Friday 15th June 2012
It-32 u l-33 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-15 u s-17 ta’ Gunju

minn Magnat



Fil-korsa tal-Marsa se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fi tmiem din il-gimgha.  L-ewwel wahda se tinzamm nhar il-Gimgha 15 ta’ Gunju u tibda’ fis-6.30pm u t-tieni nhar il-Hadd 17 ta’ Gunju fl-4pm (daqsxejn aktar tard mis-soltu minhabba li nhar il-Hadd jahbat Jum il-Missier).  Il-laqgha tal-Gimgha tinkludi tmien tigrijiet, b’seba’ tigrijiet fil-programm tal-Hadd, kollha tigrijiet tat-trott.


Minghajr dubju ta’ xejn, l-attrazzjoni ewlenija tat-tigrijiet ta’ dan it-tmiem il-gimgha huma hames finali (wahda ghal kull klassi) mill-kampjonati SECF riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,140m li se jingrew nhar il- Hadd.


Il-finali ewlenija hija dik tal-Prix de Vincennes ghaz-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier.  Hawnhekk ghandna disa’ partecipanti popolari ferm li zgur li se jisfidaw lil xulxin b’sahhithom kollha sat-tmiem ghal dan l-unur ewlieni.


Il-lista shiha tal-partecipanti (6 zwiemel imsewwija, 2 stalljuni u debba wahda) hija kif gej:
1.  Onyx Speed, ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro230,670 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa kiseb 2 pjazzamenti mis-6 tigrijiet tieghu fostna, bl-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru. 
2.  Niky du Donjon, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro143,240 u l-ahjar hin ta’ 1’14’6 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet u 3 pjazzamenti minn 13-il tigrija f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’2 fil-kilometru. 
3.  Nevaio des Bordes, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro451,217 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Huwa kiseb 4 rebhiet u 3 pjazzamenti mill-14-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru. 
4. Lady de Vindecy, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro294,170 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Hija ghandha 4 rebhiet (inkluz il-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier tal-2010) u 3 pjazzamenti mid-9 tigrijiet taghha fostna u l-ahjar hin hawn Malta ta’ 1’15’7 fil-kilometru. 
5.  Mark de Chamant, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro305,951 u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Huwa rebah 9 pjazzamenti mill-14-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru.
6.  Nasko Pride, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro180,260 u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha wahda (il-Finali ta’ Konsolazzjoni tad-Dragonara Tazza l-Kbira) u 4 pjazzamenti mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’7 fil-kilometru. 
7.  Milord Barbes, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro231,990 u l-ahjar hin ta’ 1’14’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet u 7 pjazzamenti mill-21 tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.   
8.  Mig of the Wood, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro432,710 u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu 3 rebhiet (inkluz id-Dragonara Tazza l-Kbira ta’ din is-sena u l-finali tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru) u 4 pjazzamenti minn 9 tigrijiet f’Malta, u l-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
9.  Label Chouan, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ Euro222,716 u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 8 darbiet (inkluz il-finali tal-Prix de Cabourg ta' Dicembru) kif ukoll ha 6 pjazzamenti mid-debutt tieghu f’Malta kwazi sentejn u nofs ilu, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru.
Il-Prix d’Enghien (klassi Gold) jipprometti finali ohra ta’ kwalita’ oghlja, b’disa’ zwiemel f’etajiet ta’ bejn 9 u 13-il sena, rebbieha ta’ 13-il tigrija bejniethom din is-sena, flimkien ma’ 16-il pjazzament u bil-bicca l-kbira tal-finalisti jkollhom l-aqwa hin din is-sena ta’ 1’16’0 fil-kilometru jew ahjar.
Dawn huma Oros de Reve, Osiris des Kids, Podium, Okapi des Dimes, Orlando Tejy, Marini du Mont, Nuevo Musette, Oscar Mati u Le Bolide du Suret.


Il-finali tal-Prix de Cabourg (klassi Silver) fiha ghaxar zwiemel li huma wkoll f’etajiet ta’ bejn 9 u 13-il sena, li ghalkemm rebhu biss 8 tigrijiet bejniethom dan l-istagun, kellhom total impressjonanti ta’ 29 pjazzament.  Disa’ minnhom irregistraw l-aqwa hin stagjonali ta’ 1’17’0 fil-kilometru jew ahjar.
Il-lista shiha tal-partecipanti hija:  Petrus du Vivier, Olifant du Pouy, Notre Allegro, Ollico Pellois, Oregon de la Foret, Poete de la Sarthe, Lutan Villetot, Onwards Star, Pascal d’Ablon u Ocean Brillouard.


Il-finalisti fil-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) u fil-Prix de Caen (klassi Copper) it-tnejn jinvolvu distakk fl-eta’ bejn l-izghar u l-akbar zwiemel ta’ xejn inqas minn tmien snin, cioe’ bejn 8 u 16-il sena.


Il-kompetituri fil-Prix de Cagnes Sur Mer huma: Parce Que, Noble Candeen, Nympheta de Bisoir, It’s My Way, Kaki du Vivier, Notre Joyeux, November Oaks, Quouky du Soir, Koko Loco u Mambo du Mont.


Dawk fil-Prix de Caen jaqraw kif gej:  Qualou d’Axel, Mambere, Jibilo du Terme, Icare de Jemma, Mistral du Chene, Lucky Charm, Loulou Noir, Ideal de Suce, Mirage d’Ete, Klein Burois u Minou de Perdriat.


Il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha tikkonsisti fi tmien tigrijiet tat-trott “normali” ghall-klassijiet Silver, Bronze u Copper, filwaqt li l-ewwel u l-ahhar tigrijiet nhar il-Hadd huma tigrijiet “normali” ghall-klassijiet Bronze u Silver.


Ziemel wiehed huwa miktub biex jiddebutta fil-laqgha tal-Gimgha, cioe’ z-ziemel tat-trott Franciz Prince de Laurne fil-klassi Silver.


Jiena nemmen li ladarba ziemel jigi impurtat f’Malta minn kwalunkwe pajjiz, dan jigi adottat minna u jsir Malti fl-ispirtu.  Pero’ b’eccezzjoni wahda: kull meta jikkompeti f’kampjonat riservat ghall- pajjiz tal-origini tieghu.  Nhar il-Hadd hija wahda minn dawn l-okkazjonijiet – dawn iz-zwiemel se jergghu jenfasizzaw l-origini Francizi taghhom, jirravvivaw il-passat taghhom u jikkompetu biss kontra l-kompatrijotti taghhom, din id-darba fuq art Maltija.


L-ahhar laqghat


Finali tat-trott u ohra tal-galopp iddominaw il-laqghat tal-gimgha l-ohra fil-korsa tal-Marsa. 


Nhar il-Hamis rajna l-finali tat-Tazza Sette Giugno ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m.  Oviedo Vici ha vantagg bikri li zamm sakemm dahal fl-ahhar nofs dawra.  Madankollu fl-ahhar ftit mijiet ta’ metri, huwa ma setax jirrezisti l-attakki ta’ diversi zwiemel, biz-ziemel Olandiz Zilver Boko (Tony Demanuele) jmur quddiem  u jiddefendi l-vantagg tieghu b’success mill-isfida qawwija ta’ Happiness Photo fl-ahhar metri biex ha s-sitt rebha stagjonali tieghu fl-aqwa hin tieghu f’Malta ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Happiness Photo spicca t-tieni, segwit minn Wiss Night Hawk u Skip Dimanche.  Op Le Cosseen li spicca fil-hames post, ikkwalifika wkoll ghall-Finali tat-Tazza VOB li mistennija ssir fl-ahhar gimgha ta’ Gunju. 


Imbaghad il-Hadd kien imiss liz-zwiemel tal-galopp fil-finali tal-MRC Tote Mediterranean Derby fuq distanza ta’ 1,750m.  Fyelehk mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija segwit minn Little Anthony u l-erba’ finalisti l-ohra.  Madankollu, fl-ahhar nofs dawra d-debba Brittanika Sleepwalking (Demis Zammit) attakkat bis-sahha u eventwalment irnexxiela tmur quddiem, iddominat id-dritta tat-tmiem u spiccat rebbieha tal-Mediterranean Derby fit-tieni success stagjonali ghaliha, b’aktar minn tlett tulijiet minn Little Anthony u r-rebbieh tas-sena l-ohra Buttermilk.


Kellna wkoll tigrija “normali” tal-klassi Premier fuq distanza ta’ 2,140m fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd.  Hawnhekk Arnie Sensation ha l-kmant kmieni u rnexxielu jzommu sat-tmiem, minkejja l-attakk b’sahhtu ta’ Maximal Value fid-dritta tat-tmiem.  Fl-ahhar irnexxielu jiehu t-tlettax-il rebha f’Malta u t-tieni rebha stagjonali tieghu b’madwar nofs tul minn Maximal Value, Super Qui u Oscar de la Vallee f’hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru. 


Dawn il-laqghat kienu jinkludu erba’ tigrjiet tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2,140m, li kollha rrizultaw fi zwiemel jiehdu l-ewwel rebha taghhom f’Malta.


Fl-ewwel wahda, r-rebha marret ghal Why Not As, li kien qed jigri t-tieni tigrija tieghu f’Malta, li mar fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem u gheleb liz-ziemel li spicca fit-tieni post Oolong b’inqas minn tul f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.


It-tigrija li kien imiss kellha diversi aspetti simili ghall-ewwel wahda, b’Love Heart jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta.  Huwa mar fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem u gheleb liz-ziemel li spicca fit-tieni post Victory Farming b’madwar zewg tulijiet f’hin ta’ 1’17’0 fil-kilometru.


Imbaghad il-Hadd, l-iskwalifika taz-ziemel li qasam il-linja tat-tmiem l-ewwel, Niky de Memartin, wasslet biex ir-rebha marret ghal Veikko Hornline, b’ras quddiem Reado November, f’hin tajjeb ta’ 1’15’6 fil-kilometru.


Finalment, Baron G.L. ghamilhom poker ta’ zwiemel li rregistraw l-ewwel rebha taghhom fit-tigrijet tal-klassi Gold meta mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u rebah b’madwar zewg tulijiet minn Nous Dix de l’Erve f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.


Xieraq li wiehed isemmi wkoll zewg hinijiet taht il-1’17 irregistrati fil-klassi Bronze fuq 2,140m minn Emil Brebro (1’16’7 fil-kilometru) u Kosai LJ (1’16’8 fil-kilometru), rebbieha tat-tigrijiet rispettivi taghhom.


Rodney Gatt fis-Serbja


Nhar il-Hadd li ghadda, Rodney Gatt irrapprezenta lil Malta fit-tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterrean Horse Racing Union li nzammet fil-korsa ta’ Beograd fis-Serbja. 


Rodney kien ferm sfortunat meta Abba, z-zwiemel li kien qieghed isuq, bidel il-pass fil-bidu tat-tigrija u gie skwalifikat.  Affarijiet li jigru.  Nirringrazzjaw lil Rodney talli rrapprezenta lil Malta u talli ghamel kull ma seta’ u ninsabu certi li din se tkun ukoll esperjenza internazzjonali utli ghalih.  Nawgurawlu xorti ahjar darb’ohra!


Unur Sewwieq tax-Xahar – Mejju


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Mejju intrebah minn Mario Fenech abbazi taz-zewg rebhiet mill-aqwa, zewg pjazzamenti fit-tieni post u pjazzament fir-raba’ post li rregistra matul dak ix-xahar, mis- seba’ tigrijiet li ppartecipa fihom.


Prosit Mario – tassew jixraqlek! Grazzi hafna wkoll lis-Sur David Ellul tas-support tieghu ghal dan l-unur billi sponsorja l-edizzjoni ta’ Mejju.


L-N ijiet l-Antiki


Bhalma jafu d-dilettanti tat-tigrijiet, l-ismijiet taz-zwiemel tat-trott Francizi jibdew b’ittra specifika li tvarja skont is-sena tat-twelid taz-ziemel.  L-ismijiet taz-zwiemel tat-trott imwielda fl-2001 jibdew bl-ittra N. 


Kontingent pjuttost b’sahhtu bhalissa jinsab jigri f’Malta u numru mdaqqas waslu sal-finali li nzammu din is-sena, inkluz il-finali tal-kampjonat SECF.  Dan fakkarni fl-“N ijiet l-Antiki”, l-generazzjoni precedenti ta’ zwiemel tat-trott li isimhom beda b’dik l-ittra, dawk imwielda fl-1979.


Dawk kienu tassew zmenijiet ohra anki rigward it-tigrijiet taz-zwiemel.  Iz-zwiemel li ddebuttaw f’dawk l-ahhar tlett snin tas-snin tmenin kienu kollha Francizi, hlief 3.  Filwaqt li aktar minn 90% tal-generazzjoni tal-N ta’ bhalissa ddebuttaw f’Malta fl-eta’ ta’ bejn 9 u 11-il sena, kwazi 90% tal-generazzjoni precedenti ddebuttaw fl-eta’ ta’ 8 jew 9 snin, madwar 25 sena ilu. 


F’Malta, l-N ijiet kienu generazzjoni abbundanti, b’numru sostanzjali ta’ debuttanti meta mqabbel ma’ snin ohra.  Jien ghaddejt 107 N ijiet imqabbel ma’ 90 fil-generazzjoni precedenti ta’ M ijiet.  Xi whud jargumentaw li z-zwiemel ta’ success tal-generazzjoni tal-N ijiet fil-korsa taghna f’dawk is-snin hajjru sidien li jimpurtaw aktar zwiemel ta’ kwalita’ sabiex jikkompetu maghhom. 


Ma nistax nikkummenta fuq kull ziemel ta’ dik il-generazzjoni, izda bhala ezempji, qbadt tmintax li ghal xi raguni baqghu mwahhlin fil-memorja tieghi.


Kien hemm zewg rebbieha tat-Tazza l-Kbira, Nicolas de la Fuye (8 rebhiet u 13-il pjazzament) fl-1988 u Nemo des Bruyeres sena wara.  Dan ta’ l-ahhar eventwalment rebah 16-il tigrija kif ukoll 21 pjazzament izda kien sfortunat li miet wara li rebah tigrija tal-klassi A1 ta’ 3,180m fl-eta’ ta’ 11-il sena biss.


Iz-ziemel li rebah l-akbar numru ta’ tigrijiet fostna f’dik il-generazzjoni kien Neloup, ziemel b’passat decenti fi Franza, li hawn rebah xejn inqas minn 31 tigrija u ppjazza 66 darba ohra (kwazi Euro20,000 f’rebh ta’ flus mit-tigrijiet) fi tmien snin ta’ tigrijiet.  Huwa rebah ukoll finali importanti bhall-Finali Cisk Lager tal-1988 u d-Du Maurier Grand Final tal-1990.


Diversi zwiemel kellhom livelli estremament rispettabbli ta’ rebh ta’ flus fi Franza, meta wiehed jikkunsidra l-livelli aktar baxxi ta’ rebh ta’ flus dak iz-zmien u l-eta’ izghar li fih iz-zwiemel tat-trott kienu jigu mpurtati f’Malta.


Zwiemel bhal Nestor d’Estrees (4 rebhiet u 6 pjazzamenti minn 23 tigrija f’Malta) bi kwazi 1.2 miljuni Franki Francizi (kwazi Euro180,000 tal-lum), Nemo des Bruyeres bi kwazi 800,000 Franki (kwazi Euro120,000 tal-lum), Neroli de Vaure, Nanterrois (3 rebhiet – inkluz Tazza Cisk Lager fl-1989 – fi ftit aktar minn stagun wiehed hawn) u ohrajn qabzu facilment il-marka tal-Euro100,000 tal-lum.


Neroli de Vaure rebah xejn inqas minn 19-il rebha u 26 pjazzament f’5 snin ta’ tigrijiet.  Ghalkemm ma kellux success daqs iz-zwiemel msemmija aktar ‘il fuq, Neronien kien daqstant popolari hawnhekk, b’21 rebha u 34 pjazzament f’karriera li wkoll damet ftit aktar minn 5 snin.  Rebah ukoll hafna titli prestigjuzi; il-Kampjonati VOB tal-1987 u tal-1990, il-Finali Hop Leaf tal-1988 u tal-1989 u l-Gran Finali ta’ Farsons tal-1988 u tal-1989.


Kellna wkoll xi ftit dwieb interessanti.  Tlett ezempji huma Nargemone u Nini Soyer li kull wahda irnexxiela tiehu 9 rebhiet u diversi pjazzamenti u Nymphe du Gue li rebhet it-Tazza Neriku fl-1989.


Kien hemm tant abbundanza ta’ zwiemel tat-trott ta’ success f’dik il-generazzjoni!  Ir-rebbieh tat-Tazza Bank of Valletta u tat-Tazza Coca Cola tal-1990 Nid d’Espoir – 14-il rebha u 47 pjazzament, Naldos bis-26 rebha tieghu (inkluz it-Tazza Pillow Space Frames 1993) u 48 pjazzament, il-21 rebha ta’ Norfolk (inkluz il-Finali Hop Leaf tal-1991) u 51 pjazzament, Nestor du Marais – 17-il rebha u 29 pjazzament, ir-rebbieh tat-Tazza Du Maurier (klassijiet A u B) Nono Etoile (11-il rebha u 32 pjazzament), Nermont, Nikares u Notre Desir li kellhom 12-il rebha u diversi pjazzamenti kull wiehed, u tant ohrajn!


Naturalment, kull generazzjoni ghandha r-rebbieha u l-ikoni taghha (l-qarrejja zgur izidu aktar ismijiet popolari anki tal-generazzjoni tal-“N ijiet l-Antiki”).  Madankollu lejlet dawn il-finali tal-kampjonati SECF, ma stajtx ma niftakarx f’generazzjoni ta’ zwiemel tat-trott ta’ kalibru li tant iggibli memorji u nostalgija tal-granet taz-zghozija tieghi!


Bhas-soltu, nirringrazzja lis-Sur Nicholas Farrugia, s-sors abbundanti ta’ dokumentazzjoni storika, talli bil-pacenzja kollha pprovdieli tant informazzjoni utli fuq il-generazzjoni tal-N ijiet Antiki.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.