi fl-ahhar madwar 200m, quddiem Nuper, Mica Bonero u Troy Boshoeve. Huwa ghamel il-hin tajjeb ta’ 1’18’2 fil-kilometru fuq id-distanza twila ferm ta’ 3,140m.


Dawra finali qawwija wasslet lil Nevaio des Bordes biex jiehu t-tieni rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tal-klassi Premier f’hin eccellenti ta’ 1’16’2 fil-kilometru, l-ahjar hin irregistrat f’Malta fuq id-distanza ta’ 3,140m f’aktar minn tlett snin. Huwa spicca madwar 3 tulijiet quddiem Natieu d’Echal, segwit minn Count of Life u Nasko Pride.


Fl-ewwel heat tal-klassi Silver mill-kampjonat Skyparks ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi fuq distanza ta’ 2,140m, Ironbar mexxa l-partecipanti ghall-bicca l-kbira tad-distanza qabel ma nqabez minn Robin Lou ftit mijiet ta’ metri mit-tmiem, b’dan ta’ l-ahhar jibqa’ sejjer biex jirregistra r-raba’ rebha stagjonali tieghu, quddiem Bankir Zon, Victory Toll, Ironbar u Rambo Lambo li kkwalifikaw ukoll.


Imbaghad kien imiss lil Victory Farming li jirregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’8 fil-kilometru, l-ahjar hin bejn l-erba’ heats. Zieda qawwija fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra wassluh biex imur quddiem u jzomm il-kmant sat-tmiem, biex rebah b’madwar erba’ jew hames tulijiet minn Borups Hero, Zerbin, Simb Groovy u Cross Country F.C. li ghaddew ukoll ghas-semi-finali.


Anki Delvin Brodde rregistra l-ewwel rebha tieghu fostna, meta ha l-kmant fl-ahhar fazi tat-tigrija biex spicca madwar zewg tulijiet quddiem Stanford Hornline, West Life, Race Ball u Arctic Tooma, li wkoll ipprenotaw posthom fis-semi-finali.


L-ahhar heat tatna l-iktar tmiem kumbattut tal-gurnata meta Soren Sufflor u Notice As sfidaw lil xulxin ras imb’ras matul id-dritta tat-tmiem. Il-“photo finish” ta r-rebha lil Soren Sufflor, quddiem l-istess Notice As, Surprise Lania, Charlie Smitt u Sweep The Floor, li kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw.


It-tigrija “normali” tal-klassi Gold rat lil L’As de Seuillyj irritorna ghar-rebh wara madwar sentejn, meta gheleb b’madwar tul u nofs lil Osiris des Kids li spicca fit-tieni post. Paleo de la Dives u Paradis du Lupin hadu l-pjazzamenti l-ohra. L’As de Seuilly irregistra hin iehor tajjeb ta’ 1’17’7 fil-kilometru fuq id-distanza ta’ 3,140m.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi B fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m irrizultat fl-ewwel rebha ta’ Mayfair Princess fl-ahhar sena. Din id-debba marret quddiem bejn wiehed u iehor f’nofs it-tigrija u rebhet b’distakk komdu minn Buttermilk u Hollymac.


Il- “Malta International Ladies Race”


L-ahhar kelma taghna llum hija wahda ta’ merhba lid-disa’ sewwieqa nisa gejjin mill-Finlandja, n-Norvegja, , l-Olanda, l-iSlovenja, l-iSvezja u l-Ukrajna li se jinghaqdu mar-rapprezentanta Maltija Laura Cunningham fil-“Malta International Ladies Race” ta’ nhar il-Gimgha.


Huwa unur ghall-Malta Racing Club li jospita tant sewwieqa ta’ talent.


Din it-tigrija toffri diversi aspetti ta’ interess fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta. L-ewwelnett taghti opportunita’ ohra lil Malta li tippartecipa fix-xena tat-trott internazzjonali u okkazjoni li naraw fostna sewwieqa gejjin minn tant pajjizi bi tradizzjoni tat-trott rinomata.


Hija tesponi wkoll lis-sewwieqa li qed tirrapprezenta lil Malta ghal aktar kompetizzjoni internazzjonali u taghtina lkoll l-opportunita’ li nqabblu l-istili ta’ sewqan tal-mistednin taghna ma’ dawn prattikati mis-sewwieqa taghna, filwaqt li toffri l-possibilita’ lil kulhadd li jaghmel konoxxenzi godda u li jaqsam esperjenzi varjati.


Nittamaw ukoll li l-aspett femminili tat-tigrija jservi sabiex jippromwovi aktar dan l-isport fost it-tfajliet u nisa taghna, billi juri aktar li dan mhux biss sport maskili izda wiehed li fih intix ragel jew mara m’ghandu jikkostitwixxi l-ebda ostaklu.


Huwa rikonoxxut kemm f’Malta kif ukoll barra li hafna sewwieqa femminili ghandhom talenti li huma almenu tal-istess livell ta’ dawk tal-kollegi taghhom irgiel. Madankollu sfortunatament in-numru tas-sewwieqa nisa taghna ghadu pjuttost limitat u nisperaw li okkazjonijiet bhal dawn jinkoraggixxu aktar nisa li jidhlu f’dan l-isport.


L-ahhar izda mhux l-anqas, tigrijiet bhal dawn jipprovdu aktar varjeta’ ghad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Id-daqq tal-innijiet nazzjonali tas-sewwieqa partecipanti, il-prezentazzjoni tas-sewwieqa lill-pubbliku, it-tigrija fix-xarretta bil-partecipazzjoni ta’ membri tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol tan-nisa u l-invit tal-Malta Racing Club lill-partecipanti tal-kuntest ta’ din is-sena tal-Miss World – Malta li jattendu ghal din il-laqgha, ghandu jzid aktar xinxilli lil din l-okkazjoni u jaghmel din il-laqgha speci ta’ “laqgha femminili”, innovazzjoni ohra fil-korsa.


Prosit tassew lill-promoturi ta’ din it-tigrija u lill-Malta Racing Club u jalla din l-okkazjoni tkun wahda ta’ pjacir kbir kemm ghas-sewwieqa li se jippartecipaw fiha kif ukoll ghall-ispettaturi.


Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem il-gimgha li gej.