Saturday 3rd November 2012
It-48 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – l-4 ta’ Novembru

minn Magnat


Laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.  Ghandna seba’ tigrijiet tat-trott u wahda tal-galopp fil-programm bit-tigrijiet tat-trott jkunu fuq distanza ta’ 2,140m filwaqt li z-zwiemel tal-galopp jikkompetu fuq 1,750m.


L-attrazzjoni ewlenija hija t-tigrija tal-klassi Premier li tara 14-il ziemel tat-trott miktuba, nkluz ir-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum Troy Boshoeve u diversi zwiemel gejjin minn pjazzament tajjeb fl-ahhar hargiet taghhom, bhal Nitesco d’Anthony, Skip Dimanche, Magic de Assigny u Narval d’Ecajeul.


Wiehed jista’ jinnota wkoll numru ta’ zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom ghat-tigrijiet wara li kienu wieqfa ghal zmien pjuttost twil, bhal Play on Me (kwazi sentejn), Mentor de l’Iton (sena), Indian Attack u Nino de Saintho (9 xhur) u Nec Carmolo (kwazi 7 xhur).


Ghandna wkoll zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Silver b’listi ta’ 16 u 15-ziemel rispettivament.  It-tnejn huma mill-aktar ibbilancjati, biz-zwiemel f’kull tigrija ma jkunux aktar minn 11-il punt ta’ “handicap” ‘il boghod minn xulxin fil-klassifikazzjoni tal-MRC.


Dawn jinkludu diversi zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet promettenti fl-ahhar hargiet taghhom, inkluz ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar, Icare de Jemma, No Commentary, Noli de Marray u Socrates, u zwiemel li kisbu pjazzamenti tajba bhal Arctic Tooma, Cross Country F.C., Lacoste I.T., Notice As, Syllabub u ohrajn.  Iz-ziemel gdid Taljan National Brown ghandu jiddebutta fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver.


It-tigrijiet l-ohra tat-trott huma tnejn ghall-klassi Bronze u l-ohra ghal zwiemel tal-klassi Copper.


It-tigrja tal-galopp tal-klassi A tinkludi lista’ ta’ seba’ zwiemel gejjin mill-Germanja, l-Gran Brettanja, l-Irlanda, l-Italja u l-Istati Uniti, inkluzi z-zwiemel li kellhom l-ahjar prestazzjonijiet fl-ahhar gimghat, Cheeky Jack (zewg rebhiet miz-zewg tigrijiet tieghu f’din it-tieni fazi tal-istagun) u Timolin (rebha u zewg pjazzamenti fit-tieni post fl-ahhar sitt gimghat).


Mill-partecipanti l-ohra, iz-ziemel pjuttost gdid Four Richer kellu debutt inkoragganti gimghatejn ilu meta spicca fit-tieni post, filwaqt li Privilidged Boy spicca t-tielet fir-ritorn tieghu wara waqfa ta’ xi xhur.


Hafna dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel bla dubbju jippreferu l-eccitament assocjat mal-finali, bhal dawk tal-gimgha l-ohra, izda hemm ohrajn li jargumentaw illi doza qawwija ta’ tigrijiet “normali” fil-kalendarju hija mportanti wkoll biex ma tpoggix pressjoni zejda fuq iz-zwiemel taghna fis-sens li jkollhom wisq appuntamenti li m’hemmx appell minnhom f’perjodu relattivament qasir.  Tabilhaqq, ghandha bzonn ftit minn kollox biex tinholoq il-varjeta’; minn dan tohrog l-attrazzjoni ta’ laqghat ta’ tigrijiet “normali” bhal dawk ta’ nhar il-Hadd li gej!


L-ahhar laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu hames finali tat-trott ghall-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum (klassi Premier) u l-Cassar Petroleum Condition Races (il-klassijiet l-ohra kollha) fuq distanza ta’ 2,140m.


L-aktar finali prestigjuza kienet dik ghal zwiemel tal-klassi Premier li nzammet il-Hadd.  Shakira Trot hadet kmant bikri li zammet ghal madwar nofs it-tigrija minkejja sfida kontinwa minn Veikko Hornline.  Fil-bidu tal-ahhar dawra, Mont Cenis Honey mar quddiem u baqa’ hemm sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta kien involut f’taqtiegha ras imb’ras ma’ Zilver Boko u gie maqbuz minn dan ta’ l-ahhar.


Madankollu grazzi ghal sprint inkredibbli, 100m mit-tmiem, il-Germaniz Troy Boshoeve gie b’sahhtu min-naha ta’ gewwa, mar quddiem u rebah il-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum – l-ewwel rebha tieghu f’Malta, f’hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru – b’tul minn Zilver Boko, segwiti mir-rebbieh tas-sena l-ohra Livi Cantona u Shakira Trot.


Fil-Condition race Cassar Petroleum ghall-klassi Gold, Netter Williams (Redent Magro) mar quddiem fl-ahhar dawra u rnexxielu jzomm velocita’ tajba u jirrezisti l-attakki kollha.  B’hekk huwa kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali, tul car quddiem Ozerio, Ygor of Pass u Baron GL f’dik l-ordni f’hin ta’ 1’16’0 fil-kilometru.


Fil-Condition race tal-klassi Silver, Kapro Wareco kien fuq quddiem ghal prattikament it-tigrija kollha, izda f’nofs id-dritta tat-tmiem sofra sfida determinata minn Simb From Abroad (Raymond Micallef) li baqa’ sejjer biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta ras biss minn Kapro Wareco, segwit minn Black Guy u Pilote de Nganda.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’3 fil-kilometru.


Id-dritta tat-tmiem kienet ghal darb’ohra l-fattur determinanti fil-Condition race tal-klassi Bronze, meta Marchallah li kien fuq quddiem prattikament matul it-tigrija kollha, gie maqbuz fid-dritta tat-tmiem minn Napol de Mai (Ronald Cassar) li rregistra l-ewwel rebha stagjonali tieghu b’madwar tul u nofs mill-istess Marchallah, segwit minn Law Suit u Syllabub f’hin ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Ghal hinijiet twal, il-Condition race tal-klassi Copper rat fuq quddiem lil Esmeralda Run (Redent Magro) u Dandy, izda madwar nofs dawra mit-tmiem, ta’ l-ewwel hadet kmant decisiv li zammet sat-tmiem, biex kisbet it-tieni rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali f’hin iehor ta’ 1’17’6 fil-kilometru, madwar tul quddiem l-istess Dandy, segwit minn Jet Starline u Orasi Index.


Id-distanza tat-tigrija kienet dik ferm qasira ta’ 1,640m fit-tigrijiet l-ohra.  It-tigrija tal-klassi Premier rat lil Candy Fantasy fuq quddiem matul it-triq kollha biex ha t-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru, madwar zewg tulijiet quddiem Mars, Magic de Assigny u Narval d’Ecajeul.


It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold kellhom stejjer varjati.  Fl-ewwel wahda Quebec ha l-kmant fid-dritta tat-tmiem fi triqtu biex jiehu l-ewwel rebha stagjonali fl-ahjar hin kongunt ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’15’1 fil-kilometru, madwar zewg tulijiet u nofs quddiem Key Value li spicca fit-tieni post.


Fit-tieni wahda, rajna tmiem mill-aqwa b’erba’ zwiemel jisprintjaw flimkien, bir-rebbieh fl-ahhar ikun Petrus du Vivier (il-hames rebha stagjonali) b’madwar ras minn Novak f’hin iehor ta’ 1’15’1 fil-kilometru, filwaqt li Side Spin kien fuq quddiem prattikament matul it-tielet tigrija kollha biex ha t-tieni rebha stagjonali tieghu madwar tul minn Paleo de la Dives, f’hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru.


Unur Sewwieq tax-Xahar


L-unur tas-sewwieq tax-xahar ghal Ottubru intrebah minn Redent Magro bis-sahha tal-hames rebhiet li rregistra, partikolarment zewg finali ta' Condition Races, kif ukoll zewg pjazzamenti, mill-hdax-il tigrija li ha sehem fihom matul dak ix-xahar.  Huwa kiseb rebhiet fuq Netter Williams fil-finali tal-Cassar Petroleum Condition Race ghall-klassi Gold, fuq Esmeralda Run fil-finali tal-Cassar Petroleum Condition Race ghall-klassi Copper, fuq Simb Groovy fil-klassi Silver u fuq l-istess Netter Williams fil-klassi Gold.  Huwa pplejsja fit-tieni post bi Flying Cowboyland fil-klassi Copper u fir-raba' post b'Onwards Star fi klassi Silver.


Nawguraw mill-qalb lil Redent ghal dan is-success!


Il-passat u l-prezent taz-zwiemel taghna


Kif nafu lkoll, Malta mhix pajjiz fejn jitnisslu z-zwiemel tat-tigrija u z-zwiemel taghna huma prattikament kollha mpurtati.  Franza u l-iSvezja jipproducu madwar 90% taz-zwiemel tat-trott taghna filwaqt li l-bqija gejjin minn ftit pajjizi ohra, filwaqt li l-Irlanda u l-Gran Brettanja bhalissa jipproduci bejniethom zewg terzi miz-zwiemel tal-galopp godda f’pajjizna.


M’hemmx dubbju, xi haga nitilfu meta ma nnisslux iz-zwiemel taghna.  L-eccitament ta’ mor gdid jitwieled, li ssegwih jikber, id-drawwiet tieghu, l-ewwel tigrijiet ecc. Madankollu jkollna nirrikonoxxu c-cokon ta’ pajjizna, ir-rizorsi limitati taghna u r-restrizzjonijiet l-ohra sabiex ikollna success f’dan il-qasam.


Qrib id-90% taz-zwiemel tat-trott godda taghna ghandhom tmien snin jew aktar. Hafna jistghu jikkummentaw li hafna minnhom ma jkunux iktar fl-aqwa taghhom meta jaslu hawn u sa certu punt dan jista’ jkun minnu ghax sa dak iz-zmien tipikament ikunu kkompetew ghal 5 snin jew aktar barra minn xtutna.


Xi whud jistghu wkoll ikunu mwegga’ jew almenu mhux f’kundizzjoni fizika u psikologika perfetta, bid-drawwiet negattivi taghhom li jkunu dahlu fihom sew u difficli biex jitnehhew.


Min-naha l-ohra, din il-karatteristika tipprovdilna hafna varjeta’, bi zwiemel gejjin minn pajjizi u passati differenti.  U bi zwiemel lesti li diga’ ghandhom hafna esperjenza ta’ tigrijiet barra minn xtutna.


U bhall-bnedmin, xi whud jisfidaw in-natura u ghalkemm forsi ma kienux stilel f’zghozithom, ikomplu jitjiebu bl-eta’.  Ahna lkoll nistghu naghtu ezempji ta’ zwiemel li ma ghamlu xejn wisq fil-pajjiz tal-origini taghhom, izda kienu brillanti hawn Malta.


Wahda mill-affarijiet li niehu gost naghmel huwa li nsegwi b’mod regolari liz-zwiemel tat-trott ta’ 9 u 10 snin itellqu fi Franza u l-iSvezja (pressjoni ta’ hin u access ghall-informazzjoni jzommuni milli naghmel dan ukoll f’pajjizi ohra).  It-televixin u l-internet huma ghodda mill-aqwa minn din il-perspettiva!


Din hija l-eta’ li fiha dawn iz-zwiemel normalment jieqfu jikkompetu f’dawn il-pajjizi u numru minnhom jigu jkomplu l-karriera taghhom f’Malta – iz-zwiemel ta’ 9 snin jew akbar jiffurmaw madwar 90% tad-debuttanti Francizi u madwar 55% tad-debuttanti Svedizi.


Li ssegwi dawn iz-zwiemel fl-ambjent originali taghhom huwa interessanti ferm u ighidilna hafna dwar il-preferenzi u l-attributi taz-ziemel.  Fl-ahhar mill-ahhar l-istilel taghna kollha kienu jtellqu f’koros barranin qabel ma gew f’Malta.


Id-distanzi tat-tigrija li jippreferi, l-kundizzjonijiet klimatici preferuti, jekk jippreferix li jigri lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, kemm ghandu habta li jwegga’, jekk ghandux temperament kalm jew nervuz, jekk is-sidien tieghu idahhluhx ghal wisq tigrijiet, kemm jigri bla naghal ta’ spiss, x’tip ta’ art jippreferi jigri fuqha, x’inhu l-istat tal-moral tieghu, jekk jaqtax qalbu jew jigix skwalifikat spiss ecc.


Huwa mpressjonanti kif in-numru ta’ zwiemel tat-trott li jkunu ghadhom jikkompetu f’dawn il-pajjizi jinzel aktar maz-zwiemel jikbru fl-eta’.  Per ezempju, minn April tal-10 sena sa Dicembru ta’ dik is-sena (qabel ma jkollhom jirtiraw bilfors mill-koros Francizi), tipikament inqas minn 100 zwiemel Francizi jkunu ghamlu almenu dehra wahda.  Il-bqija jkunu rtiraw minn pajjizhom ghal raguni jew ohra.


Xi whud ikunu gew irtirati ghax ma jistghux ilahhqu mal-kompetizzjoni.  Tabilhaqq f’pajjizi bhal dawn, hekk kif ir-rebh ta’ flus ta’ ziemel jizdiedu, huwa jiffaccja kompetizzjoni aktar iebsa u hafna drabi jaghti l-vantagg lil zwiemel izghar minnu li tipikament ikollhom inqas rebh ta’ flus izda jkunu ghadhom ma tellqux wisq, izda li probbabilment ikunu iktar friski u b’sahhithom minn shabhom akbar minnhom.


Ghaldaqstant, li nsegwu lil dawn iz-zwiemel fil-pajjiz tal-origini taghhom f’dawn l-etajiet u ghal perjodu twil ta’ zmien, jaghtina l-opportunita’ li naraw il-prestazzjonijiet taghhom f’uhud mill-aktar tigrijiet iebsa tal-karriera taghhom u jaghtina indikazzjoni ta’ x’rizorsi fizici u x’moral ghad fadlilhom jekk ikomplu l-karriera taghhom f’Malta.


Naturalment, dawk li jkomplu l-karriera taghhom hawnhekk jifthu kapitlu gdid f’hajjithom, wiehed li hafna drabi jinkludi fih is-sorprizi, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-hazin.  Madankollu, li nsegwu dawn iz-zwiemel fl-ahhar snin tal-karriera taghhom barra minn Malta jippremettielna li noholmu dwar l-istilel tal-futur fil-korsa tal-Marsa – fl-ahhar mill-ahhar jibqghu l-istess zwiemel, kemm barra minn Malta kif ukoll f’Malta!


Nawgurawlkom laqgha ohra eccitanti nhar il-Hadd li gej.