Friday 21st September 2012
L-40 u l-41 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – il-21 u t-30 ta’ Settembru

minn Magnat


Se jsiru zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa matul bejn wiehed u iehor il-gimgha li gejja.  L-ewwel wahda se tinzamm ghada l-Gimgha 21 ta’ Settembru (festa pubblika ta’ Jum l-Indipendenza), segwita minn laqgha ohra l-Hadd 30 ta’ Settembru.  Il-laqgha ta’ din il-gimgha se tibda’ fis-7pm filwaqt li l-laqgha ta’ wara timmarka r-ritorn ghat-tigrijiet il-Hadd wara nofsinhar, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-2pm.


Kull wahda minn dawn il-laqghat tinkludi tmien tigrijiet, li huma kollha tat-trott hlief ghal tigrija wahda tal-galopp fil-laqgha ta’ din il-gimgha.  Il-heats tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum se jinzammu fuq distanza ta’ 2,140m, it-tigrijiet l-ohra tat-trott se jkollhom id-distanza itwal ta’ 2,640m, filwaqt li t-tigrija tal-galopp se tkun fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


L-attrazzjoni ewlenija ta’ dawn il-laqghat hija l-bidu tal-ewwel kampjonat ghat-tieni fazi tal-istagun, il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum, fil-laqgha tat-30 ta’ Settembru.  Sitta u erbghin ziemel tat-trott tal-klassi Premier huma maqsuma f’erba’ heats, bl-ewwel sitta minn kull heat jikkwalifikaw ghas-semi-finali li se jinzammu f’nofs Ottubru.


Il-partecipanti jinkludu diversi zwiemel popolari bhar-rebbieh ta’ sitt tigrijiet u rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Zilver Boko, r-rebbieh ta’ hames tigrijiet u rebbieh tat-Tazza VOB Label Chouan, ir-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa u r-rivelazzjoni tas-sena l-ohra Livi Cantona, r-rebbieha tal-gimgha l-ohra Major Chaleonnais (rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf ghall-klassi Premier 2011) u Quick Cape, Shakira Trot rebbieha ta’ tnejn mit-tlett tigrijiet taghha f’Malta, Arnie Sensation, Joker de Choisel, Mont Cenis Honey u Think Yatzee li rebhu diversi kampjonati bejniethom, u diversi ohrajn.


Ghandna wkoll sitt debuttanti f’dawn il-heats, cioe’ Gjedo’ du Louvre (IT), Oncle Sam (FR), St Andrew L.B. (SE), Sultan November (GER), Superior As (GER) u Versace Boko (SE).


Tnejn minn dawn huma registrati bl-oghla numru ta’ punti ghad-debuttanti, cioe’ iz-zwiemel ta’ 9 snin  Gjedo’ du Louvre u Versace Boko.


Gjedo’ du Louvre huwa stalljun Taljan li tellaq f’pajjizi bhall-Italja, Franza u l-iSvezja, u rebah 18-il tigrija u diversi pjazzamenti, ghandu rebh ta’ flus barra minn xtutna ta’ Euro145,995 u l-aqwa hin ta’ 1’11’3 fil-kilometru.  L-aqwa prestazzjonijiet tieghu matul din l-ahhar sena kienu jinkludu rebha fuq distanza ta’ 2,140m fil-korsa ta’ Kalmar (l-iSvezja), pjazzament fit-tieni post fil-korsa ta’ Cesena (l-Italja) fuq 1,660m u hin ta’ 1’11’4 fil-kilometru fuq distanza ta’ 1,609m gewwa Cagnes Sur Mer (Franza).


Versace Boko huwa ziemel Svediz imsewwi li l-ahhar tigrija tieghu fl-iSvezja tmur lura ghal 11-il xahar ilu.  Huwa rebah 11-il tigrija u diversi pjazzamenti, ghandu rebh ta’ flus barra minn Malta ta’  SEK1,114,657 u l-ahjar hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru (darbtejn) fuq distanza ta’ 1,640m.  Fost l-aqwa prestazzjonijiet tieghu fl-ahhar tigrijiet tieghu, insibu zewg pjazzamenti fir-raba’ post fuq distanza ta’ 2,680m u wiehed mill-aqwa hinijiet tieghu ta’ 1’12’7 fil-kilometru, kollha bejn April u Gunju 2011.


Huma mistennija heats mill-aktar kontestati u huwa ferm difficli biex wiehed ibassar kemm ir-rebbieha kif ukoll iz-zwiemel l-ohra li jridu jikkwalifikaw.


Ghandna wkoll tlett tigrijiet ibbilancjati tal-klassi Gold, tnejn fil-laqgha ta’ din il-gimgha u l-ohra f’dik tal-gimgha d-diehla.  Dawn ukoll jaraw xi ismijiet popolari bhal dawk tar-rebbieha ta’ dan l-ahhar Little Nick, Pouvoir Magique u Ygor of Pass, zwiemel ohra li kienu jtellqu fil-klassi Premier sa dan l-ahhar, bhal Natif de Salvi u Nobel de Grimoult, id-debuttanti Francizi Odubai u Ongle d’Or u zwiemel tat-trott maghrufa ohra.


It-tigrijiet l-ohra jikkonsistu f’erbgha ghall-klassi Silver, tlieta ghall-klassi Bronze u t-tigrija l-ohra riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper.


Iz-zwiemel godda li gejjin huma miktuba biex jiddebuttaw f’dawn it-tigrijiet, cioe’ Octobre En Fete (FR) u Phebus de la Cour (FR) fil-klassi Silver, K.Prinsen (SE), Naya Hanover (DK) u Silvan T.T. (SE) fil-klassi Bronze, u Lotus Millpond (SE) fil-klassi Copper.


Naraw ukoll it-tkomplija tat-tigrijiet tal-galopp, b’tigrija tal-Klassi A li fiha jippartecipaw hames zwiemel, f’etajiet ta’ bejn 5 u 8 snin u gejjin mill-Germanja, l-iSvezja u l-Istati Uniti.  Kwazi kollha kemm huma ilhom ma jtellqu ghal sitt xhur; se jkun interessanti naraw min minnhom bhalissa jinsab fl-aqwa forma wara waqfa daqshekk twila.


Zewg laqghat ta’ tigrijiet “normali” u mbaghad il-bidu ta’ wiehed mill-kampjonati prestigjuzi f’Malta, il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum.  Dan zgur se jaghti spinta lit-tieni fazi tal-istagun u jaghmel protagonisti lil dawk iz-zwiemel li jinsabu diga’ f’forma tajba, anki jekk ninsabu biss fil-bidu tal-Harifa.


L-ahhar laqgha


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha li ghaddiet, l-ewwel wahda wara l-waqfa tas-sajf u riservata ghal tigrijiet tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m, kienu z-zewg tigrijiet tal-klassi Premier.  Dawn intrebhu t-tnejn minn zwiemel t’esperjenza li kienu qed jaghmlu r-ritorn taghhom fil-korsa wara nuqqas ta’ numru ta’ xhur mhux hazin.


Fl-ewwel wahda, Quick Cape ha kmant bikri u zammu matul it-triq kollha, izda kellu jithabat mhux hazin biex jirrezisti l-attakk b’sahhtu ta’ Ouragan d’Any fid-dritta tat-tmiem.  Quick Cape, li ma kienx ha sehem f’tigrijiet ghal hdax-il xahar rebah b’madwar tul mill-istess Ouragan d’Any, segwit minn Power Night Star u Gentle Way, f’hin ta’ 1’17’9 fil-kilometru.


Fit-tieni wahda, Major Chaleonnais mar fuq quddiem f’nofs it-tigrija izda kellu jithabat sew biex jilqa’ l-attakki kemm ta’ Bonus Kall kif ukoll ta’ Veikko Hornline fl-ahhar metri.  Major Chaleonnais, li kien ilu nieqes mill-korsa ghal disa’ xhur, fl-ahhar rebah b’madwar nofs tul mill-istess Bonus Kall u Veikko Hornline f’dik l-ordni, b’Count of Life jikseb ir-raba’ post.  Il-hin tar-rebbieh kien 1’16’3 fil-kilometru.


Taqtiegha qawwija fid-dritta tat-tmiem bejn Novak u Pouvoir Magique, wasslet ghar-rebha ta’ dan ta’ l-ahhar bi ftit aktar minn ras fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, biex b’hekk ha t-tielet rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.  Rich Kemp u No Comprendo segwew iz-zewg zwiemel ta’ quddiem f’dik l-ordni maqtughin xi ftit.


Fit-tieni wahda, Little Nick ha kmant bikri u zammu matul it-tigrija kollha biex anki hu ha t-tielet rebha stagjonali, meta rrezista l-attakk qawwi tad-debuttant Oh du Pestel biex rebah b’madwar tul f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru.  Energy Launcher u Jobie Lucky segwew f’dik l-ordni numru ta’ tulijiet warajhom.


L-aqwa hin tal-laqgha (1’16’2 fil-kilometru) gie rregistrat fil-klassi Silver minn Ygor of Pass fl-ewwel rebha tieghu f’Malta, meta gheleb liz-ziemel li spicca fit-tieni post Orage du Pont b’madwar zewg tulijiet.  Id-debuttant Daring Moonlight u Oregon de la Foret kisbu l-pjazzamenti l-ohra.


Pile Ou Face wkoll ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’tigrija ohra tal-klassi Silver, meta kien fuq quddiem prattikament mill-bidu sat-tmiem u spicca aktar minn zewg tulijiet qabel Notre Joyeux, segwit minn Bankiren u d-debuttant Mr Snowman.  Il-hin tar-rebbieh kien dak ta’ 1’17’0 fil-kilometru.


Finalment Onwards Star kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-ahhar tigrija tal-klassi Silver f’hin ta’ 1’18’6 fil-kilometru, grazzi ghal sprint qawwi li beda madwar 400m mit-tmiem.  Fid-dritta tat-tmiem huwa kien madwar tul quddiem Darco As, segwit minn Prince Brilliance u Lucas Ness.


Il-bqija tat-tigrijiet intrebhu minn Orio de Marancourt (it-tieni rebha stagjonali) u Marco Barbes (l-ewwel rebha fl-ahhar sentejn) fil-klassi Bronze u Icare de Jemma (it-tielet rebha stagjonali) fil-klassi Copper.


Il-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonisti tal-Ewropa


Noel Baldacchino rrapprezenta lil Malta fil-Kampjonat tas-Sewwieqa Professjonisti tal-Ewropa tal-UET (l-Unjoni tat-Trott tal-Ewropa) li nzamm f’Hamburg, il-Germanja fi tmiem il-gimgha li ghaddiet.


Il-kompetituri kien jinkludu whud mill-aqwa sewwieqa tal-Ewropa li ghalhekk ghamlu din l-esperjenza mill-aktar difficli ghal Noel, li minkejja li ta l-almu tieghu kollu kien ukoll pjuttost sfortunat.  Huwa spicca fl-ghaxar post minn tnax-il kompetitur, bir-rebbieh ikun Enrico Bellei tal-Italja, segwit mis-sewwieq fit-tieni post Bjorn Goop tal-iSvezja u Gerhard Mayr tal-Awstrija fit-tielet post.


Minkejja dan, din kienet ghal darb’ohra esperjenza internazzjonali mill-aktar utli ghas-Sewwieq Campjin taghna u okkazjoni ohra ghas-sewwieqa taghna biex juru t-talenti taghhom fl-oghla livelli ta’ kompetizzjoni Ewropej.


Il-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union


Nhar is-Sibt li gej 22 ta’ Settembru, Tony Demanuele se jirrapprezenta lil Malta fl-ahhar tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa tal-Mediterranean Horse Racing Union ghal din is-sena, li se tinzamm f’Maribor, is-Slovenja. Malta bhalissa tokkupa t-tieni post fil-klassifika assoluta xejn inqas minn 10 punti wara s-Slovenja li jinsabu fil-quccata u 2 punti biss quddiem ir-Russja li tinsab fit-tielet post.


Filwaqt li li nilhqu s-Slovenja jidher kwazi mpossibbli, jkun success sabih u rizultat internazzjonali prestigjuz iehor, kieku Malta kellha tirrezisti l-isfida tar-Russja u zzomm it-tieni post li tokkupa bhalissa.  Nixtiequ l-isbah xewqat lil Tony Demanuele f’dan l-appuntament internazzjonali iebes; ninsabu certi mill-impenn tieghu sabiex jipprova jikseb l-aqwa rizultat possibbli.


Fis-shana tas-sajf


Hekk kif qed insuq fi Triq it-Tigrija ghall-habta ta’ nofsinhar f’Sibt t’Awwissu, inhoss xewqa li mmur passiggata matul dik it-triq qasira u relattivament dejqa.  Ili ma nkun f’dik iz-zona ghal xejn inqas minn tlett gimghat!


Minkejja temperatura taqli l-bajd, nipparkja u nohrog mill-karozza tieghi ghal gos-shana.  Kemm hi differenti mis-soltu l-atmosfera li tigi quddiem ghajnejja!


Tlett iklieb qed jitghazznu u jitmattru fid-dell wara r-rixtellu li jaghti ghall-korsa.  Hadd minnhom ma jiccaqlaq hekk kif nidhol gewwa. 


Il-parkeggi nterni huma kwazi vojta.  L-iskola tat-tigrijiet taz-zwiemel tinsab fil-vaganzi u m’hemmx ilhna ferrieha tat-tfal jixghelu dik iz-zona.  Avviz fuq il-bieb tal-ufficcju maghluq javza’ lil kull min hu nteressat li l-korsa kienet maghluqa ghal ftit gimghat ghal xoghlijiet ta’ manutenzjoni.


Naghti daqqa t’ghajn madwari – t-tinda principali, l-korsa u l-istrutturi familjari l-ohra jharsu lura lejja.  Ajruplan qed joqrob biex jinzel fl-ajruport ftit il-boghod, izda lanqas biss nista’ nisma’ l-hoss tal-magni tieghu.  Hija atmosfera ta’ silenzju assolut, bhal dik ta’ belt fantazma f’film Western.


M’hemmx nies u lanqas zwiemel – kulhadd qisu qed jistkenn mis-shana.  Nitla’ r-rampa u nidhol fit-triq.  Wiehed mill-hwienet jinsab miftuh.  Gewwa m’hemmx klijenti, izda tieqaf karozza quddiemu u s-sewwieq jidhol ghal qadja ta’ malajr.


Hwienet ohra huma maghluqa, whud ghadhom fuq “shut-down” u xi ftit ghandhom avvizi li jsemmu l-gurnata meta se jifthu mill-gdid.


M’hemm l-ebda attivita’ ghaddejja lanqas fil-blokk ta’ bini li qed jinbena’ faccata tal-korsa.


Il-bicca l-kbira tar-remissi jinsabu maghluqa, uhud sahansitra bil-katnazz.  Wiehed biss jinsab miftuh u naghti daqqa t’ghajn gewwa.  Izda l-ebda ziemel m’hu qed jigi ppreparat, bis-sid qed jaghmel biss xi ftit tindif.


Fejn huma l-irgiel tas-soltu bilqieghda fuq siggijiet barra r-remissi u l-hwienet tax-xorb, jpacpcu fuq zwiemel u tigrijiet, uhud b’ghasfur go gagga taht dirghajhom?


Nidhol go hanut tal-loghob licenzjat.  Impjegat jinsab bilqieghda jsegwi tigrija taz-zwiemel barra minn Malta fuq wiehed mill-iskrijns.  Izda m’hemm l-ebda klijent.


Xi whud mill-hwienet tax-xorb huma miftuha wkoll izda gewwa m’hemm kwazi hadd.


Nibqa’ miexi sakemm niltaqa’ ma’ zewg srieken faccata ta’ wiehed mill-hwienet tat-taghmir taz-zwiemel – dehra familjari, fl-ahhar.  U mbaghad ftit wara, sinjal iehor ta’ hajja – zewg irgiel jithaddtu fid-dell taht il-hajt tal-korsa, bilwieqfa b’sieq wahda nofsha mghollija tistrieh mal-hajt.


Nimxi lura, demoralizzat b’din in-nuqqas ta’ hajja.


Ragel iehor ha post fid-dell b’dahru jserrah mal-hajt tal-korsa.  Jinsab wahdu, liebes flokk tac-cingi u qalziet qasir u b’harsa mxebba’ fuq wiccu.  Jittewweb, jitmattar (ifakkarni fil-klieb ta’ hdejn il-rixtellu tal-korsa), jgholli nofs il-flokk u jikxef il-part t’isfel ta’ zaqqu – probabbli xi teknika biex tnaqqas l-effett tas-shana!


Inkompli bil-mod it-triq tieghi lejn il-karozza.  Kelb iehor jinsab rieqed fil-font f’roqgha dell fuq il-bankina – ninnota ziffa hanina f’dik ir-roqgha. Nghid bejni u bejn ruhi – “bravu dan il-kelb, ghazel l-aktar post frisk fit-triq!”


Jinfetah bieb u minn dar johrog ragel igorr barmil, jitfa’ ftit ilma fit-triq u malajr jidhol lura gewwa.


Qtajt qalbi li nara xi sinjal ta’ xi ziemel tat-tigrija.  Possibbli li s-sajf jista’ jittrasforma daqshekk il-Mekka tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta?


Imbaghad hekk kif nghaddi minn quddiem id-dahla taz-zwiemel gol-korsa, johrog ziemel tal-galopp, wieqaf u kburi, bil-gerrej tieghu riekeb fuqu. Il-gerrej mhux qed naghrfu izda nxejjirlu xorta wahda.


Nitbissem – dak iz-ziemel u dak il-gerrej jibdluli l-burdata.  Ninsab sodisfatt li l-passjoni ghaz-zwiemel ghadha hajja u jekk ghadha hajja minkejja din is-shana, allura tista’ biss titqawwa!


Nidhol gol-karozza – imxarrab ghasra bl-gharaq wara l-mixja qasira tieghi.  Hekk kif qed insuq minn hemm, niftakar fid-dehriet differenti ta’ dik it-triq – fi ftit gimghat ohra naraw ritratt iehor, wiehed mimli hajja u attivita’ specjalment fil-granet tat-tigrijiet.


Bla dubju, triq qasira u dejqa, izda wahda li taghti wkoll il-kontribut taghha ghall-istili ta’ hajja differenti li jikkaratterizzaw lil pajjizna.


Nixtiequlkom zewg laqghat spettakolari matul il-gimgha li gejja.