Saturday 13th July 2013
Il-31 u t-32 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – it-12 u d-19 ta’ Lulju

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat ta’ tigrijiet fil-korsa tal-Marsa matul il-gimgha li gejja, l-ewwel nhar il-Gimgha 12 ta’ Lulju b’bidu fis-7pm u mbaghad il-Gimgha ta’ wara 19 ta’ Lulju, mis-6.15pm ‘il quddiem  li jikkonsistu fi 8 u 9 tigrijiet tat-trott rispettivament, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.  Dawn it-tigrijiet huma l-ahhar tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-kampjonati tas-Sajf, bil-finalisti kollha ghall-finali tas-26 ta’ Lulju jkunu maghrufa wara dawn it-tigrijiet.


Ghal darb’ohra l-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn il-laqghat jikkonsistu f’zewg tigrijiet tal-klassi Premier, wahda f’kull laqgha, b’10 partecipanti f’kull wahda.


It-tigrija ta’ din il-gimgha tinkludi r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Absolut Spender u Olry Meslois flimkien ma’ zwiemel ohra f’forma tajba Give To Get, Magic de Assigny, Simb Mark, Vanmaker Limburgia u Olympien Major, filwaqt li Oviedo Vici, Milord Barbes u Prince de la Butte qed ifittxu l-ahjar forma taghhom. 


Il-partecipanti fit-tigrija tal-klassi Premier tal-gimgha d-diehla huma fost dawk bl-oghla punti ta’ “handicap” fil-klassifika tal-Malta Racing Club.  Dawn jinkludu lil Lage, rebbieh ta’ tnejn mill-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Shakira Trot rebbieha tat-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghha, Orne des Olivettes li spicca fit-tieni post fil-Gran Finali VOB dan l-ahhar, Label Chouan, Orly Montaval u True Q, li kollha kellhom pjazzamenti tajba fl-ahhar tigrija taghhom, ir-rebbieh tal-passat tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President Mont Cenis Honey kif ukoll Nevaio des Bordes, Orgueil de Nganda u Start Brodde li kollha qed jippruvaw juru titjib fil-forma taghhom.


It-tigrija tal-klassi Gold ta’ din il-gimgha hija mimlija zwiemel tat-trott maghrufa bhal Orage du Pont li rebah tlett darbiet, Blizzard AD li rebah darbtejn u zwiemel bhal Oscar Mati, Ouf Boy, Ygor of Pass u Veikko Hornline li ppjazzaw tajjeb fl-ahhar gimghat.


Il-laqgha tal-gimgha d-diehla tinkludi zewg tigrijiet tal-klassi Gold b’numru mpressjonanti ta’ partecipanti li gejjin minn rebhiet jew pjazzamenti tajba fl-ahhar hargiet taghhom.  Dawn jinkludu zwiemel bhal Perdreau Rapide, Player du Mirel, Oolong, Nophenio de Lune, Pic Soyer, Podium, Imbra d’Alfa, Simb Tyrant u Little Nick fost l-ohrajn.


Madankollu, anki z-zwiemel l-ohra zgur se jipprovdu sfida qawwija fl-ahhar opportunita’ taghhom biex ikunu protagonisti tal-finali tal-kampjonati tas-Sajf.  Iz-ziemel Svediz gdid Midnight Passion u dak Taljan Masson del Ronco huma miktuba biex jiddebuttaw f’din il-klassi l-gimgha d-diehla.


It-tigrijiet l-ohra ghandhom jinghataw ukoll attenzjoni specjali, u dawn jikkonsistu f’sitta ghall-klassi Silver u tlieta ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Copper.


Dawn it-tigrijiet jinkludu whud mill-aktar zwiemel tat-trott konsistenti din is-sena, b’hafna minnhom diga’ rebhu diversi drabi, bhal Zeta Jones A u Lemon Solo b’erba’ rebhiet kull wiehed, Royal Qui, Loulou de la Rose, Ywema’s Pine, Andri Boko, Mr Snowman bi tlieta kull wiehed u zwiemel validi ohra. 


Ghandna wkoll lid-debuttanta Svediza Roma M fil-klassi Silver, id-debuttanti Francizi Poustouf du Bleuet u Queen du Sablier fil-klassi Silver u z-zwiemel Taljani godda Principessa Caf fil-klassi Bronze u Ruriz fil-klassi Copper. Interessanti ninnutaw li fl-eta’ ta’ 3 snin biss, dan tal-ahhar huwa l-izghar debuttant f’Malta ghal diversi snin.


Minkejja li ninsabu f’nofs is-sajf, xejn inqas minn 215 ziemel tat-trott huma miktuba f’dawn iz-zewg laqghat, li jkomplu jikkonfermaw il-popolarita’ tal-kampjonati tas-Sajf.  Issa, hekk kif kemm iz-zwiemel kif ukoll il-bnedmin jippreparaw ghall-waqfa tas-sajf, dawn il-kampjonati jilhqu l-qofol taghhom biz-zwiemel partecipanti jippruvaw jibbukkjaw wiehed mill-postijiet imfittxija fil-finali rispettiva.


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat kienu riservati esklussivament ghall-Kampjonati tas-Sajf ghal zwiemel tat-trott bi tmienja u ghaxar tigrijiet rispettivament, kollha fuq distanza ta’ 2,140m.


Interessanti ninnutaw li r-rebbieha kollha tal-klassijiet Premier u Gold kienu qed jirregistraw it-tieni rebha stagjonali taghhom u dan kien il-kaz ukoll ghal tlieta mir-rebbieha tal-klassi Silver.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dawn iz-zewg laqghat kienu jikkonsistu f’zewg tigrijiet tal-klassi Premier, wahda f’kull laqgha.  Il-kmant bidel l-idejn diversi drabi fil-bidu tal-ewwel tigrija, sakemm Oviedo Vici mar quddiem b’madwar 1,500m mit-tmiem.


Dan iz-ziemel zamm il-kmant sa nofs id-dritta tat-tmiem meta nqabez minn Simb Mark; izda wara ftit metri, dan ta’ l-ahhar ma seta jaghmel xejn biex iwaqqaf lil Absolut Spender milli jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru, madwar tul u nofs mill-istess Simb Mark, segwit minn Magic de Assigny u Give To Get fi grupp ta’ sitt zwiemel isegwu lir-rebbieh.


Fit-tigrija tal-klassi Premier tal-gimgha ta’ wara, kien True Q li kien l-ewwel li mar quddiem izda nofs dawra wara huwa nqabez minn Lage.  Minn hemm ‘il quddiem, it-tigrija ma kelliex storja hekk kif Lage baqa’ f’kontroll assolut, u anki zied il-velocita’ tieghu b’nofs dawra mit-tmiem sabiex inqata’ kompletament miz-zwiemel l-ohra u anki hu kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’hin eccellenti ta’ 1’14’6 fil-kilometru, erba’ tulijiet quddiem Label Chouan, segwit minn Orly Montaval u True Q.


Fl-unika tigrija tal-klassi Gold mizmuma fis-27 ta’ Gunju, Ygor of Pass mar quddiem wara biss 400m, posizzjoni li zamm sad-dritta tat-tmiem, meta Blizzard AD ipproduca sprint sensazzjonali li wasslu minn nofs il-qatta’ sa fuq quddiem 60m mit-tmiem, biex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu f’1’17’0 fil-kilometru, tul quddiem Orage du Pont li spicca b’sahhtu, b’Ygor of Pass u Ouf Boy jiehdu l-pjazzamenti l-ohra.


Wara zewg false starts, fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold tal-laqgha tal-5 ta’ Lulju, Chippen Bob mar fuq quddiem wara madwar 500m, izda s-sewwieq tieghu halla l-kmant ftit qabel il-bidu tal-ahhar dawra, b’Imbra d’Alfa tmur quddiem.  Madankollu Chippen Bob kompla jsegwi d-debba ta’ quddiem qisu dell, u faqqa l-attakk tieghu b’madwar 450m mit-tmiem, biex mar quddiem u minkejja l-attakk determinat ta’ Perdreau Rapide fid-dritta tat-tmiem Chippen Bob kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu, tul quddiem Perdreau Rapide, segwit minn Simb Tyrant u Podium f’1’16’5 fil-kilometru.


Imbaghad kien imiss lil Oolong li jikseb it-tieni rebha stagjonali tieghu.  Wara l-ewwel ftit mijiet ta’ metri kien Oscar Mati li mar quddiem, izda fid-dritta tal-faccata Oolong beda attakk b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra li wasslu biex jissielet ghall-ewwel post f’temp ta’ ftit mijiet ta’ metri.  Huwa mar quddiem madwar 500m mit-tmiem u nqata’ malajr mill-kumplament taz-zwiemel biex rebah b’aktar minn erba’ tulijiet f’1’16’3 fil-kilometru.  Little Nick, Oscar Mati u Nophenio de Lune kisbu l-pjazzamenti f’dik l-ordni.


It-tigrjiet tal-klassi Silver tal-laqgha tas-27 ta’ Gunju raw zewg rebbieha ta’ 9 snin li rebhu grazzi ghal sprint qawwi fid-dritta tat-tmiem.  L-ewwel kien Quartes li kiseb b’sahha l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin mill-aqwa ghal din il-klassi ta’ 1’15’2 fil-kilometru, madwar tlett tulijiet qabel Que Je T’Aime Rush, segwit minn Quaroldo fit-tieni rebha stagjonali tieghu tul quddiem Zandina Boshoeve f’1’16’9 fil-kilometru.


Fil-5 ta’ Lulju, it-tigrijiet tal-klassi Silver l-ewwel raw lil Really Good jattakka b’mod determinat nofs dawra mit-tmiem, jirnexxielu jmur fuq quddiem, u jiddomina d-dritta tat-tmiem biex jiehu l-ewwel rebha tieghu f’Malta, tul u nofs quddiem Quiara Magic f’17’5 fil-kilometru.


Paolin de Bannes iddomina t-tieni tigrija, meta ha kmant bikri, zammu matul it-triq kollha, u zied il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra biex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu b’xejn inqas minn hames tulijiet minn Marco Barbes f’1’17’0 fil-kilometru.


Imbaghad Side Spin irregistra wkoll it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu, meta mar fuq quddiem ftit mijiet ta’ metri mill-bidu u kkontrolla t-tigrija biex rebah b’mod komdu b’xi zewg tulijiet minn Anguz R.C, f’hin ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


L-ahhar tigrija tal-klassi Silver rat lil Socrates jikseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu grazzi ghal sprint b’sahhtu tnejn fuq barra b’400m mit-tmiem.  Huwa mar b’sahha fuq quddiem minn Pile Ou Face f’nofs id-dritta tat-tmiem biex rebah b’xi tul u nofs mill-istess Pile Ou Face f’1’16’8 fil-kilometru.


Tigrija bejn sewwieqa Francizi u Maltin f’Carpentras


Fuq inizjattiva ta’ numru ta’ sewwieqa, nzammet “encounter race” Franco-Maltija fil-korsa ta’ Carpentras fi Franza nhar is-Sibt 29 ta’ Gunju, bejn sitt sewwieqa Maltin u l-istess numru ta’ sewwieqa Francizi.


Din kienet il-Prix Charriere Distribution Aliments Equine (total ta’ premjijiet ta’ flus 3,000 ewro) fuq distanza ta’ 2,650m u riservata ghal zwiemel tat-trott amateurs f’etajiet ta’ bejn 6 u 9 snin li r-rebh ta’ flus taghhom ma’ jilhaqx il-91,000 ewro.  It-tigrija ntrebhet minn Sirocco du Lys misjuq mis-sewwieqa Franciza Sophie Blanchetiere segwit minn Top Price de Chenu misjuq minn sewwieqa ohra Franciza Nadine Despres, bit-tielet post imur ghas-sewwieq Malti Joe Schembri fuq Rubis du Palais.


Andre Farrugia spicca l-hames fuq Sirien de Beaulieu u The Kid du Desert ta’ Jeffrey Xerri spicca s-seba’, bis-sewwieqa Maltin l-ohra li ppartecipaw ikunu Andrew Farrugia, Christian Felice u Joseph Galea.


Fl-istess laqgha, Ivan Bilocca kkompeta fil-Prix Ecurie Sylvain Roubart (miftuh ghal zwiemel tat-trtt amateurs f’etajiet ta’ bejn 6 u 9 snin li r-rebh ta’ flus taghhom ma jaqbizx il-114,000 ewro – premjijiet ta’ flus totali ta’ 3,000 ewro), wkoll fuq distanza ta’ 2,650m u spicca t-tielet fuq Record de Tillard.


Fi kwalunkwe kaz, ir-rizultati huma sekondarji f’tigrijiet bhal dawn.  Prosit tassew lil dawn is-sewwieqa kollha ghal din l-inizjattiva mill-aktar posittiva li tathom esperjenza internazzjonali utli, li tippermettilhom itejjbu t-talenti u l-kuntatti internazzjonali taghhom.


Rebha prestigjuza ghal Michael Sultana fl-Italja


Nhar il-Gimgha 5 ta’ Lulju, Michael Sultana rregistra rebha prestigjuza fl-Italja fil-korsa ta’ Siracusa fi Sqallija, meta wassal liz-ziemel tal-galopp ta’ hames snin Dasho ghal rebha kbira fil-Premio Internazionale d’Italia (premjijiet ta’ flus total ta’ 11,000 ewro) fuq distanza ta’ 1,100m, quddiem Class Life (Antonio Cannella) u Assedio (G Gentilesca).


Prosit tassew ghal din ir-rebha meraviljuza Michael!


Sewwieq tax-xahar – Gunju


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal Gunju huwa Rodney Gatt, li rebah dan l-unur abbazi tal-erba' rebhiet li kellu fil-laqgha tat-2 ta’ Gunju, kif ukoll ir-rebh tat-Tazza Sette Giugno (ghal zwiemel tal-klassi Premier) fil-laqgha tas-7 ta' Gunju, fuq Orcas Bac, ziemel li qatt ma kien saq qabel.


F’Gunju, mill-35 tigrija li saq fihom Rodney rebah 7 u ppjazza fi 8 ohra.


Huwa rebah fuq Ywema's Pine (darbtejn, klassi Bronze), Sjohultets Tigra (klassi Bronze), Perdreau Rapide (klassi Silver), Xray Hornline (klassi Gold), Orcas Bac (Tazza Sette Giugno - klassi Premier) u
Shakira Trot (klassi Premier).


Prosit tassew Rodney!


Nirringrazzjaw minn qalbna lil Equine Supreme talli ssapportja din l-inizjattiva billi sponsorja din l-edizzjoni.


Il-Kampjonati tas-Sajf ghoxrin sena ilu  


Bl-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati tas-Sajf tinzamm fl-1992, izda b’dik l-edizzjoni tkun strutturata bhala l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tal-President, kellu jkun is-sena ta’ wara (cioe’ 20 sena ilu) li l-Kampjonati tas-Sajf kisbu l-identita’ separata taghhom bhala kampjonat indipendenti.


Id-dawl artificjali ma kienx jezisti dak iz-zmien, bil-laqghat ta’ filghaxija jkollhom jigu kkalkulati li jispiccaw qabel ma jkun dalam kompletament, mghejjuna mill-granet twal f’dan iz-zmien tas-sena.  Komparat mal-lum, il-laqghat kienu jibdew kmieni, ghal xi s-5.45pm, u kienu jkunu ristretti ghal sitt tigrijiet biss f’kull laqgha. 


Il-Kampjonat tas-Sajf tal-1993 kellu sponsor, John Bull English Ale, bil-laqghat jigu organizzati nhar ta’ Hamis minflok nhar ta’ Gimgha, bhal ma jigri llum.


L-attendenzi kienu tajbin hafna matul il-kampjonat kollu bl-ispettaturi anki jaqbzu l-2,000 f’xi laqghat, ahjar mill-attendenzi tal-lum.  Ir-ragunijiet ghal dan jistghu jkunu l-fatt li dak iz-zmien din kienet ghadha inizjattiva gdida u wkoll minhabba li kien hemm inqas attivitajiet li setghu jigbdu l-ispettaturi milli huwa l-kaz illum.


(i)      Struttura tal-Kampjonati


Gew organizzati sitt kampjonati, wiehed ghal klassi A1 (il-klassi Premier tal-lum), il-klassijiet A u B flimkien (il-klassi Gold), il-klassijiet C u D flimkien (il-klassi Silver), il-klassijiet E u F flimkien (il-klassi Bronze tal-lum), il-klassi G (il-parti ta’ fuq tal-klassi Copper tal-lum) u l-klassi H (il-parti l-baxxa tal-klassi Copper tal-lum).


Il-kampjonati kollha kellhom bidu bil-karozza tat-tluq fuq id-distanza qasira ta’ 2,160m. 


Il-kampjonati A u B, C u D kif ukoll E u F kellhom tlett fazijiet, cioe’ heats, semi-finali u finali, bil-finalisti tal-kampjonati A1, G u H jkunu maghzula direttament fl-ewwel fazi.


Il-heats u semi-finali nzammu fl-24 ta’ Gunju, l-1 ta’ Lulju, t-8 ta’ Lulju u l-15 ta’ Lulju, bl-ahhar programm tas-sajf, cioe’ l-gurnata tal-finali tinzamm fit-22 ta’ Lulju.


(ii)   Is-semi-finali


Is-semi-finali minn kull klassi kellhom dawn ir-rizultati:


A1: L-ewwel semi-finali ntrebhet minn Sam Grandchamp f’1’17’1 fil-kilometru (l-aqwa hin kongunt tal-kampjonati tas-sajf ta’ dik is-sena) segwit minn Sergio Corleone, Wichy Vat u Singapour li kkwalifikaw ukoll.  Sage des Castelets ittrijonfa fit-tieni semi-finali f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru, b’Sire de Curgies, Ring Leader u Queiroz du Dauphin ighaddu wkoll ghall-finali.


A/B:  Hasty Yankee rrepeta s-success li kellu fil-heats billi rebah l-ewwel semi-finali f’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru, segwit minn Sanit, Rapide de Mortree u Sherif de Bretagne f’dik l-ordni, b’Ragnar Viking johrog rebbieh fit-tieni semi-finali f’rebha komda quddiem Rivoli, Saik u Peter Pride, f’hin ta’ 1’18’1 fil-kilometru.


C/D:  Qoppa rebah l-ewwel semi-finali f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru quddiem First Serve, Clarito u Regal du Pont, filwaqt li My Glesca kellha tithabat biex ghelbet liz-ziemel li spicca fit-tieni post Quibraye f’1’19’4 fil-kilometru, b’Romero u Winged Shoe Shot ighaddu wkoll ghall-finali.


E/F:  L-ewwel semi-finali marret ghal Quatre Quarts f’hin ta’ 1’19’2 fil-kilometru, quddiem  Etter Kall, Roi des Montiers u Severo li ghaddew ukoll, filwaqt li Spi de Mars ghamilhom zewg rebhiet infila wara s-success tieghu fil-heats, billi rebah it-tieni semi-finali kumbattuta quddiem Rush Gede, Ragoto u Son Desir f’1’18’8 fil-kilometru.


G:  F’din il-klassi t-tlett tigrijiet ta’ kwalifikazzjoni kienu mifruxa fuq tlett gimghat.  L-ewwel, Oscar d’Argent gheleb bi ftit lil Quelle Turque f’hin ta’ 1’20’6 fil-kilometru, bi Present d’Amour ighaddi wkoll ghall-finali.  Imbaghad kien imiss lil Onyx de Signes li jirbah tigijra missielta meta gheleb lil Ovni de Cece u Papillon des Bois li ghaddew ukoll f’1’20’3 fil-kilometru u l-ahhar semi-finali marret ghal Perak f’1’20’4 fil-kilometru quddiem Lionel u Spencer.


H:  Pazon rebah b’mod komdu l-ewwel semi-finali tal-Klassi H f’hin ta’ 1’20’9 fil-kilometru quddiem iz-zwiemel li kkwalifikaw ukoll Oricius, Orle u Qualamont, biz-ziemel ta’ 17-il sena Kalex jirbah it-tieni semi-finali kumbattuta quddiem Oucleo, Prince Igor u Orly France f’1’21’1 fil-kilometru.


(iii) Il-Finali


Il-finali kienu nzammu kollha fit-22 ta’ Lulju u kellhom premjijiet ta’ flus attraenti specjalment meta wiehed jikkunsidra li dan kien 20 sena ilu.  Ir-rebbieha nghataw Lm900 – 2,096 ewro (A1), Lm650 – 1,514 ewro (kull wahda mill-finali A/B u C/D), Lm450 – 1,048 ewro (G) u Lm300 – 699 ewro (H).


Il-finali ewlenija, dik tal-klassi A1, ma tantx kellha storja peress li z-ziemel ta’ 10 snin Ring Leader, wiehed mill-favoriti qabel it-tigrija, li kellu jispicca jirbah xejn inqas minn 20 tigrija fil-karriera tieghu f’Malta, misjuq minn Raymond Clifton, ha kmant bikri bhal ma kien jiehu gost jaghmel dawk iz-zmenijiet, u zammu sat-tmiem, biex rebah b’mod komdu quddiem Sage des Castelets, Sergio Corleone u Wichy Vat f’hin ta’ 1’17’5 fil-kilometru.


Il-finali A/B kienet wahda missielta, bir-rebha fl-ahhar tmur ghal Ragnar Viking, quddiem Saik, Rapide de Mortree u Sanit, f’1’18’8 fil-kilometru.


Imbaghad Qoppa rregistra t-tieni l-ahjar hin ta’ dawn il-finali, 1’17’9 fil-kilometru, biex rebah il-finali tal-klassi C/D quddiem First Serve, My Glesca u Clarito, filwaqt li Rush Gede kellu rebha komda fil-finali E/F quddiem Severo, Roi des Montiers u Etter Kall f’1’18’8 fil-kilometru.


Lionel, fl-eta’ ta’ 16-il sena kellu wkoll rebha komda fil-finali tal-klassi G f’1’20’9 fil-kilometru, quddiem  Spencer, Present d’Amour u Onyx de Signes, filwaqt li l-finali tal-klassi H kellha tmiem aktar kumbattut b’Oricius jeghleb veteran iehor, Kalex, f’1’20’8 fil-kilometru, quddiem Orly France u Pazon. 


It-Tazzi u l-premjijiet kienu tqassmu minn Dr Paul Debattista, General Manager, u s-Sur Wilfred Sultana, Marketing Manager, tal-kumpannija Lowenbrau.


Minghajr dubju ismijiet li jgibu hafna memorji u nostalgija.  Minn dak iz-zmien ‘l hawn, il-kwalita’ taz-zwiemel taghna u l-hinijiet li rregistraw tjiebu u d-dawl artificjali ppermetta li t-tigrijiet isiru f’hin aktar tard u aktar komdu, izda l-ispettaklu u l-eccitament huma l-istess.   Jalla jkollna aktar tigrijiet mill-aqwa fil-kumplament tal-kampjonati tas-Sajf ta’ din is-sena b’attendenzi sbieh bhal dawk ta’ 20 sena ilu.


Fl-ahharnett nixtieq nirringrazzja minn qalbi lis-Sur Nicholas Farrugia li ghal darb’ohra ppermettieli naccessa ftit mill-minjiera ta’ informazzjoni storika li ghandu fil-kitba ta’ dan l-artiklu.


 


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra ta’ tigrijiet mill-aqwa fil-gimgha li gejja.