Friday 17th May 2013
L-20 u l-21 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-17 u d-19 ta’ Mejju

minn Magnat


Ghandna zewg laqghat varjati ta’ tigrijiet taz-zwiemel fi tmiem din il-gimgha; l-ewwel, programm ta’ tmien tigrijiet nhar il-Gimgha li jibda’ fis-7pm, segwit minn programm ta’ ghaxar tigrijiet il-Hadd li jibda’ fis-2pm.


Il-programm tal-Gimgha huwa ddedikat esklussivament ghall-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi fuq distanza ta’ 2,140m, filwaqt li dak tal-Hadd jinvolvi tahlita ta’ zewg heats mill-aqwa tal-klassi Premier mill-kampjonati SECF, seba’ tigrijiet tat-trott “normali” fuq distanza itwal ta’ 2,640m li fihom insibu biss zwiemel li mhumiex Francizi u tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq distanza ta’ 1,750m.


L-ewwel heat mill-Prix de Vincennes (l-ewwel sitta minn kull heat ighaddu ghas-semi-finali) tara zwiemel bhar-rebbieha tal-passat tat-Tazza l-Kbira Kakisis u Mig of the Wood, ir-rebbieh tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier 2012 Milord Barbes, zwiemel bhal Oran, Of Course Ramble, Ourasi Diams u Magic de Assigny li diga’ rebhu jew ippjazzaw tajjeb din is-sena, d-debuttant Phenix de Milo u hames zwiemel ohra mill-aktar validi.


L-ewwel heat mill-Prix de Vincennes tal-Hadd tidher qisha repetizzjoni tal-finali tat-Tazza l-Kbira (izda fuq distanza iqsar) biz-zwiemel li hadu erbgha mill-ewwel hames pjazzamenti jiehdu sehem fiha, cioe’ Nabab du Chatelet, Nino de Saintho, Okilaibo u Original Blue.  Din it-tigrija tikludi wkoll lil Ohime Mag li rebah darbtejn din is-sena u ghandu l-aqwa hin stagjonali fuq 2,140m, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President 2012 Mont Cenis Honey, iz-zwiemel relattivament godda Olry Meslois, Orgueil de Nganda u Reves de Magalou u d-debuttant Quelino d’Amour.


L-ahhar heat mill-Prix de Vincennes tinkludi zwiemel ohra popolari bhal fost l-ohrajn Normand d’Oger u Odedjalo li rebhu darbtejn kull wiehed din is-sena, zwiemel li ppjazzaw tajjeb bhar-rebbieh tat-Tazza VOB ta’ Gunju 2012 Label Chouan, Mark de Chamant, Ouragan de Sita, u Ouf Boy, iz-zwiemel pjuttost godda Maiou u Orne des Olivettes u d-debuttant Orly Montaval.


L-istalljun ta’ 11-il sena Orly Montaval huma miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal debuttant.  Huwa rebah is-somma ta’ 400,430 Ewro barra minn xtutna, permezz ta’ 17-il rebha u pjazzamenti numeruzi.  Irregistra l-aqwa hin tieghu ta’ 1’11’7 fil-kilometru f’Vincennes f’Awwissu 2010 fuq 2,100m fl-ahhar u l-aktar rebha prestigjuza tieghu fi Franza, fil-Prix de Chateau du Loir (premjijiet ta’ flus totali ta’ 65,000 Ewro) meta gheleb zwiemel tat-trott tal-kalibru ta’ Onyx d’Em, Pomerol de Laumac u Power Jet.  Orly Montaval ikkompeta f’diversi tigrijiet prestigjuzi, xi whud minnhom bi premjijiet ta’ flus totali ta’ bejn 80,000 Ewro u 200,000 Ewro, u kultant irnexxielu wkoll jippjazza fil-konfront ta’ oppozizzjoni iebsa.


Iz-zewg heats mill-Prix d’Enghien (klassi Gold) ghandhom jigbdu wkoll interess kbir, bl-ewwel hamsa biss minn kull heat jaqtghu biljett ghas-semi-finali.


Xi whud mill-partecipanti diga’ wrew xi jsarrfu din is-sena, bhaz-ziemel li rebah tlett darbiet Octobre En Fete, dawk li rebhu darbtejn Nobleness Dubrio u Orage du Pont, L’Ideal de Fersan li rebah tigrija, u jkun interessanti nosservaw kif dawn iz-zwiemel jikkomparaw ma’ dawk li qabel kienu jigru fil-klassi Premier, bhal Lipouz Lesmelchen, Natif de l’Hommee, Nerval d’Ecajeul, Nuper, Oscar Indien u Orion d’Ostal fost’ohrajn, iz-zwiemel relattivament godda Pancho Villa, Pegase d’Ariane u Perdreau Rapide, d-debuttanti Petit Pierricais u Quartz Clayettois, kif ukoll iz-zwiemel validi l-ohra kollha.


Il-heats l-ohra huma tlieta mill-Prix de Cabourg (klassi Silver) u tnejn mill-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) b’erba’ zwiemel jikkwalifikaw minn kull wahda minnhom.  Dawn mistennija jkunu wkoll tigrijiet ibbilancjati u eccitanti.   Qualou Chouan, Quaroldo, Quartz de Glyere, Quasar de Subligny u Quitus Rapide huma miktuba biex jiddebuttaw fil-heats tal-klassi Silver.


It-tigrijiet tat-trott “normali” ta’ nhar il-Hadd li huma fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m jinvolvu zewg tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Gold, Silver u Copper u wahda ghall-klassi Bronze.  Iz-zwiemel tat-trott Svedizi Chippen Bob u Mind Your Head mistennija jiddebuttaw fil-klassi Gold u l-Belgjan Verdi du Bosquet fil-klassi Bronze – b’hekk ghandna naqbzu l-100 debuttant s’issa dan l-istagun fi tmiem din il-gimgha.


It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq distanza ta’ 1,750m tara sitt zwiemel tal-galopp interessanti li gejjin mill-Germanja, l-Irlanda u l-Istati Uniti.  Ir-rebbieh tat-Tazza Chukkas Timolin, ir-rebbieh ta’ dan l-ahhar Diamante Grande, r-rebbieh tal-Mediterranean Derby fl-2011 Buttermilk, Darielli u Ollie Fliptrik li kollha ppjazzaw tajjeb iktar kmieni din is-sena u z-ziemel relattivament gdid Alto Monte ghandhom jipprovdu sfida sabiha anki f’din id-dixxiplina.


Il-bidu tal-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi nhar il-Hadd li ghadda, diga’ pprovdielna tigrijiet spettakulari, biz-zwiemel li kkwalikaw jinvolvu kemm favoriti kif ukoll outsiders.  Se jkollna zgur iktar tigrijiet attraenti fi tmiem din il-gimgha, bl-attrazzjoni mizjuda taz-zwiemel tal-klassi Premier jipprovdu okkazjoni ohra ghall-ispettaturi biex jaraw uhud mill-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta jissieltu bejniethom biex ikomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni prestigjuza.


L-ahhar laqgha


It-tigrija “normali” tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd fuq distanza ta’ 2,640m kienet ikkaratterizzata mill-kambjamenti li sehhew fuq quddiem.  L-istadji bikrija raw diversi zwiemel jiehdu l-kmant, bhal Skip Dimanche, Vanmaker Limburgia u Veikko Hornline.  Dan ta’ l-ahhar mar quddiem wara madwar 800m segwit minn Arnie Sensation li hadlu postu madwar 1,200m mit-tmiem.


Meta kien baqa’ inqas minn nofs dawra, T.X. Zoogood mar erbgha fuq barra biex beda attakk b’sahhtu, lahaq u qabez iz-ziemel ta’ quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fit-tieni tigrija tieghu hawnhekk f’1’16’9 fil-kilometru.  Huwa kien zewg tulijiet u nofs quddiem Sultan November, segwit minn Poppes Fighter u Pro Shop f’dik l-ordni.


Il-heats mill-kampjonati SECF ghaz-zwiemel tat-trott Francizi nzammu kollha fuq id-distanza iqsar ta’ 2,140m.


Fl-ewwel heat tal-Prix d’Enghien (klassi Gold), Oviedo du Sam ha kmant bikri, li zamm biss ghal ftit mijiet ta’ metri hekk kif inqabez minn Pepone du Castelet madwar mil mit-tmiem.


Minn hemm ‘il quddiem, Pepone du Castelet ikkontrolla t-tigrija u minkejja attakk tajjeb ta’ Phenix de la Roque fl-ahhar nofs dawra, ta’ l-ewwel baqa’ jimponi r-ritmu tieghu, u nqata’ b’mod komdu fid-dritta tat-tmiem sabiex kiseb it-tielet rebha stagjonali f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru, tlett tulijiet quddiem Phenix de la Roque, segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Noble d’Ete, Niky du Donjon u Natif de Salvi.


It-tieni heat mill-Prix d’Enghien irrizultat fl-ewwel rebha f’Malta ghal Nitesco d’Antony, li ha l-kmant minn Podium madwar 1,250m mit-tmiem.  Nitesco d’Antony irnexxielu jipprezerva dan il-vantagg b’success mill-attakk ta’ xejn inqas minn tlett izwiemel fid-dritta tat-tmiem, sabiex spicca tul quddiem Ouest du Vivier li gie skwalifikat fuq il-girja, bid-debuttant Prince Gaillard ghalhekk jispicca fit-tieni post segwit minn Podium, L’As de Seuilly u Paradis du Lupin li kollha kkwalifikaw ghas-semi-finali.  Il-hin tar-rebbieh kien 1’17’1 fil-kilometru.


L-ewwel heat mill-Prix de Cabourg (klassi Silver) giet iddominata minn Quingen de Bussy li ha l-kmant wara inqas minn 500m mill-bidu tat-tigrija, zamm il-pass tieghu sal-bidu tal-ahhar nofs dawra, mbaghad zied il-pass b’mod impressjonanti biex ma kienx disturbat matul id-dritta tat-tmiem, sabiex irnexxielu jirrekordja r-raba’ rebha stagjonali tieghu b’xi hames tulijiet f’1’17’4 fil-kilometru, miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Panda des Fleches, Ogor u Orgeat.  


Onwards Star kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tieni heat mill-Prix de Cabourg.  Madankollu d-debuttant Quozak Prior wettaq l-attakk tieghu madwar 800m mit-tmiem u malajr gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem, izda Onwards Star deher jirrezisti tajjeb, sabiex baqa’ fuq quddiem sal-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem.  F’dak l-istadju Quozak Prior attakka mill-gdid, din id-darba mar quddiem madwar 200m mill-gister u spicca f’1’18’4 fil-kilometru, tul quddiem Ouraki du Drochon, segwit minn Oscar de Racques u Man Quick, li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


L-istorja tat-tielet heat mill-Prix de Cabourg kienet simili ghal dik tal-ewwel wahda, meta Obiscus Del Fa ha vantagg bikri u zammu matul it-tigrija kollha.  Madwar 800m mit-tmiem, huwa anki zied fil-velocita’ biex inqata’ aktar miz-zwiemel l-ohra, biex iddomina d-dritta tat-tmiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali b’aktar minn erba’ tulijiet miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Que Je T’Aime Rush, Partisan de Bouere u Quick Et Rare, f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.


It-tigrijiet l-ohra kienu riservati ghal zwiemel tal-klassi Bronze.


It-tlett heats mill-Prix de Cagnes Sur Mer intrebhu minn Marchallah (iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Navaroso de Khepri, Noli de Marray u Lorenz de Noyelles) u Mezio Josselyn (b’Lucky d’Hercla, Napol de Mai u Magnum ighaddu wkoll ghas-semi-finali), it-tnejn fl-ewwel rebha stagjonali taghhom, kif ukoll Quindici fit-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha stagjonali tieghu, segwit miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw Lys de l’Oasis, Obscur de Busset u Nerlo Villetot.
 
It-tigrija “normali” tal-klassi Bronze fuq 2,640m irrizultat fi triomf ghal Royal Qui, ukoll fl-ewwel rebha stagjonali tieghu.


Matul din il-laqgha, kif kien jixraq, il-Malta Racing Club ikkommemorat ukoll b’mod dinjituz lis-sewwieq Michael Zammit li sfortunatament tilef hajtu f’incident il-gimgha l-ohra.  Ghal darb’ohra nwasslu l-kondoljanzi sincieri taghna lill-qraba u mahbubin tieghu.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva erba’ rizultati ohra ta’ testijiet tad-doping. Nifirhu lis-sidien u t-trejners ta’ Nabab du Chatelet, Nino de Saintho, Okilaibo u Original Blue, li r-rizultati tat-testijiet tad-doping relattivi ghall-pjazzamenti rispettivi taghhom fil-Finali tat-Tazza l-Kbira fl-14 t’April urew li kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


Nominazzjonijiet tal-HOADA


Inharget sejha ghan-nominazzjonijiet ghas-sidien, sewwieqa u gerrejja (kemm tat-trott kif ukoll tal-galopp) li huma nteressati li jikkontestaw l-elezzjoni tal- Horse Owners and Drivers Association (HOADA).  Din l-assocjazzjoni tirrapprezenta s-sidien, sewwieqa u gerrejja fi hdan il-Malta Racing Club.


It-tlett kandidati li jgibu l-aktar voti f’din l-elezzjoni jsiru r-rapprezentanti tas-sidien u tas-sewwieqa/ gerrejja fuq il-Kunsill tal-Malta Racing Club.  Kull applikazzjoni trid tigi pprezentata fl-ufficcji tal-MRC fil-hinijiet tal-ufficcju u trid tinkludi l-ismijiet tal-individwi li jkunu qed jinnominaw u jissekondaw il-kandidat partikolari.  Il-kandidati kif ukoll l-individwi li jkunu qed jaghmlu jew jissekondaw nominazzjoni jridu jkunu membri tal-Malta Racing Club.


“Maiden Race” tat-trott


Fil-kitba ta’ tmiem din il-gimgha, l-Malta Racing Club qed jintroduci innovazzjoni ohra, cioe “maiden race” li tinvolvi zwiemel tat-trott li grew almenu tlett darbiet f’Malta izda qatt ma rebhu s’issa.  F’din l-okkazjoni t-tigrija hija riservata ghal zwiemel tal-klassi Silver; klassijiet ohra se jigi moghtija l-opportunita’ taghhom f’kitbiet fil-gejjieni.  Jekk jinkitbu aktar minn 16-il ziemel ghal din it-tigrija, jinghazlu dawk bl-anqas punti ta’ “handicap” tal-MRC.


Tletin sena ilu – L-introduzzjoni tal-photo-finish


Zewg zwiemel jew aktar qed jisfidaw lil xulxin ras’imb’ras b’velocita’ massima fid-dritta tat-tmiem.  Mal-gister qisu m’hemm xejn x’jifridhom f’dak il-mument krucjali.  Wara, l-ispettaturi jiddiskutu dwar liema kien iz-ziemel li dahal l-ewwel.  Xi whud ighidu li kien dak qrib ir-rejls filwaqt li ohrajn jidhru certi li kien dak fuq in-naha ta’ barra? Min ghandu ragun?


Illum, nehduha “for granted”.  Filwaqt li qed niddiskutu r-rizultat, nafu li dan id-dubju se jdum biss ftit minuti, ghax magna fotografika zghira se tidentifika r-rebbieh permezz ta’ ritratt précis anki jekk id-differenza bejniethom kienet biss imnieher!  Dik il-magna ... il-photo-finish!


Izda ma kienx dejjem hekk.  Qabel l-introduzzjoni taghha l-istewards kellhom ukoll il-bicca xoghol li hadd ma jixtieq ikollu li jiehdu decizjoni fuq din il-materja abbazi t’ghajnejhom.  U ghadni niftakar l-argumenti kbar li kien ikollna regolarment dawk iz-zmenijiet fuq jekk l-istewards kellhomx ragun jew le.  U xi kultant, xi whud kienet taqbzilhom u konna nispiccaw bi glied u incidenti xejn pjacevoli! 


Ghaddew 30 sena mill-introduzzjoni tal-photo-finish fil-korsa tal-Marsa!  Minn dak iz-zmien, il-magna giet mibdula ghall-ahjar, izda l-kuncett baqa’ l-istess.


Nhar is-Sibt 26 ta’ Marzu 1983, The Times irrappurtat li aktar kmieni matul dik il-gimgha, s-Sur Paddy Stubbs, Cermen tal-Kunsill ta’ Tmexxija u Senior Steward kien indirizza Konferenza Stampa li fiha apparti li nieda l-finali tal-Janatha Stubbs Stakes ghal dik is-sena, “sar maghruf ukoll li l-apparat tant mistenni ta’ “photo finishing” u tat-“timing” elettroniku gie finalment istallat u ghandu jkun uzat ufficcjalment fil-futur mill-aktar qarib, filwaqt li b’mod mhux ufficjali ghandu jaghmel il-vjagg inawgurali tieghu matul il-laqgha t’ghada ...”.


Tabilhaqq, b’mod ufficjali jew mhux ufficjali l-photo-finish gie inawgurat nhar il-Hadd 27 ta’ Marzu 1983.  L-ghada, The Times irraportat dan l-avveniment u sejhitlu “debutt ta’ success tal-apparat tal-photo-finish li ghandu jfisser it-tmiem tal-problemi kollha tal-linja tat-tmiem”.  Il-korrispondent ta’ The Times kien issuggerixxa wkoll li n-numri tat-tigrija taz-zwiemel ghandhom jitpoggew fuq rashom sabiex jigi ffacilitat x-xoghol tal-judges tal-photo finish, xi haga li bil-beneficcju tal-moghdija taz-zmien ma kenitx mehtiega.


L-ewwel ritratt tal-photo-finish ra lil Antoine D jirbah quddiem Erard du Mirville f’tigrija tal-Klassi H, l-ewwel wahda f’dak il-programm.  Tiftakruhom dawk iz-zwiemel?


Madankollu dan l-izvilupp ma gabx fi tmiemhom il-problemi kollha tal-gister.  Kaz li niftakar huwa dak li gara fid-9 tigrija (Klassi A) fil-programm tal-4 ta’ Novembru 1990, meta ghalkemm Neroli de Vaure deher jilhaq il-gister l-ewwel, l-iStewards iddikjarawh li dahal it-tieni. 


Din is-sitwazzjoni giet indirizzata mill-Malta Racing Club permezz ta’ pagament ex gratia tal-premju tal-flus tar-rebbieh lis-sidien ta’ Neroli de Vaure u bil-promozzjoni ta’ dan iz-ziemel ghall-klassi A1 kif ukoll it-tnehdija ta’ investigazzjoni tal-pulizija.


U xi kultant il-photo-finish innifsu ma jkunx jista’ jifred zewg zwiemel fi tmiem it-tigrija bhal ma gara din is-sena fil-laqgha tat-3 ta’ Marzu, meta Soren Sufflor u Max Galbe spiccaw fit-tieni post flimkien u fil-laqgha tas-17 ta’ Marzu meta Pilote de Nganda u Geronimos Cadillac spiccaw flimkien fir-raba’ post.


Izda almenu meta jigru hwejjeg bhal dawn, il-photo-finish jaghti lil kulhadd l-opportunita’ li jiccekkja l-pozizzjoni tat-tmiem bl-aktar mod trasparenti.  Illum, ir-ritratti tal-photo-finish jitpoggew sahansitra fuq il-websajt tal-Malta Racing Club, ghall-access miftuh tal-pubbliku in generali.


Ghaldaqstant, huwa kaz ta’ innovazzjoni ta’ 30 sena ilu li ghadha ghaddejjha b’sahhitha.  L-istagun 1982 – 83 ta’ Isard du Pont – Jouteur du Clos kien memorabbli ghal iktar minn raguni wahda; l-introduzzjoni tal-photo-finish certament mhix l-anqas wahda fosthom!


Ghalkemm ejja nitkellmu car: meta z-ziemel ta’ dak li jkun jigi dekretat rebbieh mill-photo-finish napplawdu lil din il-magna, izda meta r-rebha tmur ghaz-ziemel l-iehor, xi whud jista’ jkollhom nostalgija ghaz-zmien ta’ qabel l-introduzzjoni taghha :)


Nawgurawlkom zewg laqghat tat-tigrijiet ohra mill-aqwa fi tmiem il-gimgha li gej.