Sunday 28th April 2013
Is-16 u s-17-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-28 t’April u l-1 ta’ Mejju

minn Magnat


Fil-granet li gejjin se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel, li t-tnejn jinkludu tmien tigrijiet u jibdew fis-2.30pm. L-ewwel wahda se tinzamm nhar il-Hadd 28 t’April segwita minn ohra nhar l-Erbgha l-1 ta’ Mejju (festa pubblika ta’ Jum il-Haddiem).


Dawn il-laqghat huma msejjha “Cup Days”, bi trofej jigu pprezentati lir-rebbieha. Id-distanza tat-tigrijiet hija dik qasira ta’ 2,140m ghaz-zwiemel tat-trott u dik sprint ta’ 1,250m ghaz-zwiemel tal-galopp.


Bhal ma jigri hafna drabi, z-zewg tigrjiet tal-klassi Premier huma l-aktar mistennija.


It-13-il partecipant fit-tigrija ta’ nhar il-Hadd jinkludu r-rebbieh tal-klassi Gold tal-gimgha l-ohra Skars Hanna, u Nagano Phedo li rebah il-klassi Gold fit-tigrija tieghu ta’ qabel tal-ahhar, ir-rebbieh tal-Kampjonat Assikura A ta’ din is-sena Argus Hanover, flimkien ma’ Mark de Chamant, Skip Dimanche u Veikko Hornline li spiccaw it-tielet, ir-raba’ u l-hames rispettivament fil-klassi Premier il-gimgha l-ohra.


Din it-tigrija tara wkoll ir-ritorn ta’ Celebrity Photo u Oviedo Vici wara waqfa ta’ hames xhur, flimkien mad-debuttanti Francizi Olry Meslois u Reves de Magalou.


13-il ziemel iehor huma l-protagonisti tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar l-Erbgha, b’dawn jinkludu lil Belafonte, rebbieh ta’ tigrija Premier fuq din id-distanza fi Frar, u diversi zwiemel li kellhom prestazzjonijiet tajba dan l-ahhar, bhaz-ziemel li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra Simb Mark, b’Of Course Ramble, Magic de Assigny, Olympien Major u Ouragan de Sita kollha jkollhom pjazzamenti tajba bejn wiehed u iehor f’dan l-ahhar xahar.


Tlett tigrijiet tal-klassi Gold huma wkoll inkluzi f’dawn iz-zewg programmi b’kull wahda tinkludi lista’ ta’ 15-il ziemel.


Iz-zewg tigrijiet ta’ nhar il-Hadd jinkludu lir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Hulot, Phenix de la Roque, Super Qui u Orage du Pont, zwiemel li spiccaw fit-tieni post dan l-ahhar Oscar Indien, Ouragan d’Any, Touch The Diamond, Troubadour S u Kapro Wareco u zwiemel ohra li ppjazzaw tajjeb matul bejn wiehed u iehor l-ahhar xahar, bhal Carnegie Hall u L’Ideal de Fersan.


It-tigrija ta’ nhar l-Erbgha hija kkaratterizzata b’xejn inqas minn hames debuttanti, l-Francizi Pancho Villa, Perdreau Rapide, Pissaro u Quel Gibus u l-Finlandiz I Got The Power. Iz-zwiemel l-ohra huma ismijiet maghrufa bhal Prince November (rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet tieghu), Okir de Leau u Xray Hornline (zewg pjazzamenti kull wiehed f’Marzu), Podium u Nuper (li t-tnejn ippjazzaw ix-xahar li ghadda).


Minghajr dubju tlett tigrijiet tal-klassi Gold ta’ kwalita’!


Id-debuttanti l-ohra f’dawn iz-zewg laqghat huma kollha fil-klassi Silver, cioe’ l-iSvedizi Queen Streamline u Zandina Boshoeve, l-Franciz Panda des Fleches and t-Taljana My Lady Fi.


Nhar l-Erbgha, ghanda tigrija tal-galopp tal-Klassi A interessanti ferm b’lista shiha ta’ tmien partecipanti. Dawn jinkludu zwiemel popolari bhal Kimberley Downs li gej minn rebha l-gimgha l-ohra, r-rebbieh tal-Coronation Cup tas-sena l-ohra Cheeky Jack, ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-2011 Buttermilk, ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Enthrall, iz-ziemel li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra Ollie Fliptrik, Darielli li qed jirritorna wara nuqqas ta' erba' xhur u d-debuttanti ta’ dan l-ahhar Alca Driver u Alto Monte. Nistennew tigrija mill-aqwa!


Wara t-tigrijiet fuq distanza twila tal-gimgha l-ohra nirritornaw ghad-distanzi qosra. Dawn huma tigrijiet importanti ghaliex jippermettulna nevalwaw il-forma taz-zwiemel taghna hekk kif qed joqorbu l-appuntamenti mportanti li jmiss, bhall-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi, it-Tazza Sette Giugno ecc, kollha fuq distanza qasira ta’ 2,140m u l-Mediterranean Derby ghaz-zwiemel tal-galopp fuq id-distanza itwal ta’ 1,750m. Tassew l-attivita’ ma taqta’ xejn fil-korsa tal-Marsa!


L-ahhar laqghat


It-tigrijiet kollha fl-ahhar zewg laqghat kienu fuq l-itwal distanzi wzati f’Malta, cioe’ d-distanza ta’ 3,140m ghaz-zwiemel tat-trott u 2,250m ghal dawk tal-galopp.


Iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier kienu l-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn il-laqghat. Fl-ewwel wahda, Veikko Hornline kien il-protagonist ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, meta ha kmant bikri. B’madwar zewg dawriet mit-tmiem Orcas Bac mar quddiem izda ftit mijiet ta’ metri wara Veikko Hornline rega’ ha l-kmant.


Dawra wara kien imiss lil Nicos de Peneme li jmur fuq quddiem ghal qasir zmien izda mill-gdid Veikko Hornline malajr rega’ ha l-kmant. Mark de Chamant attakka lill-mexxej tat-tigrija madwar 700m mit-tmiem u dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem ras imb’ras.


Madankollu ghal madwar nofs id-dritta tat-tmiem Sultan November hareg minn hdejn ir-rails u Simb Mark fuq in-naha ta’ barra, qabzu liz-zwiemel ta’ quddiem u sfidaw lil xulxin ghar-rebha. Kienet il-gurnata ta’ Sultan November, li fl-ahhar kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu b’aktar minn tul minn Simb Mark, segwit minn Mark de Chamant u Skip Dimanche f’hin tajjeb ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Fit-tigrija ta’ nhar il-Hadd, il-kmant bidel l-idejn bejn diversi zwiemel, l-aktar Oursai Diams, Ofackevo u Ouest Mabon, b’dan ta’ l-ahhar jzomm fuq quddiem ghal hinijiet twal. Madankollu, madwar 750m mit-tmiem Fire beda’ attakk b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra, li grazzi ghaz-zieda fil-velocita’ impressjonanti tieghu, haditu fuq quddiem fi ftit ghaxriet ta’ metri, segwit mill-qrib minn Mars. Sa madwar 500m mit-tmiem dawn iz-zewg zwiemel kienu nqatghu b’numru ta’ tulijiet miz-zwiemel l-ohra.


Mars ipprova jisfida lil Fire madwar l-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem izda bidel il-pass madwar 350m mit-tmiem, biex halla triq berah ghal Fire biex ikompli jzomm il-pass impressjonanti tieghu u jikseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda stagjonali, xejn inqas minn seba’ tulijiet quddiem Oran, segwit minn Poppes Fighter u Ourasi Diams f’dik l-ordni, f’hin ta’ 1’16’6 fil-kilometru, l-aqwa hin f’Malta fuq din id-distanza s’issa dan l-istagun.


Dawn iz-zewg laqghat ipprovdewlna wkoll tlett tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Simb Tyrant mexxa’ l-qatta ghall-bicca l-kbira tad-distanza, izda Happiness Photo attakka b’sahha madwar 700m mit-tmiem u ha l-kmant, segwit mill-qrib minn L’Ideal de Fersan.


Madankollu sprint qawwi ha lil Skars Hanna fuq quddiem sa nofs id-dritta tat-tmiem, biex hadet it-tieni rebha stagjonali taghha b’madwar zewg tulijiet u nofs minn Happiness Photo, li izda gie skwalifikat, b’ Oscar Indien jispicca t-tieni, segwit minn L’Ideal de Fersan u Simb Tyrant. Il-hin tar-rebbieha kien ta’ 1’19’2 fil-kilometru.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Gimgha, Eject kien fuq quddiem ghal parti sew mid-distanza, izda Nophenio de Lune attakka b’sahha fid-dritta tal-faccata u ha l-kmant madwar 600m mit-tmiem. Madankollu Super Qui faqqa’ sprint impressjonanti fuq in-nahat ta’ barra fid-dritta tat-tmiem, mar quddiem ftit ghaxriet ta’ metri mill-gister u ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta madwar zewg tulijiet u nofs minn Nophenio de Lune segwit minn Jerry Eme u Prince de Blequin f’hin ta’ 1’18’8 fil-kilometru.


Fit-tigrija ta’ nhar il-Hadd, id-debuttant Udice Boko ha kmant bikri, izda nqabez minn L’As de Seuilly madwar 1,200m mit-tmiem. Dan ta’ l-ahhar min-naha tieghu inqabez minn Nobleness Dubrio fil-bidu tal-ahhar dawra. Minn hemm ‘il quddiem, Nobleness Dubrio kkontrolla t-tigrija, rrezista l-attakk ta’ Max Galbe fid-dritta tat-tmiem biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu, nofs tul quddiem Max Galbe (kumbinazzjoni dawn iz-zewg zwiemel spiccaw ezatt fl-istess ordni kif ghamlu f’tigrija tal-klassi Silver gimgha qabel), segwit minn Troubadour S u Lucky des Brisants f’hin ta’ 1’18’3 fil-kilometru.


Ollie Fliptrik kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A, izda Kimberley Downs beda attakk qawwi madwar nofs dawra mit-tmiem, ha l-kmant fid-dahla tad-dritta tat-tmiem u ccelebra r-ritorn tieghu f’Malta wara aktar minn sena jigri barra minn xtutna, b’rebha f’hin ta’ 2’22’36, madwar tul u nofs quddiem l-istess Ollie Fliptrik, segwit minn Cheeky Jack.


Ftit hsebijiet ...


Din il-gimgha xtaqt naghlaq bi ftit kunsiderazzajonijiet u zviluppi li ltqajt maghhom din il-gimgha.


(a) Rebbieha varjati


Wiehed mill-isbah aspetti tal-isport taghna huwa l-imprevidibilita’ tieghu. Il-gimgha l-ohra, z-zewg laqghat kienu dedikati ghal tigrijiet fuq distanza twila. Filwaqt li xi whud setghu hasbu li dan ghandu jivvantaggja l-iktar liz-zwiemel tat-trott Francizi, li ta’ sikwit jigru fuq distanzi bhal dawn f’pajjizhom, dawn iz-zewg laqghat ipprezentawlna lista ta’ rebbieha tassew internazzjonali, b’seba’ zwiemel tat-trott Francizi, sitta Svedizi, wiehed Finlandiz u iehor Germaniz jittirjonfaw fil-15-il tigrija li nzammu.


Kellna wkoll wiehed mill-ahjar hinijiet fuq din id-distanza mill-2010 s’issa, cioe’ l-1’16’6 fil-kilometru rregistrat minn Fire fil-klassi Premier. Kelli kurzita’ nara’ x’esperjenza ta’ tigrijiet fit-tul kellu dan iz-ziemel fit-tigrijiet tieghu barra minn xtutna fil-passat. Interessanti ninnutaw li ghalkemm din kienet l-ewwel tigrija tieghu fuq 3,140m f’Malta, dawn id-distanzi mhumiex godda ghal dan iz-ziemel, ghax gera’ xejn inqas minn 14-il darba fuq distanzi ta’ aktar minn 3,100m fl-ahhar sentejn tieghu fl-iSvezja u ppjazza seba’ darbiet jew fit-tieni jew fir-raba’ post f’dawk it-tigrijiet, bl-ahjar hin ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 3,160m.


(b) Unur tal-Gerrej tax-Xahar


Grajja ohra hija li l-gerrej Ramon Grima rebah l-Unur tal-Gerrej tax-Xahar ghal Marzu, l-ewwel darba li gerrej tal-galopp rebah dan l-unur. Ramon, rebbieh tal-unur tal-aqwa gerrej tas-sena l-ohra, nghazel abbazi taz-zewg rebhiet tieghu fil-heat u l-finali tat-Tazza Chukkas u l-pjazzament fit-tieni post (kollha fuq Timolin) mill-erba’ tigrijiet li ha sehem fihom matul dak ix-xahar.


Nifirhu lil Ramon talli rebah dan l-unur. Dan huwa wkoll sinjal li jaghmel kuragg lis-sidien u l-gerrejja kollha taz-zwiemel tal-galopp hekk kif qed jipprepaw liz-zwiemel taghhom ghall-Mediterranean Derby. Nittamaw li naraw aktar zwiemel tal-galopp itellqu fil-korsa taghna u li jkollna qawmien mill-gdid ta’ din id-dixxiplina mill-isbah li zzid varjeta’ apprezzata fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.


Hajr specjali jmur ghal Ideal du Gazeau Bar talli ta s-sostenn tieghu ghal din l-inizjattiva billi gentilment sponsorja l-unur ta’ Marzu.


(c) Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Nifirhu wkoll lis-sidien u t-trejners ta’ Argus Hanover, Mars, Pro Shop, Reado November u Mealington, li fir-rigward taghhom il-Malta Racing Club dan l-ahhar ircieva r-rizultati ta’ testijiet tad-doping li wrew li huma kienu nodfa minn sustanzi projbiti. L-ewwel erba’ testijiet tad-doping kienu jirreferu ghall-finali tal-Kampjonat Assikura A, filwaqt li dak ta’ Mealington kien jikkoncerna tigrija tal-klassi Silver.


(d) Il-Kunsill tal-Malta Racing Club


Fuq suggett differenti, l-Onor. Ministru ghall-Edukazzjoni u Xoghol mistenni li dalwaqt jinnomina l-membri appuntati mill-Gvern fuq il-Kunsill tal-Malta Racing Club. Dan huwa avveniment importanti ghall-kontinwazzjoni tal-izvilupp ta’ dan l-isport fis-snin li gejjin. Sport bi tradizzjoni kbira f’dawn il-Gzejjer u li tant huwa ghaziz ghal tant dilettanti!


Sar hafna titjib matul is-snin izda zgur li hemm hafna iktar li jista’ jsir biex il-livell tal-isport favorit taghna jkompli jikber, tabilhaqq kont inzid, ghal livelli internazzjonali. L-isbah xewqat lill-membri li se jigu appuntati!


Daqstant importanti huwa l-ftuh tan-nominazzjonijiet ghaz-sidien u l-gerrejja taz-zwiemel bhala kandidati biex iservu ta’ rapprezentanti tas-sidien/ gerrejja fuq il-Kunsill tal-MRC.


Meta kont qed nithaddet mac-Cermen tal-Kunsill Dott. Matthew Brincat din il-gimgha, huwa sahaq fuq l-importanza li l-Kunsill il-gdid ikollu sidien u gerrejja ta’ rieda tajba li jixtiequ jipprezentaw idejat godda u li jahdmu b’sens ta’ altruizmu u partecipazzjoni sabiex l-isport taghna jkompli jikber u jissahhah, u jibnu fuq ix-xoghol tajjeb li diga’ sar ilkoll flimkien ghall-gid tas-sidien u l-gerrejja. Tabilhaqq is-sidien u l-gerrejja dejjem jibqghu r-rizorsa l-aktar fundamentali ta’ dan l-isport.


Dott Brincat inkoraggixxa lis-sidien u lill-gerrejja biex jikkunsidraw li jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet bl-intenzjoni li jahdmu fi hdan il-Kunsill u jkunu l-vuci tal-kollegi taghhom. Huwa sahaq ukoll li l-Kunsill ghandu dejjem ikun tim wiehed li jkompli jahdem ghall-gid generali ta’ kulhadd, bl-unita’ - il-gebla tax-xewka ghat-tkabbir ta’ dan l-isport kemm fil-passat kif ukoll fil-futur – tibqa’ tirrennja dejjem.


Huwa appella wkoll lil persuni ohra ta’ rieda tajba li ghal xi raguni jew ohra ma jkunux jixtiequ jikkontestaw dawn l-elezzjonijiet biex jersqu ‘l quddiem u jgibu l-opinjonijiet taghhom ghall-attenzjoni tal-Kunsill jew billi jiktbu lill-Klabb jew inkella billi jiddiskutu l-idejat taghhom ma’ xi membru tal-Kunsill.


Huwa ghalaq il-kummenti tieghu billi qal li “Sar hafna gid izda jista’ jsir hafna aktar fis-snin li gejjin jekk kulhadd jikkontribwixxi fi spirtu ta’ rieda tajba u altruizmu fl-interess genwin ta’ dan l-isport u jekk nahdmu lkoll flimkien billi nigbdu habel wiehed!”



Nawgurawlkom zewg laqghat tat-tigrijiet mill-aqwa fil-granet li gejjin.