Sunday 15th July 2012
Is-36 u s-37 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-13 ta’ Lulju u l-20 ta’ Lulju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel matul il-gimgha li gejja, l-ewwel wahda nhar il-Gimgha 13 u l-ohra l-Gimgha ta’ wara 20 ta’ Lulju, t-tnejn jibdew fis-7pm.  Kull laqgha tinkludi seba’ tigrijiet tat-trott kollha fuq distanza qasira ta’ 2,140m, li jiffurmaw parti mill-kampjonati tas-Sajf.


Tabilhaqq, din hija l-ahhar opportunita’ ghaz-zwiemel li qed jippartecipaw f’dawn il-kampjonati biex jigbru punti li jippermettulhom li jikkwalifikaw ghall-finali rispettivi.


Se tinzamm tigrija tal-klassi Premier f’kull laqgha, bi 13-il partecipant f’kull wahda.


L-ewwel wahda tinkludi diversi zwiemel li gejjin minn rebhiet u pjazzamenti tajbin, bhal Oviedo Vici li rebah u ha pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Nitesco d’Anthony u Bonus Kall li t-tnejn spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija taghhom, Veikko Hornline, li ppjazza fit-tielet post fl-ahhar tigrija tieghu, l-finalist fit-Tazza Sette Giugno u fit-Tazza VOB Op Le Cosseen, u z-zwiemel l-ohra mill-aktar validi.


L-iSvediz Power Night Star huwa wkoll miktub biex jiddebutta f’din it-tigrija.  Ghalkemm ghad ghandu seba’ snin, ir-rebh tieghu ta’ SEK569,570 (sitt rebhiet u diversi pjazzamenti), bl-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru rregistrat fil-korsa ta’ Halmstad fuq distanza ta’ 1,609m, iwassluh fil-klassi Premier.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier ukoll tinkludi “line-up” mill-aqwa, bi zwiemel bhar-rebbieh tat-Tazza VOB ta’ dan l-ahhar Label Chouan, ir-rebbieha tal-gimgha l-ohra Shakira Trot, Milord Barbes, li spicca fit-tieni post fil-finali tal-Prix de Vincennes u t-tielet f’dik tat-Tazza VOB, Arnie Sensation li rebah u ppjazza fl-ahhar zewg hargiet tieghu, Maximal Value li dan l-ahhar ippjazza fit-tieni post, ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-ohra Kakisis, ir-rebbieh tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2010 Mont Cenis Honey u l-partecipanti denji l-ohra kollha.


Se jinzammu wkoll tlett tigrijiet tal-klassi Gold.  L-ewwel wahda tinkludi zwiemel bhal Naja In Blue, rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu, Wim u Reado November, li t-tnejn spiccaw fit-tieni post fl-ahhar zewg tigrijiet taghhom, flimkien ma’ Key Value li ha pjazzament fl-ahhar tigrija tieghu, kif ukoll tnax-il ziemel iehor li qed jaghmlu minn kollox biex jilhqu l-ahjar forma taghhom.


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold fil-programm tal-20 ta’ Lulju jinkludu wkoll zwiemel tat-trott li gejjin minn prestazzjonijiet tajbin hafna fl-ahhar zewg hargiet taghhom; zwiemel bhal Rambo Lambo, Love Heart u Baron G.L., li rebhu u ppjazzaw fl-ahhar tigrjiet taghhom, Little Nick, Nacarat Campbell u Pouvoir Magique, rebbieha tal-ahhar tigrija rispettiva taghhom, Netter Williams li rebah it-tigrija ta’ qabel tal-ahhar tieghu, Hulot, Natif de l’Hommee u Pleasant Gallant, li spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija taghhom u diversi ohrajn.


Il-partecipanti l-ohra kollha jistghu wkoll ikunu finalisti daqstant denji.  L-iSvediz Sky Launcher huwa wkoll mistenni jikkompeti fl-ewwel tigrija tieghu f’Malta f’din il-klassi.


It-tigrijiet l-ohra mill-kampjonati tas-Sajf huma erbgha ghall-klassi Silver, tlieta ghall-klassi Bronze u tnejn ghal zwiemel tal-klassi Copper, li kollha jinkludu diversi zwiemel tat-trott li jinsabu f’forma tajba.


F’dan iz-zmien tas-sena, hekk kif it-temperaturi jkomplu joghlew u l-istagun joqrob lejn il-waqfa tas-sajf, il-kitba taz-zwiemel tonqos xi ftit u jkollna laqghat iqsar.  Madankollu, dawn xorta jipprovdu spettaklu mill-aqwa.  Tabilhaqq is-sistema ta’ punti li twassal ghall-ghazla tal-finalisti, taghti ncentiv lill-partecipanti kollha biex jaghtu l-almu taghhom biex jiksbu wiehed mill-postijiet f’finali ta’ kampjonat iehor prestigjuz ... il-kampjonat tas-Sajf!


L-ahhar laqghat


L-aspetti ewlenin tal-ahhar zewg laqghat kienu l-Gran Final tat-Tazza VOB ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier kif ukoll il-bidu tal-Kampjonati tas-Sajf, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Fis-26 ta’ Gunju, il-Gran Final tat-Tazza VOB rat lil Milord Barbes jiehu kmant bikri u jzommu sal-ahhar fazi tat-tigrija meta sofra attakk b’sahhtu ta’ Label Chouan (David Ellul).  Dan ta’ l-ahhar mar fuq quddiem u mbaghad kellu jirrezisti sfida qawwija ta’ Lady de Vindecy fl-ahhar metri biex spicca rebbieh (il-hames rebha stagjonali) b’ras, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’3 fil-kilometru.


Lady de Vindecy, Milord Barbes u Count of Life spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni. 


Zewg tigrijiet tal-klassi Premier kienu l-qofol tal-kampjonati tas-Sajf.  Fl-ewwel wahda, Oviedo Vici ha kmant bikri u rnexxielu jzommu sal-ahhar, biex irregistra t-tielet rebha stagjonali, b’madwar zewg tulijiet minn Nitesco d’Anthony f’hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru.  Veikko Hornline u Net de Ginai hadu l-pjazzamenti l-ohra.


Fit-tieni wahda, Arnie Sensation kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija izda d-debuttanta Shakira Trot attakkat b’sahha fid-dritta tat-tmiem, marret qudiem u kisbet l-ewwel rebha taghha f’Malta, minn Bonus Kall, Arnie Sensation u Carnegie Hall, f’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, Naja In Blue rregistra l-ewwel rebha stagjonali tieghu bi ftit aktar minn tul minn Reado November, Imbra d’Alfa u Key Value f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


Fit-tieni wahda, Nacarat Campbell iccelebra r-ritorn tieghu ghat-tigrijiet wara waqfa ta’ aktar minn erba’ xhur billi kien fuq quddiem ghal parti konsiderevoli tat-tigrija u rnexxielu jzomm il-kmant sat-tmiem, biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali b’aktar minn zewg tulijiet minn Natif de l’Hommee, Baron G.L. u L’Ideal de Fersan f’1’17’6 fil-kilometru. 


Little Nick iddomina l-bicca l-kbira tat-tigrija tal-klassi Gold li kien imiss biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar tul u nofs, f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru minn Hulot, Love Heart u Rambo Lambo.


Fl-ahhar tigrija tal-klassi Gold, Pouvoir Magique attakka b’sahhtu fid-dritta tat-tmiem u spicca rebbieh car fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha li ghaddiet, 1’15’6 fil-kilometru.  Huwa ghalhekk irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta minn Peasant Gallant u zewg debuttanti, Ozerio u Plaisir d’Amour.


It-tigrijiet tal-klassi Silver intrebhu minn Orage du Pont (l-ewwel rebha f’Malta), Okilebo de Bremont (t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali), Onwards Star (l-ewwel rebha stagjonali), Napolitano Sun (l-ewwel rebha stagjonali), West Life (l-ewwel rebha f’Malta) u Bankir Zon (l-ewwel rebha stagjonali).


Fil-klassi Bronze, Quoky du Soir kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin tajjeb hafna ghan din il-klassi ta’ 1’16’6 fil-kilometru, li huwa wkoll l-aqwa hin personali assolut tieghu.  Ariane A rebhet fid-debutt taghha, filwaqt li Super Mack Grocer kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu u Law Suit it-tieni rebha stagjonali tieghu f’din il-klassi.  Royal Qui (t-tieni rebha stagjonali) u Loulou de la Rose (l-ewwel rebha stagjonali) kienu r-rebbieha tat-tigrijiet tal-klassi Copper.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m rat it-trijomf ta’ Nuage de la Tour, fl-ewwel rebha stagjonali tieghu, b’madwar tul u nofs minn Little Anthony.


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar – Gunju


L-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Gunju ntrebah minn Tony Demanuele abbazi tal-rebhiet mill-isbah li rregistra f’zewg finali, cioe’ fuq Zilver Boko fit-Tazza Sette Giugno u fuq Icare de Jemma fil-Prix de Caen.  Huwa rregistra wkoll seba’ pjazzamenti matul l-istess xahar.


Prosit tassew Tony – tassew jisthoqqlok!  Nirringrazzjaw hafna wkoll lil Finish Line talli ssupportjaw dan l-unur billi sponsorizzaw l-edizzjoni ta’ Gunju.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva zewg risultati ta’ testijiet tad-doping.  Sfortunatament dawn irrapportaw sustanzi projbiti ta’ Kategorija 3 fir-rigward ta’ Mig of the Wood, li spicca fit-tieni post fil-finali tal-Prix de Vincennes u Little Anthony, li spicca fit-tieni post tal-Mediterranean Derby ghal zwiemel tal-galopp.


Minbarra penalitiajiet ohra mposti fir-rigward taz-zwiemel imsemmija, ir-rizultati tat-tigrijiet rispettivi issa nbidlu, cioe’ z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Prix de Vincennes issa huwa Milord Barbes, segwit minn Nevaio des Bordes u Label Chouan f’dik l-ordni, filwaqt li z-ziemel li spicca fit-tieni post fil-Mediterranean Derby issa huwa Buttermilk segwit minn Etoile du Pic.


Prosit tassew lil Michael Sultana u Kimberley Downs


Prosit tassew lil Michael Sultana li rregistra opra mill-aqwa fil-25 ta’ Gunju meta rikeb liz-ziemel tal-galopp Amerikan ta’ 6 snin Kimberley Downs u wasslu ghal rebha impressjonanti fl-ewwel tigrija ta’ dan iz-ziemel fil-Belgju (Oostende) fil-Prix Paddock fuq distanza ta’ 1,800m.


Lil Kimberley Downs nafuh sew f’Malta, meta kkompeta hawnhekk ghal madwar ghaxar xhur u rebah sitt darbiet (inkluz it-Tazza Exotique tal-2011) mit-tmien tigrijiet tieghu f’Malta u issa rnexxiehlu jerga’ jirbah barra minn xtutna.


Prosit tassew lis-sidien tieghu u specjalment lis-sid fi shab, trejner u gerrej tieghu Michael Sultana ghal dan is-success impressjonanti.


20 sena ilu – l-ewwel laqghat tat-tigrijiet tas-Sajf


Kien fl-1992 li l-Malta Racing Club hass li kien wasal iz-zmien li jintroduci laqghat tat-tigrijiet fis-sajf.  Qabel, l-istagun tat-tigrijiet kien pjuttost simili ghas-sena skolastika, jispicca f’nofs Gunju, bi stagun gdid jibda’ tipikament fil-bidu t’Ottubru.


Ghal snin twal kien jinhass li s-shana tas-sajf, in-nuqqas ta’ facilitajiet ta’ dawl artificjali, n-numru relattivament limitat ta’ zwiemel u l-fatt li l-Maltin ihobbu jgawdu l-Hdud u l-festi pubblici (l-granet tradizzjonali tat-tigrijiet taghna) tas-Sajf magenb il-bahar jew jivvjaggaw, ma kienux jaghmlu t-tigrijiet fis-sajf fattibbli hawn Malta.


Fl-1992, instabu soluzzjonijiet ghal dawn id-diffikultajiet.  Inzammu numru limitat ta’ laqghat u dawn matul il-gimgha, nhar ta’ Hamis, izda fis-snin ta’ wara ntuzaw anki t-Tlieta u l-Gimgha, sabiex tmiem il-gimgha thalla liberu.


Kienu jibdew fis-6pm, hin li fih hafna nies li jahdmu kienu jkunu temmew il-gurnata tax-xoghol tas-sajf.  L-aghar tas-sahha tax-xemx tipikament tkun ghaddiet sa dak il-hin, izda xorta b’xi saghtejn jew tlieta ta’ dawl specjalment fl-ewwel nofs tas-sajf.  Il-laqghat kienu jispiccaw sa madwar it-8pm u jippermettu n-nies li jgawdu l-bqija tal-iljieli rilassanti sajfin f’Malta.


U l-ahhar izda mhux lanqas, iz-zieda fin-numru ta’ zwiemel tat-tigrija (l-aktar zwiemel tat-trott) – incidentalment l-1992 kienet ukoll is-sena li fiha kien hemm l-ewwel zieda sostanzjali ta’ zwiemel tat-trott Svedizi importati f’Malta – u interess mis-sidien ikkontribwew sabiex jaghmlu dawn il-laqghat tas-Sajf realta’.


Ghoxrin sena ilu, kull laqgha kien ikun fiha biss hames tigrijiet (dawn eventwalment zdiedu l-aktar mill-2003 bl-introduzzjoni tad-dawl artificjali), u kienu ristretti ghall-klassijiet A1 sa D (l-ekwivalenti tal-klassijiet Premier sa Silver tal-lum). Inzammu hames laqghat, l-ewwel wahda nhar il-Hamis 25 ta’ Gunju.


Gie ntrodott kampjonat gdid ghat-tigrijiet tas-sajf, cioe’ t-Tazza tal-President, li wara kellha tiehu ezistenza indipendenti mil-laqghat tas-Sajf u ssir wiehed mill-oghla unuri fit-tigrijiet tat-trott f’Malta.


Iz-zwiemel inqasmu bejn dawk fil-klassijiet A1 u A u dawk fi klassijiet B, C u D bil-finalisti jinghazlu permezz ta’ sistema ta’ heats u semi-finali knock-out.  Inzammu zewg semi-finali ghall-klassijiet A1 u A bl-ewwel tnejn minn kull wahda jghaddu ghall-finali, u erba’ semi-finali ghall-bqija tal-klassijiet li minnhom ir-rebbieh biss kkwalifika ghall-finali.


Il-finalisti kienu Zito Bob u Waylon Bee (rebbieha tas-semi-finali) flimkien ma’ Rio Airlines (skraccjat fil-finali) u My Glesca mill-klassijiet A1 u A,  u Riverman, Ricky du Lac, Naldos u Persan de Souvigne, rebbieha tas-semi-finali tal-klassijiet B, C u D.


Il-finali nzammet fil-23 ta’ Lulju bir-rebha tmur ghall-iSvediz Zito Bob misjuq minn Tony Tanti li ha l-kmant madwar dawra mit-tmiem u zied il-velocita’ tieghu fid-dritta tat-tmiem biex rebah b’mod komdu.  Ricky du Lac u Riverman ippjazzaw warajh f’dik l-ordni.   


Din kienet tassew gurnata ta’ finali, b’finali minuri jinzammu wkoll ghall-klassijiet individwali l-ohra; ir-rebbieha kienu Lupin Reel, Quickly de Cornica, Quijan u Rambour.


Hawn Malta sa certu punt minhabba s-shana konsiderevoli, izda wkoll forsi minhabba l-mentalita’ u t-tradizzjoni taghna, s-sajf huwa assocjat mal-mistrieh u mal-holqien ta’ energiji godda, kemm ghall-bnedmin kif ukoll ghall-annimali. 


Ghalhekk, l-introduzzjoni ta’ element ta’ tigrijiet tas-sajf qabel il-waqfa ta’ nofs is-sajf kienet haga nnovattiva dak iz-zmien (differenti minn diversi pajjizi ohra fejn it-tigrijiet jinzammu matul is-sena kollha) u fil-fatt anki wara kien hemm snin li fihom ma nzammux tigrijiet fis-sajf.  Illum ukoll xi whud jippreferu jserrhu z-zwiemel taghhom matul is-sajf kollu, kif ghandhom id-dritt kollu li jaghmlu.


Madankollu, ghoxrin sena wara, din hija karatteristika accettata fil-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta bil-Kampjonat tas-Sajf isir kampjonat prestigjuz minnu nnifsu.  Jalla jkollna iljieli eccitanti sajfin fil-korsa anki din is-sena!


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra eccitanti.