Wednesday 12th September 2012
Id-39 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-14 ta’ Settembru

minn Magnat


Wara waqfa ta’ seba’ gimghat ghas-sajf, it-tigrijiet taz-zwiemel jirritornaw fil-korsa tal-Marsa nhar il-Gimgha li gej 14 ta’ Settembru fis-6.45pm bi programm ta’ ghaxar tigrijiet kollha tat-trott, fuq distanza ta’ 2,140m.


Minbarra zwiemel li qed jirritornaw wara l-waqfa tas-sajf, il-laqgha tara wkoll diversi zwiemel tat-trott jerghu lura ghall-kompetizzjoni wara waqfa itwal.


L-attrazzjonijiet ewlenin jikkonsistu f’zewg tigrijiet tal-klassi Premier li kull wahda minnhom tinkludi tnax-il partecipant, numru ta’ zwiemel tipiku ta’ finali.


Fl-ewwel tigrija nsibu erba’ debuttanti, l-iSvedizi Cassius Hall, Celebrity Photo u Pinekiller u l-Franciz  Quipo de Billeron, kif ukoll iz-ziemel pjuttost gdid Power Night Star li rnexxielu jiehu rebha u pjazzament fit-tieni post (fil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier) fl-ewwel zewg tigrijiet tieghu f’Malta ezatt qabel il-waqfa tas-sajf.  Il-bqija taz-zwiemel qed ifittxu forma ahjar minn dik tal-ewwel fazi tal-istagun. 


It-tieni tigrija tal-klassi Premier tara r-ritorn ta’ numru ta’ zwiemel tat-trott popolari, bhar-rebbieh ta’ hames tigrijiet Nuage de Bourgogne u r-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier Major Chaleonnais li ghadu ma ha sehem fl-ebda tigrija din is-sena.  Il-bqija huma wkoll zwiemel maghrufa, li whud minnhom anki ppjazzaw f’finali tal-oghla klassi din is-sena, bhal Veikko Hornline (li ha t-tielet post fil-finali tal-Kampjonat tas-Sajf) u Count of Life (li spicca t-tieni fil-finali tal-Kampjonat Assikura).


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold huma daqstant ibbilancjati u jinkludu listi shah ta’ 16-il ziemel bil-partecipazzjoni ta’ diversi zwiemel li kellhom success fl-ahhar hargiet taghhom qabel il-waqfa tas-sajf, bhal Pouvoir Magique u Petrus du Vivier (it-tnejn b’zewg rebhiet u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom), Key Value u Victory Farming (it-tnejn b’rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom), Little Nick (zewg rebhiet fl-ahhar tlett hargiet tieghu), Why Not As (rebha fl-ahhar tigrija tieghu), Orion du Vaumicel (zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu nkluz il-finali tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Gold) u ohrajn.


Tlett zwiemel godda huma wkoll miktuba biex jaghmlu d-debutt taghhom f’dawn iz-zewg tigrijiet, cioe’ l-Francizi Nurburgring u Oh du Pestel u l-iSvediz Zombrero Son.


Il-bqija tat-tigrijiet huma tlieta ghall-klassi Silver, tnejn ghall-klassi Bronze u l-ohra ghal zwiemel tal-klassi Copper.  Id-debuttanti f’dawn it-tigrijiet huma l-iSvedizi Mr Snowman u R.S.P. Knife, l-Finlandiz Daring Daylight u l-Franciz Pilote de Nganda fil-klassi Silver u l-Olandiz Andri Boko (li ghad ghandu biss 5 snin) fil-klassi Bronze.


L-ewwel laqghat ta’ Settembru huma dejjem xi ftit spekulattivi, b’kulhadd jipprova jiehu ideja tal-istat ta’ forma tal-partecipanti wara l-waqfa tas-sajf.  Izda bil-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum jibda’ lejn l-ahhar ta’ Settembru, iz-zwiemel li qed jimmiraw li jkunu protagonisti f’din it-tieni fazi tal-istagun ghandhom ikunu fi triqthom sew li jilhqu livell xieraq ta’ preparazzjoni ...


L-ahhar laqgha


L-ahhar laqgha kienet dik li nzammet fis-27 ta’ Lulju u din kienet iddedikata kompletament ghal seba’ finali mill-Kampjonat tas-Sajf fuq distanza ta’ 2,140m.


L-aktar finali importanti kienet naturalment dik tal-klassi Premier, fejn Mont Cenis Honey ha vantagg bikri minn Milord Barbes u Power Night Star, vantagg li zamm sad-dritta tat-tmiem meta Milord Barbes misjuq minn France Cassar attakka b’sahhtu, mar quddiem u kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu u dan il-kampjonat, f’hin eccellenti ta’ 1’14’6 fil-kilometru, l-aqwa hin fuq id-distanza f’ Malta ghal aktar minn tlett snin.


Power Night Star, Veikko Hornline u Mont Cenis Honey hadu l-pjazzamenti f’dik l-ordni. 


Il-finali tal-klassi Gold rat taqbida intensa fid-dritta tat-tmiem bejn Nacarat Campbell (Rodney Gatt) u Orion du Vaumicel.  Ir-rebha fl-ahhar marret ghal ta’ l-ewwel (it-tieni rebha stagjonali) bi ftit aktar minn nofs tul, f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru, b’Orion du Vaumicel, Pouvoir Magique u Key Value jiehdu l-pjazzamenti.


Attakk b’sahhtu fl-ahhar nofs dawra wassal lil Cal Win (Shaun Portelli) biex jiehu l-kmant tat-tigrija u jiddefendih b’success sat-tmiem, sabiex rebah il-finali tal-klassi Silver (it-tieni rebha stagjonali tieghu) b’madwar tul minn Bankir Zon, Orage du Pont u Onwards Star.  Il-hin tieghu kien ukoll dak ta’ 1’16’1 fil-kilometru.


Zieda ohra mpressjonanti fil-velocita’ fl-ahhar dawra kienet krucjali biex Quouky du Soir (Redent Magro) jispicca rebbieh tal-finali tal-klassi Bronze madwar tul quddiem Polytain, b’Obelix Blue u One Fouteau jiehdu l-pjazzamenti l-ohra.  Din kienet it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali ghal Quouky du Soir f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru, l-ahjar hin assolut tal-karriera tieghu.


Il-finali tal-klassi Copper tatna forsi l-aktar tmiem missielet tal-gurnata b’xejn inqas minn sitt zwiemel jisprintjaw flimkien sad-dritta tat-tmiem.  Fl-ahhar kien Loulou de la Rose (Michael Ellul) l-aktar wiehed veloci minnhom kollha sabiex kiseb din il-finali u t-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’17’6 fil-kilometru.  Icare de Jemma, Jeo de Touvois u Orasi Index spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni.


Ouragan de Crouay (Larson Mifsud) ha kmant bikri fil-finali ta’ konsolazzjoni tal-klassi Silver u zammu matul it-tigrija kollha.  Madankollu huwa kellu jiddefendih b’mod qawwi minn attakk determinat ta’ Ouraki du Drochon fl-ahhar metri, b’Ouragan de Crouay fl-ahhar jirnexxielu jiehu t-tieni rebha stagjonali tieghu, bi ftit aktar minn ras, f’hin iehor ta’ 1’17’6 fil-kilometru.  Jet Space u Poete de la Sarthe spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.


Finalment, Pretty Post dahal fuq quddiem fid-dritta tat-tmiem tal-finali ta’ konsolazzjoni tal-klassi Bronze, izda f’dak l-istadju Orio de Marancourt faqqa’ attakk b’sahhtu li wasslu biex jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar zewg tulijiet mill-istess Pretty Post, Nolan Streamline u Nuthan d’Emi f’hin ta’ 1’18’1 fil-kilometru.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva hames rizultati ta’ testijiet tad-doping.  Tnejn jirreferu ghal partecipanti fil-finali tal-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi mizmuma fis-17 ta’ Gunju, filwaqt li t-tlieta l-ohra jirreferu ghal partecipanti fil-Gran Finali tal-VOB mizmuma fis-26 ta’ Gunju.


Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Milord Barbes u Icare de Jemma (it-tnejn partecipanti fil-finali tal-kampjonati SECF), u Label Chouan, Lady de Vindecy u Milord Barbes (kollha partecipanti fil-Gran Finali VOB), li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Is-sewwieqa jisirqu x-xena fis-sajf


Dan is-sajf is-sewwieqa taghna taw prova ohra tal-inizjattiva u tat-talenti taghhom meta rnexxielhom jisirqu x-xena anki meta l-istagun tat-tigrijiet f’Malta kien temporanjament maghluq fil-waqfa tas-sajf!  Tidher haga nkredibbli, izda kif irnexxielhom jaghmlu dan?


(a) Unur tas-Sewwieq tax-Xahar


L-ewwelnett kellna l-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Lulju li ntrebah mis-sewwieq veteran France Cassar abbazi tar-rebh ta’ zewg finali f’dak ix-xahar, fuq Milord Barbes fil-finali tal-klassi Premier u Orio de Marancourt fil-finali ta’ konsolazzjoni tal-klassi Bronze.  Huwa kiseb rebha ohra matul dak ix-xahar fuq Nacarat Campbell fil-klassi Gold, kif ukoll erba’ pjazzzamenti, tnejn fuq Orion du Vaumicel, u wiehed kull wiehed fuq Orio de Marancourt u Milord Barbes.


Naghtu l-isbah xewqat lil France!  Nirringrazzjaw hafna wkoll lil Anthony Axisa Importers & Suppliers of Animal Feeds tas-support taghhom ghal dan l-unur billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ Lulju.


Imbaghad kellna numru ta’ sewwieqa Maltin attivi f’koros barra minn Malta.


(b) Tigrijiet Amateur fl-iSvezja


Fil-bidu t’Awwissu, kontingent ta’ sewwieqa Maltin ivvjagga lejn l-iSvezja sabiex ippartecipa fi tlett tigrijiet amateur f’konfront ma’ sewwieqa Svedizi, liema tigrijiet kienu sponsorizzati mill-Finn Tack.


Nifirhu lis-sewwieqa Eugenio Bondin, Etienne Carabott, Ivan Carabott, Josef Cassar, Karl Debono, Gilbert Farrugia, Mario Farrugia u Ludvig Ghigo li kellhom esperjenza ta’ sewqan internazzjonali mill-aktar utli u ta’ success.


Fost l-ahjar rizultati miksuba mis-sewwieqa Maltin fl-iSvezja insibu r-rebha ta’ Ivan Carabott fil-korsa ta’ Solvalla fuq Ajo Zenit u l-pjazzament fit-tieni post ta’ Josef Cassar fuq Vilja Brick fl-istess tigrija.


Ludvig Ghigo wkoll kellu success, meta rebah fil-korsa ta’ Mantorp fuq My Entertainer, filwaqt li Etienne Carabott irregistra pjazzament tajjeb fit-tielet post f’tigrija ohra fil-korsa ta’ Vaggeryd.  Sewwieqa ohra bhal Gilbert Farrugia u Mario Farrugia rregistraw ukoll pjazzamenti tajba f’dawn it-tigrijiet. 


Konfront iehor ta’ hbiberija bejn sewwieqa Maltin u Svedizi inzamm iktar tard fix-xahar fil-korsa ta’ Sundbyholm f’Eskilstuna fuq distanza ta’ 2,140m.  Hadu sehem erba’ sewwieqa Maltin (Charles Farrugia, Michael Ghigo, Darren Mizzi and Jason Vassallo, bis-sewwieq Malti l-iehor, Pierre Caruana, jkun sfortunat li jkollu z-ziemel tieghu skraccjat) u hames sewwieqa Svedizi.


Ir-rebha marret ghal Gidds Led misjuq minn Darren Mizzi, b’Jason Vassallo jsegwih mill-qrib fit-tieni post fuq Careful Victory.  Charles Farrugia ppjazza fil-hames post fuq Ryns Pascal.


(c) Tigrijiet ghal sewwieqa nisa Ewropej


L-inizjattiva interessanti li rajna fil-korsa tal-Marsa f’April li ghadda bl-organizzazzjoni ta’ tigrija ghal sewwieqa nisa Ewropej kompliet b’zewg tigrijiet ohra matul dan is-sajf.  F’Awwissu, is-sewwieqa taghna Lorraine Cunningham ippartecipat f’tigrija simili mizmuma f’Duinigt, l-Olanda fuq distanza ta’ 2,000m.


It-tigrija ntrebhet mir-rapprezentanta Olandiza Annemiek Beekman filwaqt li Lorraine spiccat fis-sitt post fuq Atleet Vredebest, ziemel tat-trott li huwa aktar imdorri jigri fuq distanzi iqsar.


Fil-bidu ta’ dan ix-xahar Lorraine kienet ukoll is-sewwieqa Maltija f’tigrija ohra ghal sewwieqa nisa Ewropej li nzammet f’Solvalla, l-iSvezja, fuq distanza ta’ 2,140m, meta hija saqet iz-ziemel imsewwi C.Me Run u spiccat fir-raba’ post. 


Imbaghad hija marret il-Finlandja fejn ippartecipat f'zewg tigrijiet ohra.  L-ewwel wahda saret fil-korsa ta' Pilvenmaki f'Forssa, fejn hija ppjazzat fir-raba' post fuq Precious Day, filwaqt li mbaghad hija saqet "outsider" ohra, d-debba Tango Nights u spiccat fil-hames post f'tigrija li nzammet fil-korsa ta' Metsamaki, f'Turku.


(d) Sewwieqa li hadu sehem f’tigrijiet ohra barra minn xtutna


Kien hemm ukoll sewwieqa li ppartecipaw f’tigrijiet ohra barra minn xtutna.  Dawk li sirna nafu bihom kienu Josef Cassar li saq b’success liz-ziemel Daniz Mars ghal pjazzament fir-raba’ post f’tigrija fuq 3,140m mizmuma f’Orebro, l-iSvezja (fejn iz-ziemel ta’ Josef kien qed jibda’ bi zvantagg ta’ 60m), u z-zewg tigrijiet ta’ Jason Vassallo fil-korsa ta’ Visby fuq Sandrone u Mint Princess.


(e) Kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union


Is-sewwieqa Maltin li qed jokkupaw l-ewwel zewg postijiet fil-klassifika kurrenti tal-Malta Racing Club, cioe’ Noel Baldacchino u Charles Camilleri, t-tnejn irrapprezentaw lil Malta f’zewg tapep ohra mill-kampjonat tas-sewwieqa tal-MHRU.


F’Awwissu, Charles Camilleri rrapprezenta lil Malta fit-tappa Franciza ta’dan il-kampjonat li nzammet f’Cagnes Sur Mer fuq distanza ta’ 2,700m.  Charles kien sfortunat li ttella’ biex isuq lill-“outsider” Quimi de Bruyer, izda xorta rnexxielu jwettaq tigrija tajba, u spicca fir-raba’ post fost is-sewwieqa partecipanti fil-kampjonat tal-MHRU.


Imbaghad fl-1 ta’ Settembru, Noel Baldacchino rrapprezenta lil Malta fit-tappa tar-Russja li nzammet fil-korsa ta’ Ufa.  Noel kien sfortunat fl-ewwel tigrija u ma kisibx pjazzament tajjeb izda huwa mbaghad rebah it-tieni tigrija – success iehor mill-aqwa ghalih barra minn Malta – biex spicca fit-tielet post komplessivament f’din it-tappa.


Bhalissa Malta tinsab fit-tieni post fil-klassifika generali b’tappa wahda mit-tmiem, cioe’ dik li se tinzamm fis-Slovenja (li bhalissa tinsab fl-ewwel post f’dan il-kampjonat) aktar tard dan ix-xahar.


(f) Il-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonali tal-Ewropa


Fl-ahhar izda mhux l-inqas, fil-15 u s-16 ta’ Settembru (tmiem il-gimgha li gej), is-sewwieq Campjin Noel Baldacchino se jirrapprezenta lil Malta fil-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonali tal-Ewropa organizzat mill-Union Europeenne du Trot (UET – l-assocjazzjoni tat-trott tal-Ewropa) li se jinzamm f’Hamburg, il-Germanja.


Dan il-kampjonat se jinzamm fuq tmien tigrijiet matul tmiem il-gimgha li gej. 


Appuntament prestigjuz iehor ghal Malta u ghal Noel, fejn huwa se jinghaqad ma’ sewwieqa professjonali mill-aqwa minn hdax-il pajjiz iehor.  Il-lista ta’ kompetituri hija bla dubju mill-isbah - Enrico Bellei ghall-Italja, Bjorn Goop ghall-iSvezja, Eric Raffin ghal Franza, Eirik Hoitomt ghan-Norvegja, u l-ohrajn kollha; ismijiet maghrufa min-naha ghall-ohra tal-Ewropa.


Perswazi li Noel se jaghti l-almu tieghu kollu u jkun rapprezentant mill-aktar denju tas-sewwieqa taghna, biex b’hekk jaghti xieda ghal darb’ohra tat-talent taghhom fuq il-palk internazzjonali.



Lista ta’ mpenji internazzjonali tassew impressjonanti ghas-sewwieqa taghna dan is-sajf!  U jista’ jkun li kien hemm anki ohrajn li ppartecipaw f’tigrijiet barra minn Malta izda li ma waslitilniex informazzjoni dwarhom.  Madankollu dak li semmejna hawn fuq jaghti prova soda ta’ kemm is-sewwieqa taghna mhux qed jirrestringu lilhom infushom ghall-kompetizzjoni f’pajjizna izda ghandhom ukoll l-intelligenza u l-kunfidenza fihom infushom biex ifittxu li jippartecipaw ukoll fuq skala internazzjonali.


Prosit tassew lilhom ilkoll ghal din l-inizjattiva mill-aqwa u ghall-esperjenza internazzjonali li hadu permezz taghha.


Nawgurawlkom ilkoll bidu mill-aqwa ghat-tieni fazi tal-istagun.