Thursday 27th June 2013
Id-29 u t-30 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – is-27 ta’ Gunju u l-5 ta’ Lulju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja, l-ewwel nhar il-Hamis 27 ta’ Gunju u mbaghad il-Gimgha 5 ta’ Lulju, t-tnejn jibdew fis-7pm u jikkonsistu fi 8 u 9 tigrijiet rispettivament kollha fuq distanza ta’ 2,140m.  It-tigrijiet kollha jiffurmaw parti mill-kampjonati tas-Sajf, b’kampjonat ghal kull klassi tat-trott.


Wara dawn it-tigrijiet se jkollna ideja aktar cara tal-finalisti probabbli f’dawn il-kampjonati, billi jkun fadal kitba wahda biss qabel l-ghazla tal-finalisti.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn il-laqghat jikkonsistu f’zewg tigrijiet tal-klassi Premier wahda f’kull laqgha, b’14-il partecipant f’kull wahda.


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ din il-gimgha tinkludi fost ohrajn ir-rebbieh tal-gimgha l-ohra Olry Meslois u z-zwiemel li ppjazzaw Magic de Assigny u Simb Mark, kif ukoll zwiemel ohra li pprovdew prestazzjonijiet tajbin matul l-ahhar xahar, bhal Give To Get, Belafonte, Absolut Spender u ohrajn.  Il-Franciz ta’ 10 snin Prince de la Butte mistenni jiddebutta f’din it-tigrija. 


It-tigrija tal-5 ta’ Lulju hija daqstant ibbilancjata bir-rebbieha tal-gimgha l-ohra Shakira Trot u z-zwiemel li ppjazzaw Vanmaker Limburgia u Poppe Fighter, ir-rebbieh ta’ dan l-ahhar T.X. Zoogood, diversi finalisti fil-finali tat-Tazza Sette Giugno, l-Prix de Vincennes u t-Tazza VOB, bhal Lage, Olympien Major, Orne des Olivettes, Orly Montaval u Label Chouan u l-partecipanti l-ohra validi kollha.   


Kull wahda mit-tlett tigrijiet tal-klassi Gold f’dawn iz-zewg programmi tara lista shiha ta’ 16-il ziemel. 


It-tigrija ta’ din il-gimgha hija mill-aktar interessanti, meta tpoggi f’konfront zwiemel bl-oghla numru ta’ punti f’din il-klassi.  Dawn jinkludu r-rebbieh ta’ erba’ tigrijiet Pepone du Castelet, ir-rebbieh ta’ tlett tigrijiet Orage du Pont, Onyx Lucernais li rebah darbtejn, rebbieha ohra matul din is-sena Blizzard AD u Power Night Star, iz-ziemel li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra Veikko Hornline, zwiemel li ppjazzaw dan l-ahhar Nuevo Musette u Ouf Boy u diversi zwiemel li kienu jtellqu fil-klassi Premier sa dan l-ahhar.


Imbaghad jinzammu zewg tigrijiet ohra tal-klassi Gold fil-5 ta’ Lulju.  L-ewwel wahda tara fost ohrajn ir-rebbieha ta’ dan l-ahhar Chippen Bob u Player du Mirel, Perdreau Rapide li gej minn rebha u pjazzament fit-tieni post, Pic Soyer li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra, u zwiemel ohra li ppjazzaw dan l-ahhar bhal Podium, Quartz Clayettois, Simb Tyrant, Imbra d’Alfa u Count Wiesnievski, flimkien ma’ zwiemel popolari ohra.


It-tigrija l-ohra tinkludi wkoll varjeta’ ta’ zwiemel f’forma tajba, bhal Nophenio de Lune li gej minn zewg rebhiet u pjazzament fl-ahhar tlett hargiet tieghu, Xray Hornline li gej minn rebha u zewg pjazzamenti, Oolong li rebah u pjazza fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu, Nuper li rebah it-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar, Oscar Mati u Ironbar li spiccaw fit-tieni post fl-ahhar tigrija u fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar  rispettivament, u z-zwiemel mill-aktar validi l-ohra kollha.


Il-bqija tat-tigrijiet jikkonsistu f’sitta ghall-klassi Silver, erbgha ghall-klassi Bronze u tlieta ghal zwiemel tal-klassi Copper.  L-iSvediz Vagabond Hornline u l-Franciz Pridem d'Hague huma miktuba biex jiddebuttaw fil-klassi Silver.


Is-sajf wasal tabilhaqq u s-shana qed tinhass sew.  Madankollu, bit-tigrijiet jinzammu filghaxija taht sema Mediterranju iktar frisk, il-veru shana fil-korsa tkun bla dubju dik tal-kompetizzjoni ghall-postijiet disponibbli fil-finali tal-kampjonati tas-Sajf. L-isbah xewqat lill-partecipanti kollha u jalla t-tigrijiet li gejjin jergghu jipprovdulna spettaklu mill-aqwa.  


L-ahhar laqghat


L-attrazzjoni ewlenija tal-ahhar zewg laqghat kienet bla dubju ta’ xejn il-Gran Finali Variable Odds Betting fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, li nzammet nhar il-Gimgha li ghadda 21 ta’ Gunju u kienet riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier li kellhom l-ahjar prestazzjonijiet fil-finali tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza Sette Giugno li nzammu dan l-ahhar.


Wara li Orne des Olivettes mar fuq quddiem ftit wara l-bidu tat-tigrija, Sultan November ma damx ma ha l-kmant, segwit mill-qrib minn Mark de Chamant u Orne des Olivettes.  Is-sitwazzjoni baqghet ma nbidlitx sa madwar 700m mit-tmiem, meta r-rebbieh tal-Prix de Vincennes Okilaibo, misjuq minn Julian Farrugia, tela’ minn nofs il-qatta u beda l-attakk tieghu fuq in-nahat ta’ barra.


Sa madwar 450m mit-tmiem, huwa kien wasal ras’imb’ras ma’ Sultan November u dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien.  Izda kmieni fid-dritta tat-tmiem, Okilaibo harab quddiem u malajr ha vantagg decisiv sabiex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha stagjonali tieghu b’mod komdu b’zewg tulijiet u nofs minn Orne des Olivettes li spicca b’sahhtu, segwit minn Mark de Chamant, Sultan November u Label Chouan f’dik l-ordni.


Il-hin tar-rebbieh kien 1’14’5 fil-kilometru, it-tieni l-aqwa hin assolut fuq id-distanza f’Malta dan l-istagun u hin manjifiku ghal Okilaibo nnifsu, meta wiehed jikkunsidra li l-aqwa hin tieghu fi Franza kien ta’ 1’14’0 fil-kilometru.


Fi tmiem il-finali, s-Sur Patrick Cachia f’isem il-bookmakers tal-korsa pprezenta t-trofew VOB lis-Sinjuri Joseph Seychell u Julian Farrugia, sid u sewwieq rispettivament taz-ziemel rebbieh.


Il-kumplament kienu kollha tigrijiet tat-trott fuq 2,140m, u kienu jiffurmaw parti mill-kampjonati tas-Sajf.


Olry Meslois ma tilifx hin biex ha l-kmant fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, meta ghamel dan f’temp ta’ madwar 400m mill-bidu, segwit mill-qrib l-ewwel minn Original Blue u mbaghad minn Master Perrine.  Madankollu Olry Meslois sab sahha gdida fl-ahhar nofs dawra, sabiex zied il-pass tieghu u sprintja kalm ghall-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru, tul u nofs quddiem Give to Get, segwit minn Magic de Assigny u Simb Mark.


Totti T. Dream kellu bidu veloci biex ha kmant bikri, u fetah vantagg mdaqqas f’certi hinijiet tat-tieni tigrija tal-klassi Premier tal-laqgha tal-14 ta’ Gunju.  Fire gie b’sahhtu madwar nofs dawra mit-tmiem, sabiex lahhaq ma Totti T. Dream u ha l-kmant ftit wara.


Madankollu, din kienet il-gurnata ta’ Shakira Trot li attakkat fil-kurva ta’ qabel id-dritta tat-tmiem, qabzet lil Fire kmieni fid-dritta tat-tmiem u baqghet tigri lejn l-ewwel rebha stagjonali taghha f’hin tajjeb ta’ 1’15’8 fil-kilometru, xejn inqas minn tlett tulijiet u nofs quddiem Vanmaker Limburgia, segwit minn Popper Fighter u Fire f’dik l-ordni.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ dawn iz-zewg laqghat, Veikko Hornline kien fuq quddiem ghal hinijiet twal, izda Orage du Pont faqqa’ l-attakk tieghu fuq in-nahat ta’ barra madwar nofs dawra mit-tmiem, b’xejn inqas minn hames zwiemel iduru l-ahhar kurva kwazi f’linja wahda.


Veikko Hornline ta l-impresjoni li seta’ jzomm vantagg zghir izda Orage du Pont hareg fuq in-naha ta’ barra nett u sprintja b’sahhtu kollha, bil-photo finish jaghti t-tielet rebha stagjonali lil Orage du Pont, inqas minn nofs tul quddiem Veikko Hornline segwit minn Nuevo Musette u Ouf Boy f’hin ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, il-kmant bidel l-idejn numru ta’ drabi hekk kif diversi zwiemel ippruvaw jimponu l-pass taghhom fuq it-tigrija minghajr success.  Il-bidu tal-ahhar dawra ra lil Lonestar Somolli fuq quddiem segwit minn Little Nick, li ha l-kmant ftit wara. Madankollu, Player du Mirel avvanza b’sahhtu fid-dritta tal-faccata sabiex qorob ferm lejn Little Nick b’dawn it-tnejn jinqatghu mill-kumplament tal-qatta’.  


Little Nick u Player du Mirel daru l-ahhar kurva ras’imb’ras, bis-sitwazzjoni tibqa’ ma tinbidilx sa nofs id-dritta tat-tmiem meta Player du Mirel mar quddiem u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, tul u nofs quddiem Perdreau Rapide segwit minn Little Nick u Imbra d’Alfa.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Gimgha li ghadda, Xray Hornline mar quddiem madwar 1,500m mit-tmiem.  Imbaghad f’nofs id-dritta ta’ qabel l-ahhar dawra, kien id-debuttant Cappuchino MS li ha l-kmant.


Izda fid-dritta tal-faccata, Nophenio de Lune attakka tlieta fuq barra u f’temp ta’ ftit mijiet ta’ metri, huwa l-ewwel gie ras’imb’ras ma’ Cappuchino MS u mbaghad madwar 450m mit-tmiem, huwa ha l-kmant u sprintja b’mod kuragguz matul id-dritta tat-tmiem, irrezista b’success l-attakk ta’ Xray Hornline, sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin tajjeb ta’ 1’15’7 fil-kilometru, aktar minn zewg tulijiet quddiem Oscar Mati li spicca b’sahhtu, segwit minn Xray Hornline u Oolong.


Fl-ahhar tigrija tal-klassi Gold, kien debuttant iehor, Cowboy Tooma, li ha l-kmant, segwit fl-ewwel lok minn Count Wiesnievski.  Ftit qabel l-ahhar kurva qabel id-dritta tat-tmiem, Chippen Bob mar tlieta fuq barra sabiex jattakka z-zewg zwiemel ta’ quddiem, qabizhom f’nofs id-dritta tat-tmiem u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta, zewg tulijiet quddiem Pic Soyer segwit minn Podium u Count Wiesnievski f’dik l-ordni, f’hin ta’ 1’17’6 fil-kilometru.


Erbghin sena ilu – Urbain L jibda’ l-avventura tieghu f’Malta


Specjalment mill-bidu tas-snin sebghin, ix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta rat zieda notevoli kemm fil-kwantita’ kif ukoll fil-kwalita’ taz-zwiemel tat-trott taghna.  Dawn inkludew ukoll numru ta’ zwiemel tat-trott leggendarji li hallew impatt b’mod regolari fil-korsa tal-Marsa matul iktar minn stagun wiehed, filwaqt li kkompetew kontra opposizzjoni qawwija.


F’diskussjonijiet ma’ gurnalisti u segwaci tat-tigrijiet taz-zwiemel veterani, isem li jirrikorri regolarment ghal post fost iz-zwiemel leggendarji taghna huwa dak ta’ Urbain L.  Kumbinazzjoni dan iz-ziemel tat-trott Franciz gie importat f’Malta fl-eta’ ta’ 9 snin f’nofs April 1973 – 40 sena ilu.


Dan l-ahhar iltqajt ma’ artiklu ppubblikat f’The Times fl-20 t’Awwissu 1980 mill-korrispondent tat-tigrijiet taz-zwiemel Bridle, imsemmi “Miet ir-Re Urbain L”.  Dan jirrapporta fuq il-mewt ta’ Urbain L fl-eta’ ta’ 16-il sena f’dak ix-xahar u jfakkar kif fil-Laqgha Generali tal-Malta Racing Club li kienet ghada kif inzammet, sidu s-Sur George Pace bilkemm seta jzomm lura d-dmugh hekk kif in-nies ingabru madwaru biex jikkonfermaw l-ahbar kerha li kienet xterdet bhal berqa madwar il-Marsa.


Minn perspettiva storika, dak l-artiklu jipprovdi fatti interessanti dwar il-karriera ta’ dan iz-ziemel, xi haga li difficli hafna ssibha minn sorsi ufficjali minhabba n-nuqqas kwazi assolut ta’ dokumentazzjoni ufficjali li tmur lura ghal dawk iz-zmenijiet.


L-artiklu jirrapporta li fi Franza dan iz-ziemel mibni b'saffejn halla warajh rekord ferm modest.  Il-veterani jiftakru li huwa kien amateur li kien jigri fuq il-haxix, art li ma kenitx tohrog l-ahjar mill-velocita’ tieghu.  Izda malli nizel fil-korsa tal-Marsa bl-art taghha aktar iebsa u veloci, huwa mpressjona lil kulhadd bl-istil tieghu, u ma sab ebda problema biex jidra ferm malajr il-kundizzjonijiet taghna li tant kienu differenti minn dawk li kien imdorri ghalihom fi Franza.  


Effettivament, probabbli kien jippreferi l-klima u l-wicc ta’ korsa taghna.


Izda naqraw xi siltiet mill-artiklu ta’ Bridle:


 “Wara l-waqfa twila tas-Sajf, Urbain L beda l-istagun il-gdid bil-kbir, meta rregistra zewg rebhiet sal-ahhar ta’ dik l-istess sena (1973).  Ma kien hemm edba dubju, huwa kien ziemel ta’ kwalitajiet rari u l-esperti fil-Marsa osservaw b’interess il-progress tieghu ma’ kull tigrija li ppartecipa fiha. 


Il-qofol wasal meta sena ezatt wara li gie mpurtat f’Malta – fil-5 ta’ Mejju, 1974 – huwa rebah l-aktar titlu prestigjuz moghti f’Malta ghal ziemel tat-trott.  Taht l-idejn esperti ta’ Fredu Fenech, huwa kisser ir-rivali tieghu kollha biex kiseb il-Kampjonat miftuh ghaz-zwiemel kollha tat-trott (it-Tazza l-Kbira).  Kien unur xieraq ghall-ewwel stagun tieghu f’Malta li matulu rebah hames tigrijiet (minbarra l-Kampjonat).”


Fl-istagun 1974,75, huwa rebah xejn inqas minn seba’ tigrijiet, meta kkompeta f’diversi okkazjonijiet mar-rival ewlieni tieghu Alcyon III u dawn iz-zewg zwiemel taw pjacir lil hafna sostenituri taghhom.


Matul iz-zewg staguni ta’ wara, 1975/76 u 1976/77, huwa rebah il-Kampjonat tas-Xitwa Bank of Valletta darbtejn wara xulxin u zied hames u erba’ rebhiet rispettivament fil-lista impressjonanti tieghu.  Huwa rnexxielu jirbah tigrija ohra fl-istagun 1977/78 u kkwalifika ghal darb’ohra ghall-finali tat-Tazza l-Kbira fl-eta’ ta’ 14-il sena.


Fid-29 ta’ Frar 1976, Urbain L wettaq prestazzjoni storika meta wara li beda b’handicap ta’ 90 yarda, huwa rregistra hin mill-aqwa fuq id-distanza ta’ mil u tlett kwarti, rekord nazzjonali fuq id-distanza ghal numru ta’ snin.  F’Mejju 1976, huwa rebah ukoll it-Tazza Pritzlaff ghall-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta, dawk tal-klassi A1.


L-artiklu jzid ukoll li hawn Malta dan iz-ziemel instaq minn diversi sewwieqa.  Fredu Fenech wassal liz-ziemel ghar-rebh tal-Kampjonat tat-Trott (it-Tazza l-Kbira), Raymond Clifton ipproduca l-hin rekord, Pawlu Zerafa saqu fir-rebh tal-Kampjonat tax-Xitwa, J. Zahra rregistra diversi rebhiet b’dan iz-ziemel u z-ziemel instaq anki minn Anthony “Noqqu” Cassar u minn sidu George Pace.


It-tribut taghna lil dan iz-ziemel kbir ma jistax ma jkunx fil-kliem mill-isbah ta’ Bridle:


 “U b’hekk, Urbain, iz-ziemel docli u obbedjenti, tant generuz f’kull ma gie mitlub jaghmel minn sidu u mis-sewwieqa tieghu, m’ghadux iktar maghna.  Izda l-prestazzjonijiet brillanti tieghu li ma jithassru qatt jibqghu jigu mghozza ghal dejjem bhala rikordju ta’ dan iz-ziemel tat-trott tassew mill-aqwa.”


Tabilhaqq, it-tibru ta’ ziemel leggendarju. Dak li darba kien qal il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila rigward l-ilsien Malti jista’ jigi applikat ghall-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel.  Filwaqt li napprezzaw iz-zwiemel leggendarji ta’ pajjizi ohra, ghandna napprezzaw ukoll dawk li ghamlu unur lil pajjizna, li ghenu sabiex jaghmlu dan l-isport popolari fostna, u li kkontribwew ghall-bini tat-tradizzjoni tat-tigrijiet taz-zwiemel taghna.


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa fil-gimgha li gejja.