Friday 7th June 2013
Il-25 u s-26 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-7 u d-9 ta’ Gunju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet fil-korsa tal-Marsa fi tmiem din il-gimgha; l-ewwel wahda nhar il-Gimgha (btala pubblika tas-Sette Giugno) b’bidu fl-4.30pm u mbaghad il-Hadd, bl-ewwel tigrija skedata ghas-1.30pm.  Kull laqgha tinkludi 9 tigrijiet, kollha riservati ghal zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m.


Ghandna zewg attrazzjonijiet ewlenin fi tmiem din il-gimgha, cioe’ l-finali brillanti tat-Tazza Sette Giugno miftuha ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier ta’ kwalunkwe nazzjonalita’ u hames finali mill-aqwa mill-kampjonati ghaz-zwiemel tat-trott Francizi sponsorjati mill-assocjazzjoni Franciza taz-zwiemel tat-trott, l-SECF.


Bla dubju l-attrazzjoni principali tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha hija l-finali tat-Tazza Sette Giugno bi zwiemel gejjin minn erba’ pajjizi, cioe’ Franza, l-Germanja, l-iSvezja u l-Istati Uniti.


Il-partecipanti kollha huma zwiemel imsewwija u l-eta’ taghhom tvarja bejn 7 u 12-il sena.  Il-lista shiha hija kif gej:


1. Lage, Svediz ta’ 10 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,299,990 u l-ahjar hin ta’ 1’11’2 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha mill-uniku tigrija tieghu f’Malta b’hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m.


2. Simb Mark, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK704,900 u l-ahjar hin ta’ 1’12’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu 2 rebhiet u 4 pjazzamenti mill-11-il tigrija tieghu f’Malta u l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’5 fil-kilometru fuq 2,140m.


3. Sultan November, Germaniz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK582,179 u l-ahjar hin ta’ 1’11’8 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza seba’ darbiet fl-14-il tigrija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


4. Wiss Night Hawk, Svediz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK1,483,991 u l-ahjar hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn (inkluz il-kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi tal-klassi Premier tas-sena l-ohra) u ppjazza disa’ darbiet ohra fit-23 tigija tieghu f’Malta u ghandu l-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’1 fil-kilometru fuq 2,140m.


5.  Argus Hanover, Amerikan ta’ 7 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK494,015 u l-ahjar hin ta’ 1’11’9 fil-kilometru.  Huwa rebah 4 darbiet (inkluz il-kampjonat Assikura A ta’ din is-sena) u ppjazza 4 darbiet ohra fit-12-il tigrija tieghu f’Malta, u ghandu l-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’6 fil-kilometru fuq 2,140m.


6. Belafonte, Svediz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK904,000 u l-ahjar hin ta’ 1’13’5 fil-kilometru.  Huwa rebah darbtejn u ppjazza 12-il darba ohra minn meta ddebutta fostna f’April 2011, bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’14’5 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’5 fil-kilometru – darbtejn – fuq 2,140m).


7.  Nino de Saintho, Franciz ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 263,840 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’4 fil-kilometru.  Huwa rebah 5 darbiet u ppjazza darbtejn (inkluz it-tieni post tieghu fil-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena) fit-13-il tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


8. Orcas Bac, Svediz ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ SEK627,750 u l-ahjar hin ta’ 1’13’6 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza darba ohra fl-4 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’4 fil-kilometru fuq 2,140m. 


9. Ofackevo, Franciz ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 252,765 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa rebah darba u ppjazza darbtejn fis-6 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,140m.


B’total ta’ 20 rebha bejn dawn iz-zwiemel u b’kollha kemm huma jkollhom l-ahjar hin ta’ 1’15’5 fil-kilometru jew ahjar fil-karriera tat-tigrijiet taghhom f’Malta, mistennija tigrija kumbattuta b’rizultat incert (b’total ta’ premjijiet fi flus ta’ 2,450 ewro).


Imbaghad l-attrazzjoni ewlenija fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd hija naturalment il-finali mill-Prix de Vincennes ghal zwiemel tat-trott Francizi tal-klassi Premier b’qatta’ ta’ 7 zwiemel imsewwija u zewg stalljuni f’etajiet ta’ bejn 9 u 14-il sena, li huma:


1. Orly Montaval, ta’ 11- il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 400,430 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’11’7 fil-kilometru.  Huwa ghadu ma rebahx u ma ppjazzax fiz-2 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’16’5 fil-kilometru fuq 2,140m.


2. Mark de Chamant, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 305,951 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’1 fil-kilometru.  Ghalkemm ghadu ma rebahx, huwa ppjazza 13-il darba fl-20 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’14’8 fil-kilometru fuq 1,640m (1’15’7 fil-kilometru – tlett darbiet – fuq 2,140m).


3.  Olympien Major, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 226,173 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa ppjazza 4 darbiet fit-9 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,140m. 


4.  Orne des Olivettes, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,710 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ppjazza darbtejn fl-4 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’8 fil-kilometru fuq 2,140m.


5.  Mig of the Wood, ta’ 13-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 432,710 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru.  Huwa rebah 5 darbiet (inkluzi l-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza l-Kbira 2012) u ppjazza 8 darbiet ohra fis-17-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,640m (1’15’6 fil-kilometru fuq 2,140m).


6.  Label Chouan, ta’ 14-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 222,716 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’13’8 fil-kilometru.  Huwa rebah 9 darbiet (inkluzi l-Prix de Cabourg ta’ Dicembru 2011 u t-Tazza VOB ta’ Gunju 2012) u ppjazza 14-il darba ohra mid-debutt tieghu f’Malta fi Frar 2010, bl-ahjar hin f’Malta ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


7.  Okilaibo, ta’ 11-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 237,460 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’14’0 fil-kilometru.  Huwa ghandu rebha wahda u 5 pjazzamenti fis-6 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’0 fil-kilometru fuq 2,140m.


8.  Quelino d’Amour, ta’ 9 snin, b’rebh barra minn xtutna ta’ 195,162 ewro u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.  Huwa ppjazza darba fiz-2 tigrijiet tieghu f’Malta, bl-ahjar hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru fuq 2,140m.


9.  Nabab du Chatelet, ta’ 12-il sena, b’rebh barra minn xtutna ta’ 205,198 ewro u l-ahjar hin ta’  1’13’9 fil-kilometru.  Huwa rebah 8 darbiet (inkluzi l-Prix de Vincennes ta’ Dicembru 2012 u t-Tazza l-Kbira 2013) u ppjazza 6 darbiet fl-24 tigrija tieghu f’Malta, bl-ahjar hin hawnhekk ta’ 1’15’3 fil-kilometru fuq 2,640m (1’15’8 fil-kilometru fuq 2,140m).


Bi 23 rebha (inkluzi 6 kampjonati) bejniethom u b' sebgha minnhom ikollhom l-ahjar hin ta’ 1’15’8 fil-kilometru jew ahjar, dawn iz-zwiemel jinkludu tahlita ta’ zwiemel t’esperjenza fostna kif ukoll ta’ zwiemel relattivament godda, li jiggarantixxu tigrija tassew missielta bi premjijiet ta’ flus sbieh (b’total ta’ 4,150 ewro).


Dik tal-Prix d’Enghien (klassi Gold) hija finali ohra mill-aqwa, b’ghaxar zwiemel f’etajiet ta’ bejn 10 u 12-il sena, rebbieha ta’ xejn inqas minn 11-il tigrija bejniethom din is-sena, flimkien ma’ 25 pjazzament, u bil-finalisti kollha jkollhom l-ahjar hin din is-sena ta’ 1’16’9 fil-kilometru jew ahjar.


Dawn huma Niky du Donjon, Natif de Salvi, Nitesco d’Antony, Orion du Vaumicel, Oscar Indien, Orage du Pont, Noble d’Ete, Phenix de la Roque, Prince Gaillard u Pepone du Castelet.


It-tlett finali l-ohra jpoggu kontra xulxin zwiemel f’forma mill-aqwa, li huma:


 (i) Prix de Cabourg (klassi Silver) li tikkomprendi ghaxar zwiemel f’etajiet ta’ bejn 9 u 13-il sena, bil-lista shiha tkun: Quozak Prior, Pirate d’Urzy, Marco Barbes, Quick Et Rare, Quaroldo, Man Quick, Panda des Fleches, Passons d’Ortige, Que Je T’Aime Rush u Ostheo d’Havetot;


(ii) Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) li tara disa’ zwiemel f’etajiet ta’ bejn 9 u 14-il sena, kif gej:  Nerlo Villetot, Navaroso de Khepri, Marchallah, Nevermind, Napol de Mai, Noli de Marray, Lys de l’Oasis, Pittacos u Quindici.


(iii) Prix de Caen (klassi Copper) b’ghaxar partecipanti f’etajiet ta’ bejn 5 u 17-il sena (jista’ jkun li din id-differenza fl-eta’ ta’ xejn inqas minn 12-il sena hija rekord?) li huma:  Noble Candeen, Ideal de Suce, Larissa du Breil, Ksar, Marathon d’Isques, Qualaudry, Nylan du Mouloire, Ugo de Malte, Natif de Monsures u Minou de Perdriat. 


Il-kumplament tat-tigrijiet “normali” huwa daqstant interessanti, dejjem fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, b’xejn inqas minn erba’ tigrijiet riservati ghall-klassi Gold, sitta ghall-klassi Silver u erba’ tigrijiet ghall-klassi Bronze.  Seba' zwiemel huma miktuba biex jiddebuttaw fihom, cioe’ l-Olandiz Bob Wielinga fil-klassi Bronze, l-Franciz Quimper de l’Iton, l-iSvediz Vasterbo Diego u d-Daniz Navaho Simoni fil-klassi Silver u l-Francizi Pic Soyer u Player du Mirel, kif ukoll it-Taljan Narciso Grif fil-klassi Gold.


Zgur li wiehed ma jistax jitlob iktar minn dawn iz-zewg laqghat!  Mhux ta’ min jitlef dan l-ispettaklu!


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija ta’ l-ahhar zewg laqghat kienet il-Mediterranean Derby, l-oghla unur ghaz-zwiemel tal-galopp f’Malta.  Tabilhaqq, il-gimgha l-ohra rrakkuntajna t-tmiem ecitanti li kellna fl-edizzjoni mizmuma 50 sena ilu u min kien jimmagina li t-tmiem ta’ din is-sena kellu jlahhaq ma’ dak!


L-aktar zewg zwiemel veloci mal-hrug mill-gageg tat-tluq f’din it-tigrija ta’ 1,750m kienu Kimberley Downs (Michael Sultana) jigri mar-rejls u Ollie Fliptrik fuq in-naha ta’ barra.  Dawn iz-zewg zwiemel taw ritmu veloci lil din it-tigrija bil-giri taghhom ras’imb’ras ghall-ewwel kilometru.


B’750m mit-tmiem, Ollie Fliptrik ma setax izomm il-pass u hawnhekk tela’ Cheeky Jack li f’temp ta’ ftit ghaxriet ta’ metri lahhaq ma’ Kimberley Downs fuq quddiem.  Dawn iz-zewg zwiemel grew ras’imb’ras matul il-bqija tat-tigrija u pprovdew spettaklu mill-aqwa – kultant ziemel imur ras quddiem pero’ malajr isofri r-rejazzjoni tal-iehor. 


Fid-dritta tat-tmiem kien hemm mumenti meta kien jidher li Cheeky Jack seta’ jiehu l-kmant izda r-rezistenza ta’ Kimberley Downs spiccat vittorjuza, hekk kif ittrijonfa b’imnieher biss mill-istess Cheeky Jack segwit minn Timolin biex ha t-tieni rebha stagjonali u naqqas ismu fuq il-Mediterranean Derby.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1 min 47’87 sek.


It-tigrijiet l-ohra kienu kollha riservati ghal zwiemel tat-trott fuq distanza ta’ 2,140m.


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-laqgha ta’ nhar il-Gimgha kienu jikkonsistu f’zewg semi-finali mill-kampjonat SECF Prix de Vincennes rizervat ghal zwiemel tat-trott Francizi (klassi Premier) u tnejn ohra mill-kampjonat Prix de Caen (klassi Copper).


L-ewwel semi-finali mill-Prix de Vincennes rat lil Olympien Major johrog l-aktar veloci, b’Nabab du Chatelet jitla’ tnejn fuq barra sabiex jisfidah fil-bidu tal-ahhar dawra u Mig of the Wood mar-rejls immedjatament wara Olympien Major.


Mig of the Wood sab l-ispazju fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, hareg u sprintja sat-tmiem, dejjem sfidat mill-isprint b’sahhtu ta’ Okilaibo. Mig of the Wood wasal l-ewwel mal-gister ras biss quddiem l-isess Okilaibo ghall-ewwel rebha stagjonali tieghu f’1’15’7 fil-kilometru.  Nabab du Chatelet, Mark de Chamant u Olympien Major ghaddew ukoll ghall-finali.


Kien Orne des Olivettes li ha l-kmant fil-bidu tat-tieni semi-finali, segwit minn Quelino d’Amour.  Odedjalo beda l-attakk tieghu fid-dritta tal-faccata, u beda jiggwadanja l-pozizzjonijiet sakemm lahaq ma’ Quelino d’Amour.  Fid-dritta tat-tmiem Orne des Olivettes sofra l-attakki kemm ta’ Quelino d’Amour minn mar-rejls u ta’ Odedjalo fuq in-naha ta’ barra.  Dawn iz-zewg zwiemel sprintjaw l-ahhar 200m flimkien, bil-photo-finish fl-ahhar jaghti lil Odedjalo r-raba’ rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru, mnieher biss quddiem Quelino d’Amour, segwit minn Orne des Olivettes, Label Chouan u Orly Montaval li kollha ghaddew ghall-finali.


Ugo de Malte mar quddiem fil-bidu tal-ewwel semi-finali mill-Prix de Caen, bis-sitwazzjoni tibqa’ l-istess sa madwar 800m mit-tmiem, meta Larissa du Breil ghamlet il-mossa taghha u marret quddiem.  Madankollu meta kien fadal madwar 450m, Qualaudry mar tlieta fuq barra u attakka liz-zwiemel ta’ quddiem.  Ha l-kmant fil-bidu tad-dritta tat-tmiem u qatt ma hares lura, biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’18’9 fil-kilometru, nofs tul quddiem Larissa du Breil, biz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw ikunu Marathon d’Isques, Ugo de Malte u Minou de Perdriat f’dik l-ordni.  .


Mistral du Chene kien fuq quddiem ghal hafna hin fit-tieni semi-finali mill-Prix de Caen izda fid-dritta tal-faccata Natif de Monsures zied fil-velocita’ b’mod brillanti fuq in-nahat ta’ barra biex tela’ mill-postijiet tal-ahhar ghal fuq quddiem f’qasir zmien.  L-ahhar 400m kienu battalja bejn Natif de Monsures u Nylan de Mouloire bir-rebha tmur ghal ta’ l-ewwel (l-ewwel rebha f’Malta f’1’19’1 fil-kilometru) nofs tul quddiem Ideal de Suce li spicca b’sahhtu, segwit minn Nylan de Mouloire, Noble Candeen u Ksar li kkwalikaw ukoll.


L-ewwel tigrija tal-klassi Gold li kellna nhar il-Hadd li ghadda rat lil Simb Tyrant jiehu l-kmant wara madwar 650m u jirnexxielu jiftah distakk ta’ madwar zewg tulijiet ghal xi hin.  Hekk kif iz-zwiemel daru biex jidhlu fid-dritta tat-tmiem Nophenio de Lune mar tlieta fuq barra biex jiftah l-attakk tieghu, mar fuq quddiem b’mod komdu madwar 150m mit-tmiem sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta ftit inqas minn zewg tulijiet minn Hulot, segwit minn Jerry Eme u Energy Launcher, f’hin ta’ 1’17’7 fil-kilometru.


Fit-tigrija ta’ wara tal-klassi Gold, Matrix Reloaded beda b’sahhtu u ha kmant bikri izda madwar 750m mit-tmiem Opal Hall beda’ l-azzjoni determinanti tat-tigrija, meta zied il-velocita’ u gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem.  Huwa ha l-kmant madwar 200m mit-tmiem u rrezista b’success l-attakk b’sahhtu ta’ Blizzard AD fl-ahhar 150m biex ha l-ewwel rebha tieghu f’Malta madwar tul mill-istess Blizzard AD segwit minn Carnegie Hall u Splendido Star f’medja ta’ 1’17’8 fil-kilometru.


Eject ha kmant bikri fl-ahhar tigrija tal-klassi Gold segwit miz-zwiemel l-ohra fi grupp kompatt.  Il-posizzjoni baqghet l-istess sakemm iz-zwiemel waslu fl-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem, meta Eject sofra l-attakki determinati ta’ Ouest du Vivier u Xray Hornline.  Ghalkemm Ouest du Vivier ghall-bidu mar quddiem, iz-zieda fil-velocita’ ta’ Xray Hornline wasslitu biex ilahhaq mieghu, bit-tnejn jisprintjaw ras’imb’ras sat-tmiem.  Il-photo-finish ta t-tieni rebha stagjonali lil Xray Hornline (1’17’1 fil-kilometru) b’imnieher minn Ouest du Vivier, segwit minn Mind Your Head u Petit Pierricais.


Prosit kbira tmur ukoll ghal Rodney Gatt talli rnexxielu, fil-laqgha ta’ nhar il-Hadd, jinghaqad ma’ grupp ristrett ta’ sewwieqa fl-istorja tal-korsa taghna, li rnexxielhom jirbhu xejn inqas minn erba’ tigrijiet f’laqgha wahda.


Ir-Rebbieh tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena


Fi tmiem il-gimgha mimli finali mportanti, xtaqt naghmel omagg lill-finalisti kollha – zwiemel tassew bravi ta’ kull nazzjonalita’ - li se jkunu fl-azzjoni billi naghmel bijografija qasira taz-ziemel li din is-sena rebah l-aqwa unur tat-trott li ghandna f’Malta.  Permezz tal-ezempju ta’ Nabab du Chatelet nixtieq inwassal l-awgurju tieghi lill-finalisti kollha ta’ tmiem din il-gimgha u nghidilhom prosit ghax anki l-fatt li waslu s’hawn huwa unur fih innifsu.    


Tabilhaqq, kull sena, mat-tmiem tat-Tazza l-Kbira dejjem nahseb fuq kemm il-pajjizi l-kbar fit-tigrijiet taz-zwiemel jaghtu prominenza lill-aqwa zwiemel taghhom u jgibuhom ghall-attenzjoni tal-pubbliku.  Fil-process huma jippubblicizzaw il-kwalita’ taz-zwiemel taghhom. 


Din is-sena ppruvajt naghmel xi haga simili fuq ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira Nabab du Chatelet.  Mhux dejjem facli tigbor informazzjoni bhal din izda meta, bhal ma nipprova naghmel dejjem, mort wara t-tigrija fir-remissa nifrah lis-sidien taz-ziemel rebbieh, ftit minna nkluz wiehed mis-sidien, is-sewwieq u l-handler dedikat tieghu, hrigna hdejn iz-ziemel u d-diskors waqa’ fuq il-karatteristici tieghu. 


Nabab dahhal rasu fost in-nies li kienu jidhattdu, bhal qisu nduna li konna qed jitkellmu fuqu.  Bqajt nahseb jekk kienx qed jifhem x’kien qed jinghad ... min jaf kemm kien jikkoregina kieku kellu d-don tal-kelma!


Nabab du Chatelet huwa ziemel tat-trott Franciz imsewwi ta’ 12-il sena, ta’ kulur ahmar, bin l-istalljun Chef du Chatelet mid-debba Feinte du Chatelet.  Chef du Chatelet, ziemel mill-isbah, huwa stalljun popolari Franciz. 


Fost l-aqwa zwiemel li pproduca nsibu lil Mage du Martellier li rebah aktar minn miljun ewro, Quokine Berry, Profile de Rossi, Old du Hautvent, Satin d’Avril, Quel Chef ecc.  Missieru kien Kimberland, stalljun ta’ success nofsu Amerikan mill-linja tal-famuz Nevele Pride, u ommu Quirola pproduciet diversi zwiemel tajba.


Feinte du Chatelet, hija bint l-istalljun Jet du Vivier (mill-famuzi Sabi Pas u Ua Uka) u Nicaba des Etangs, linji li wkoll ipproducew diversi zwiemel rebbieha.


Barra minn xtutna Nabab du Chatelet rebah 205,198 ewro, mhux ammont hazin u lanqas fenomenali.  Jista’ forsi jigi spjegat mill-fatt li gera’ whud mit-tigrijiet tieghu fil-Belgju fejn il-premjijiet mhux qawwija daqs dawk fi Franza u wkoll li gera diversi tigrijiet kontra oppozizzjoni b’sahhitha – fost l-avversarji tieghu insibu zwiemel bhal Quif de Villeneuve, Paladin Bleu, Quentin Rose u ohrajn.


Beda l-karriera tieghu ta’ 3 snin u gera’ kwazi 100 tigrija barra minn xtutna f’diversi koros differenti, l-aktar bis-serkin izda kellu wkoll ftit tigrijiet monte’. Rebah 11-il darba u meta ma rebahx hafna drabi pplejsja – xejn inqas minn 37 pjazzament bejn it-tieni u l-hames.


L-ahjar staguni tieghu kienu dawk ta’ meta kellu 8, 9 u 10 snin meta gera aktar minn nofs it-tigrijiet tieghu u rebah 4 darbiet u ppjazza mal-ewwel hamsa 19-il darba ohra.  L-aqwa hin tieghu kien 1’13’9 fil-kilometru li rregistra ta’ 10 snin fuq 2,550m fil-korsa ta’ Beaumont-de-Lomagne. 


Fatti li jikkonfermaw kemm dan iz-ziemel kien ghadu b’sahhtu meta spicca jigri fi Franza fl-ahhar tal-2011, kif ukoll tal-fatt li d-distanza preferita taz-ziemel hija bejn wiehed u iehor zewg kilometri u nofs, ghalkemm fost il-11-il rebha tieghu barra minn Malta nsibu wkoll rebhiet fuq distanzi itwal bhal 3,100m u 3,200m u iqsar, cioe’ 2,350m.


F’Malta ddebutta fi Frar 2012 u gera’ s’issa 24 tigrija li minnhom rebah tmienja u ppjazza f’sitta ohra, b’rebh ta’ flus ta’ 10,505 ewro.  Fost it-tigrijiet memorabbli tieghu nsibu certament ir-rebh tat-Tazza l-Kbira fl-14 t’April, ir-rebh tal-Prix de Vincennes fis-16 ta’ Dicembru 2012 u t-tieni post fil-VOB Grand Final fit-30 ta’ Dicembru 2012, fejn wettaq l-ahjar hin tieghu f’Malta s’issa ta’ 1’15’2 fil-kilometru fuq 2,640m.


Konformi mal-passat tieghu, t-tul tat-tigrija favorit tieghu fostna jidher li huwa l-2,640m li fuqha ha r-rebhiet u l-pjazzamenti kollha tieghu hlief rebha wahda u zewg pjazzamenti fuq l-2,140m.


Nabab huwa ziemel sabih u mdaqqas u b’karrattru gentili.  Kalm izda jinnota kollox u t-tibdil jaffetwah. Mhux entuzjast tat-tahrig u t-tigrijiet iservuh ta’ tahrig fihom infushom.  Ziemel b’moral gholi u qalb kbira li jissielet sal-ahhar tat-tigrija izda li ma jhobbx jigi sfurzat u ghalhekk il-frostin ma tantx huwa utli mieghu.


Ziemel onest, b’girja sabiha.  M’ghandux bidu qawwi (tabilhaqq jippreferi jibda’ mit-tieni filliera), izda l-karatteristika ewlenija hija l-forza fizika mpressjonanti li tispikka fit-tigrijiet tieghu – fis-semi-finali tat-Tazza l-Kbira ghamel kwazi t-tigrija kollha jigri tlieta fuq barra u xorta rnexxielu jirbah.


Karatteristika ohra hija li madwar nofs dawra mit-tmiem jiehu ftit nifsijiet fil-fond u bhal isib l-energija necessarja  biex iwettaq tmiem qawwi. 


Is-sena l-ohra kien ghoddu halliena minhabba kumplikazzjonijiet fl-istonku, izda s-sidien tieghu kkurawh bi spiza mhux zghira u wara waqfien ta’ 5 xhur rega’ gie lura ahjar minn qabel.


Barra minn Malta Nabab du Chatelet gera’ kemm il-darba b’success bla ebda naghal, ghalkemm kellu diversi tigrijiet sbieh ukoll bin-naghal.  Hawn Malta bhala protezzjoni ghal difrejh, darba biss gera bla naghal (u rebah), u d-drabi l-ohra gera’ bin-naghal u rebah seba’ darbiet ohra u ha diversi pjazzamenti.


Naturalment din mhix l-istorja kollha ta’ dan iz-ziemel li ghadu kemm dahal fl-istorja tat-Tazza l-Kbira izda nispera li dawn il-ftit dettalji jaghtu ritratt tal-karatteristici ewlenin tieghu.  Sabih li napprezzaw iz-zwiemel ta’ success li ghandna f’pajjizna, li jaghmluna kburin bil-kwalita’ tat-tigrijiet taghna.  Prosit tassew lis-sidien, trejners, lill-importatrici, l-handlers ta’ dan iz-ziemel kif ukoll lis-sewwieqa li saquh f’Malta, Charles Camilleri, Redent Magro u France Cassar.


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.