Sunday 25th November 2012
It-53 u l-54 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2012 – it-23 u l-25 ta’ Novembru

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa matul dan it-tmiem il-gimgha, l-ewwel wahda nhar il-Gimgha b’bidu fis-6.30pm, u mbaghad nhar il-Hadd bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.  Dawn huma zewg laqghat iddedikati ghal tigrijiet tat-trott, b’disa’ tigrijiet jinzammu nhar il-Gimgha u ghaxra nhar il-Hadd. 


Bilkemm ghadhom intemmu l-heats tal-kampjonati SECF li ghandna l-bidu ta’ kampjonat iehor, it-Tazza tal-President.  Bi storja ta’ aktar minn 20 sena, dan huwa wiehed mill-aktar kampjonati mportanti f’Malta, u jiccelebra festa nazzjonali, Jum ir-Repubblika, u l-Kap tal-iStat taghna.


Fil-kors li titkompla tradizzjoni li kienet bdiet matul il-Presidenza tal-mibki Dr Vincent Tabone, huwa jipprovdi l-opportunita’ lill-komunita’ tad-dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta li jaghtu merhba fil-korsa f’jum il-Finali, lill-Eccelenza Tieghu il-President ta’ Malta Dott. George Abela, li jsellmulu u juru rispett u apprezzament lejh u lejn ix-xoghol li jwettaq u jaghtu kontribuzzjoni lill-Community Chest Fund.


Fuq distanza ta’ 2,640m, xejn inqas minn 44 ziemel huma miktuba biex jippartecipaw f’4 semi-finali riservati esklussivament ghall-klassi Premier bl-ewwel tlett zwiemel minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali, li se tinzamm f’Jum ir-Repubblika, t-13 ta’ Dicembru.


Bhal ma gie mhabbar fil-konferenza stampa moghtija nhar il-Hamis li ghadda mill-Malta Racing Club u l-Ufficcju tal-President ta’ Malta, din is-sena ghandna l-attrazzjoni addizzjonali tat-trofew gdid tat-Tazza tal-President, bicca xoghol artistika mill-isbah ikkummissjonata mill-President ta’ Malta nnifsu u maghmula mill-artist Malti George Muscat.


Seba’ nazzjonalitajiet huma rrapprezentati, cioe 23 ziemel Svediz, 13-il Franciz, 3 Germanizi, 2 Danizi u ziemel kull wiehed mill-Finlandja, l-Italja u l-Olanda.


Fost il-partecipanti nsibu lir-rebbieh tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum Troy Boshoeve, ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno Zilver Boko u r-rebbieh tal-Kampjonat Skyparks ghal Zwiemel tat-Trott Svedizi Wiss Night Hawk, True Q u Nevaio des Bordes li rebhu 4 u 3 tigrijiet rispettivament din is-sena u qed jirritornaw wara waqfien ta’ 5-6 xhur, diversi rebbieha ta’ kampjonati fil-passat, bhal Think Yatzee, Arnie Sensation, Mont Cenis Honey, Kakisis, Joker de Choisel, Lou Petiot ecc.


Ghandna wkoll numru ta’ finalisti ta’ kampjonati ohra din is-sena u ohrajn li huma relattivament godda izda kellhom bidu nkoragganti ghall-karriera taghhom f’Malta, bhal Mars, Celebrity Photo, Opal Hall, Versace Boko, Shakira Trot u ohrajn u d-debuttant Svediz Give to Get.


Bla dubbju, b’dan il-livell ta’ kompetizzjoni, l-partecipanti se jkollhom jaghtu tassew l-aqwa taghhom kollu biex ikollhom tama li jghaddu ghall-finali, u bilkemm hemm ebda margni ghal kwalunkwe zball.


It-tigrijiet l-ohra huma tigrijiet “normali” ghall-bqija tal-klassijiet fuq distanza wkoll ta’ 2,640m, b’4 tigrijiet ghall-klassi Gold, 6 ghall-klassi Silver, 4 ghall-klassi Bronze u l-ohra ghal zwiemel tal-klassi Copper.  Dawn jinkludu d-debuttanti li gejjin: l-iSvedizi Caramba Zon u Dacoit, id-Daniz Mark Skovgard u l-Franciz Quartz du Lupin fil-klassi Silver u l-Amerikan Stair Dance u l-iSvediz Prince November fil-klassi Gold.


It-tigrijiet tal-klassi Gold ghandhom jinghataw attenzjoni specjali, peress li huma mill-aktar ibbilancjati u jinkludu diversi zwiemel f’forma tajba li xi whud minnhom kienu jtellqu fil-klassi Premier jew huma fuq il-ghadba ta’ dik il-klassi.


Fil-laqgha tal-Hadd se jkollna wkoll il-prezentazzjoni tal-unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Ottubru lir-rebbieh Redent Magro.  Nirringrazzjaw hafna lil Rocky Auto Dealer talli ta s-sostenn tieghu ghal dan l-unur billi sponsorja l-edizzjoni tax-xahar li ghadda.


L-istagun issa jinsab tassew fl-aqwa tieghu!  U nammetti li tassew toghgobni din il-parti tal-istagun fejn kampjonat isegwi iehor u fejn naraw fix-xena hafna mill-aqwa zwiemel taghna, tkun xi tkun in-nazzjonalita’ taghhom. Minn issa sal-ahhar tas-sena, kwazi kull laqgha tinkludi attrazzjoni ewlenija u minghajr dubbju ta’ xejn it-Tazza tal-President hija fost l-aqwa minnhom kollha!


L-ahhar laqghat


Il-laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu ddominati mill-heats mill-kampjonati SECF riservati esklussivament ghal zwiemel tat-trott Francizi, fuq distanza ta’ 2,640m.


L-aktar tigrijiet importanti kienu jikkonsistu fi tlett semi-finali mill-Prix de Vincennes (klassi Premier).


Is-semi-finali tal-Prix de Vincennes ta’ nhar il-Gimgha kellha tmiem mill-aqwa.  Din it-tigrija rat lil Oltedo de Rieux jkun tassew veloci fl-ahhar dawra, u jirkupra mill-izvantagg li kellu wara li ma kienx fost iz-zwiemel ta’ quddiem fl-ewwel parti tat-tigrija.


Oltedo de Rieux lahhaq mad-debba li kienet fuq quddiem Lady de Vindecy u huma sfidaw lil xulxin ras-imb-ras fl-ahhar madwar 350m, b’ta’ l-ewwel jirnexxielu jeghleb lil din l-ahhar fuq il-gister b’imnieher biss biex jiehu t-tieni rebha tieghu minn daqstant tigrijet f’Malta, f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Label Chouan u Milord Barbes spiccaw warajhom f’dik l-ordni u kkwalifikaw ukoll ghall-finali.


Fl-ewwel semi-finali ta’ nhar il-Hadd, Nagano Phedo mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija u zamm il-vantagg sa madwar l-ahhar nofs dawra meta nqabez minn Nophenio de Lune li pero’ bidel il-pass ftit qabel ma z-zwiemel daru ghal god-dritta tat-tmiem.  Nino de Saintho u Magic de Assigny imbaghad hadu l-kmant tat-tigrija u sfidaw lil xulxin fid-dritta tat-tmiem b’ta’ l-ewwel jirbah it-tigrija u jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta b’madwar tul u nofs minn Magic de Assigny f’hin ta’ 1’17’7 fil-kilometru.  Id-debuttant Ouest Mabon u Natieu d’Echal kienu z-zewg zwiemel l-ohra li kkwalifikaw ghall-finali.


Fl-ahhar semi-finali tal-Prix de Vincennes, il-protagonisti kienu kollha zwiemel tat-trott ta’ 11-il sena.  Nuage de Bourgogne ha kmant bikri u zammu matul it-tigrija kollha, biex spicca rebbieh b’madwar erba’ tulijiet minn Nitesco d’Anthony segwit minn Nabab du Chatelet u Nono de Crouay li kienu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghall-finali.  Din kienet is-sitt rebha stagjonali ghar-rebbieh fl-aqwa hin ta’ tmiem il-gimgha ta’ 1’15’3 fil-kilometru.


Fil-Prix d’Enghien (klassi Gold), l-ewwel tigrija rat taqbida eccitanti ras-imb-ras matul l-ahhar nofs dawra bejn Night Inlet u Milano du Gite.  Ta’ l-ewwel rebah b’ras u rregistra t-tieni rebha konsekuttiva tieghu u t-tielet wahda stagjonali f’hin ta’ 1’18’2 fil-kilometru minn Milano du Gite, b’Nuper u Quid de la Muette jispiccaw it-tielet u r-raba’ rispettivament u jghaddu wkoll ghas-semi-finali.


Fit-tieni heat mill-Prix d’Enghien, madwar nofs dawra mit-tmiem, Orion de Chapeau qabez lil Novano du Brindeau (li kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija) u rrezista l-isfidi kollha sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’20’2 fil-kilometru.  Oscar du Meu, Nuage Somolli u Niky de Memartin kkwalifikaw ghas-semi-finali wara li ppjazzaw f’dik l-ordni. 


Nhar il-Hadd Ozerio kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha stagjonali tieghu, meta qabez liz-ziemel ta’ quddiem Natif de l’Hommee fl-ahhar nofs dawra u baqa’ sejjer biex rebah b’madwar tul f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.  Natif de Fontaine, Niky du Donjon u Onyx Speed spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni u kkwalifikaw ukoll ghas-semi-finali.


Kien imiss imbaghad lil Orion du Vaumicel li jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta wara li kien fuq quddiem matul il-heat kollha li kien imiss mill-Prix d’Enghien, u spicca tul u nofs quddiem is-semi-finalisti l-ohra Quebec, Ouest du Vivier u Magnifique Sablais f’hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru, t-tieni l-ahjar hin ta’ tmiem il-gimgha.


Fl-ahharnett, Nicos de Peneme mar quddiem f’nofs l-ahhar heat tal-klassi Gold u zamm il-kmant sat-tmiem, minkejja sfida qawwija fid-dritta tat-tmiem miz-ziemel li spicca fit-tieni post Natif de Salvi. F’hin ta’ 1’16’5 fil-kilometru, din kienet ir-raba’ rebha stagjonali ghal Nicos de Peneme fir-ritorn tieghu ghat-tigrijiet wara nuqqas ta’ tmien xhur (huwa kien rebah ukoll l-ahhar tigrija tieghu), nofs tul biss quddiem Natif de Salvi, b’Onyx Lucernais u Oscar des Racques ikunu l-ahhar zwiemel li kkwalifikaw ghas-semi-finali ta’ dan il-kampjonat.


Ir-rebbieha l-ohra kienu Oural d’Asnois, Max Galbe, Octobre en Fete, Prao de Bussy, Notre Allegro u No Commentary fil-Prix de Cabourg (klassi Silver) u Nereus Galbe, Ouragan de Crouay, Polytain u Nerlo Villetot (Prix de Cagnes Sur Mer – klassi Bronze).


Kellna wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.  Din rat lil Little Anthony jiehu vantagg bikri li zamm sal-ahhar dawra qabel id-dritta tat-tmiem meta dan inqabez minn Darelli li baqa’ sejjer biex irregistra t-tieni rebha stagjonali tieghu (wara li ma kien nieqes mit-tigrijiet ghal dawn l-ahhar hames xhur) b’madwar tul u nofs mill-istess Little Anthony u Cheeky Jack.


It-Tazza tal-President – 20 sena ilu


Fil-programm televisiv popolari Korsa, wara l-finali tat-Tazza tal-President 1993, il-presentatur Twanny Bugeja kkummenta mas-sid tas-ziemel rebbieh is-Sur Vincent Debono, li ghalkemm din probabbli ma kienetx “l-akbar tazza tal-istagun” – probabbli f’termini ta’ rebh ta’ flus – ghaliex kien hemm kampjonati kbar ohra li kienu ghadhom gejjin (l-istagun kien ikopri bejn Ottubru u Gunju), fl-opinjoni tieghu “huwa unur kbir li tirbah it-Tazza tal-President f’Malta”.


U hekk hu!  Trofew imsemmi ad unur tal-kap tal-Istat taghna, fejn il-finali tinzamm taht il-patrocinju tieghu u li fiha huma eligibbli li jippartecipaw biss l-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta, tassew iwasslu ghal trofew mill-aktar prestigjuz.  U dan huwa anki aktar il-kaz illum, meta dan il-kampjonat kiseb element ta’ tradizzjoni, wara li nzamm 11-il darba fuq medda ta’ 20 sena.


Dik is-sena, it-Tazza tal-President inzammet matul il-perjodu tal-Milied u s-Sena l-Gdida.  Kienet miftuha esklussivament ghal zwiemel tat-trott tal-klassi A1 fuq distanza ta’ 2,160m.


L-erba’ heats inzammu fl-20 ta’ Dicembru 1992, bl-ewwel wahda tintrebah mid-debuttant Roi Airlines grazzi ghal sprint tajjeb fl-ahhar 200m, biex imbaghad kien imiss prestazzjoni dominant ta’ Ring Leader li kien fuq quddiem mill-bidu sat-tmiem u rebah il-heat tieghu b’xi tmien tulijiet.  Iz-zewg heats l-ohra kellhom tmiem mill-aktar incert meta l-ewwel Royal Des Landes gheleb lil Sanit u mbaghad Lucky Khan irrezista bi ftit kontra l-attakk ta’ Sept De Carreau.


Iz-zewg semi-finali nzammu gimgha wara (27 ta’ Dicembru).  Meta kien vicin li jirbah l-ewwel semi-finali, Sept De Carreau gie sorpriz minn sprint qawwi ta’ Ramiret fid-dritta tat-tmiem, li rat lil dan ta’ l-ahhar jaqbez lil Sept De Carruea u jirbah b’ras biss.


Kien hemm daqsxejn ta’ ncident qabel it-tieni semi-finali meta matul it-tishin, il-favorit Ring Leader harab u dam xi ftit sakemm twaqqaf bl-ghajnuna ta’ xi “handlers”.  Madankollu dan ma waqqafx lill-istess ziemel milli jzomm fuq quddiem matul it-tigrija kollha u jirbah b’madwar zewg tulijiet fuq Sanit li spicca fit-tieni post.


Il-finali nzammet il-Hadd ta’ wara 3 ta’ Jannar, u dawn il-finalisti ngabru wara l-karozza tat-tluq: Singapour, Roi Airlines, Sept de Carreau, Rex de Gournay, Rageur, Sanit, Ring Leader u Ramiret.


Folla enormi attendiet ghal din il-laqgha u parti mid-dhul mill-attendenzi gie mghoddi lill-Community Chest Fund.  Qabel il-finali ndaqq l-Innu nazzjonali ad unur tal-President ta’ Malta, Dott. Vincent Tabone u s-sewwieqa partecipanti gew introdotti lilu wiehed wiehed.


Fit-tigrija nnifisha, kien il-favorit nett Ring Leader li ha kmant bikri u li malajr ziedu ghal xi zewg tulijiet.  Wara l-ewwel dawra, zwiemel bhal Singapour u Sept De Carreau kienu qed jisfidaw liz-ziemel ta’ quddiem u b’madwar 300m mit-tmiem, dan ta’ l-ahhar ha l-kmant, izda Ring Leader irrejagixxa tajjeb biex malajr rega’ mar quddiem.


Madankollu l-kbir kien ghadu gej fid-dritta tat-tmiem, meta Sanit, ta’ 9 snin, misjuq minn Charles Clifton faqqa’ sprint brillanti fl-ahhar 200m, qabez lil Ring Leader fl-ahhar metri biex rebah b’nofs tul, mill-istess Ring Leader, Rageur u Sept De Carreau f’dik l-ordni.


Interessanti ninnutaw li r-rebbieh irregistra hin ta’ 1’15’7 fil-kilometru li ghal dak iz-zmien kien ir-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,160m.


Ghadni niftakar l-ucuh kuntenti tas-sid Vincent Debono u s-sewwieq il-mibki Charles Clifton, hekk kif gew ipprezentati bit-trofew tar-rebbieh mill-President tar-Repubblika li wkoll ipprezenta t-trofej lis-sidien taz-zwiemel l-ohra li ppjazzaw.


Bla dubbju ta’ xejn dik kienet edizzjoni memorabbli tat-Tazza tal-President.  Bil-kwalita’ ta’ zwiemel li qed jippartecipaw din is-sena, din l-edizzjoni tipprometti li tkun xejn inqas eccitanti ...


Nixtiequlkom zewg laqghat mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.