Friday 20th September 2013
Il-35 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – l-20 ta’ Settembru

minn Magnat


Wara li l-ewwel laqgha ta’ tigrijiet kienet iddedikata ghal tigrijiet fuq distanzi qosra, t-tieni fazi tal-istagun tat-tigrijiet tkompli nhar il-Gimgha bi programm iehor twil li jikkonsisti fi 11-il tigrija tat-trott fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.  Din il-laqgha tibda’ fis-6.30pm.


Ghal darb’ohra, t-tigrija ewlenija naturalment se tkun dik riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier (it-tmien wahda fil-programm), li tinkludi 15-il partecipant tal-oghla klassi, li whud minnhom grew il-gimgha l-ohra bhal Label Chouan u Olympien Major li kellhom prestazzjonijiet pozittivi – it-tielet u l-hames rispettivament f’hin taht il-1’16, b’Ofackevo, Orion du Vaumicel, Nasko Pride u Noble d’Ete kollha jippruvaw jiksbu rizultat aktar pozittiv.


Uhud miz-zwiemel l-ohra qed jirritornaw wara l-waqfa tas-sajf inkluz Vanmaker Limburgia (it-tielet fil-finali tal-kampjonat tas-Sajf), Sultan November (it-tielet fil-finali tat-Tazza Sette Giugno), True Q u Skars Hanna, filwaqt li Bonus Kall, Of Course Ramble, Nagano Phedo u Nuage de Bourgogne mistennija jtellqu ghall-ewwel darba wara nuqqas aktar twil.


Kull wahda miz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold b’lista shiha ta’ 16-il ziemel hija wkoll ferm interessanti.  L-ewwel wahda tinkludi xejn inqas minn erba’ zwiemel li ppjazzaw il-gimgha l-ohra, biex b’hekk juru li diga’ bil-mod il-mod qed jiksbu l-forma taghhom, cioe’ Pan des Couperies, Pitchpin des Bois, Baron G.L. u Energy Launcher, b’hafna mill-ohrajn jirritornaw wara l-waqfa tas-sajf u Nacarat Campbell u Osiris des Kids li mistennija jergghu lura wara nuqqas ta’ kwazi sena jew aktar.


It-tieni wahda hija riservata ghal zwiemel b’numru ta’ punti ta’ handicap li jgibhom aktar qrib tal-klassi Premier u anki hawn insibu xi zwiemel li diga’ kellhom bidu pozittiv ghat-tieni fazi, bhal Midnight Passion (rebbieh taz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta), Lover Boy Index (li spicca t-tieni l-gimgha l-ohra), Jerry Eme u Oscar Indien, it-tnejn gejjin minn pjazzamenti tajba.


Hafna mill-ohrajn qed jibdew it-tieni fazi taghhom, inkluz zwiemel bhal Phenix de la Roque li spicca t-tieni fil-Prix d’Enghien, Orage du Pont li rebah tlett darbiet din is-sena u hafna zwiemel ohra mill-aktar validi.


Imbaghad insibu xejn inqas minn hames tigrijiet tal-klassi Silver mill-aktar ibbilancjati.  F’dawn naraw fost ohrajn:


(i) zewg debuttanti ta’ disa’ snin, cioe’ l-iSvediz Livi Champion u l-Franciz Quarborandum,


(ii) diversi zwiemel li kellhom ritorn pozittiv il-gimgha l-ohra, bhal Law Suit, Mealington u Quio des Nappes (kollha rebbieha), Insomnia Grif, Mr Snowman, Milano du Gite, Quipson u Touch The Diamond, li gejjin minn pjazzamenti tajba,


(iii) zwiemel li kellhom l-ewwel fazi tal-istagun tajba hafna bhal Pittacos (hames rebhiet), Quaroldo (erba’ rebhiet, inkluz il-finali tal-klassi Silver A tal-Kampjonat tas-Sajf), Quindici (erba’ rebhiet), Octobre En Fete (tlett rebhiet) Quozak Prior (rebbieh tal-Prix de Cabourg) u diversi ohrajn,


(iv) hafna zwiemel li qed jaghmlu r-ritorn taghhom wara s-sajf jew wara waqfien aktar twil u ohrajn li qed ifittxu titjib fil-forma taghhom. 


It-tigrijiet l-ohra huma tnejn ghall-klassi Bronze u ohra ghal zwiemel tal-klassi Copper.


Ghalkemm fuq distanza differenti, il-programm ta’ din il-gimgha jkompli t-tema tal-gimgha l-ohra, cioe’ zwiemel li qed jippruvaw jidhlu fir-rutina tat-tigrijiet wara waqfa pjuttost twila.  It-tigrijiet tal-gimgha l-ohra diga’ pprovdew xi hinijiet pjuttost decenti, partikolarment il-1’15’5 fil-klassi Premier (Nicos de Peneme) u l-1’15’7 registrat minn Markus Klipp fil-klassi Silver.  Madankollu issa li dalwaqt jibdew il-kampjonati, dawk iz-zwiemel li qed jisperaw li jkunu protagonist m’ghandhomx hin x’jahlu biex jidhlu fl-aqwa forma taghhom.


L-ahhar laqgha


L-ewwel laqgha tat-tieni fazi tal-istagun kienet iddedikata ghal tigrijiet fuq distanzi qosra, biz-zwiemel tat-trott jikkompetu fuq 2,140m u dawk tal-galopp fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


Nicos de Peneme mar quddiem wara 500m biss mill-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier segwit ghall-bicca l-kbira tad-distanza minn Mark de Chamant u Orcas Bac.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tat-tmiem meta Nicos de Peneme kellu jirrezisti sfida qawwija minn Orcas Bac, izda ta’ l-ewwel kien l-aktar veloci u kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’15’5 fil-kilometru.  Label Chouan spicca t-tielet segwit minn Mark de Chamant.


L-ewwel tigrija tal-klassi Gold rat bidu tajjeb minn zwiemel bhal Baron G.L., Midnight Passion u d-debuttant Pan des Coupieres fost ohrajn.  Madankollu wara madwar 900m kien id-debuttant Quel Gibus li mar quddiem segwit minn Pan des Couperies.


Dan ta’ l-ahhar ha l-kmant fil-bidu tad-dritta tat-tmiem izda fl-istess hin Midnight Passion gie b’sahhtu biex jisfidah ras’imb’ras matul id-dritta kollha.  Midnight Passion mar quddiem madwar 80m mit-tmiem biex ha t-tieni rebha tieghu minn daqstant tigrijiet f’Malta f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru, tul quddiem Pan des Couperies, segwit minn Baron G.L. u Energy Launcher.


Why Not As ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Gold segwit minn Ygor of Pass.  Dawn it-tnejn komplew jiddominaw it-tigrija b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jmur fuq quddiem madwar 600m mit-tmiem.  Lover Boy Index avvanza biex jattakka lil Ygor of Pass fl-ahhar 400m, izda minkejja l-attentat kuragguz ta’ dan ta’ l-ewwel, Ygor of Pass kien aktar b’sahhtu, biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu anqas minn tul quddiem Lover Boy Index, segwit minn Jerry Eme u Oscar Indien.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’6 fil-kilometru.


L-ewwel tigrija tal-klassi Silver rat zewg zwiemel, Pitchpin des Bois segwit minn Markus Klipp, jinqatghu mill-kumplament tal-qatta fid-dritta tal-faccata, bit-tigrija fl-ahhar mill-ahhar tkun deciza bejniethom.  Markus Klipp irnexxielu jmur quddiem madwar 150m mill-gister sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru, tul quddiem Pitchpin des Bois, segwit minn Matador Knick u Touch The Diamond.


Fit-tieni tigrija tal-klassi Silver, id-debuttant Quio des Nappes li kien dahal bhala riserva, ha l-kmant madwar 1,200m mit-tmiem, vantagg li zamm sat-tmiem, filwaqt li effettivament zied iktar il-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra, sabiex inkuruna debutt vittorjuz f’hin ta’ 1’17’3 fil-kilometru, tul quddiem  Insomnia Grif, b’Mr Snowman u Quipson isegwu f’dik l-ordni.


Fl-ahhar tigrija tal-klassi Silver, Mealington ha kmant bikri u qassam it-tigrija skont ir-ritmu tieghu.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Tough East beda l-attakk tieghu fuq iz-ziemel ta’ quddiem.  Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem prattikament flimkien u sfidaw lil xulxin  sat-tmiem, b’Mealington fl-ahhar jeghleb lil Touch East b’madwar tul (segwit minn Milano du Gite u Quaid Tejy) sabiex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’1’16’1 fil-kilometru.


Id-debuttanta Good As Gold kienet l-aktar veloci mal-hrug mill-gageg tat-tluq fit-tigrija tal-galopp tal-klassi A, segwita qisha dell mid-debuttant l-iehor Dasho.  B’700m mit-tmiem Dasho ghamel il-mossa deciziva, billi attakka id-debba ta’ quddiem u ha l-vantagg b’mod komdu, liema vantagg baqa’ jzidu sat-tmiem sabiex iddomina din it-tigrija, u rebah b’madwar tmien tulijiet mill-istess Good As Gold u Henderlik f’dik l-ordni, fl-aqwa hin tal-istagun ta’ 1’13’20 fuq distanza ta’ 1,250m.


Elezzjoni ghar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa fuq il-Kunsill tal-MRC


L-elezzjoni ghar-rapprezentanti tas-sidien u s-sewwieqa fuq il-Kunsill tal-Malta Racing Club inzammet nhar is-Sibt u l-Hadd li ghaddew.


Il-kandidati eletti kienu s-Sinjuri Kevin Debono, Anthony Mallia u Darren Mizzi, li nixtiequlhom hafna xoghol fejjiedi fi hdan il-Kunsill.


Nirringrazzjaw ukoll lill-kandidati l-ohra, cioe’ s-Sinjuri George Fenech, Jason Vassallo, Ivan Carabott, Mario Baldacchino u Brian Zammit, talli b’mod altruist ikkontestaw din l-elezzjoni bl-iskop li jkunu ta’ servizz ghas-sidien u s-sewwieqa l-ohra.  Nisperaw li b’mod xieraq xorta jaghtu l-kontribut taghhom lill-Malta Racing Club ghall-gid tas-sidien u s-sewwieqa.


Nawguraw lil Charles Degiorgio


Nawguraw ukoll lill-kompatrijott taghna Charles Degiorgio li jahdem bhala trejner u sewwieq fl-iSvezja ghar-rebha mill-aqwa li rregistra fl-10 ta’ Settembru fil-korsa ta’ Jagersro.  Huwa kien qed isuq liz-ziemel imsewwi ta’ 8 snin P.A. Surprise f’tigrija b’bidu bil-karozza riservata ghal zwiemel tat-trott li r-rebh taghhom ma qabizx SEK710,000 fuq id-distanza ta’ 2,640m, liema tigrija kellha premjijiet ta’ flus totali ta’ SEK76,000.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’15’1 fil-kilometru.


Demis Zammit jirrapprezenta lil Malta fin-National Gallop tal-Ungerija


Il-Malta Racing Club intalab ghall-ewwel darba sabiex jibghat gerrej jikkompeti fin-Nemzet Vagta, cioe’ n-National Galop tal-Ungerija, festival ekwestriju li jinzamm kull sena (sa mill-2008) fil-Pjazza tal-Eroj, Budapest u li huwa wiehed mill-attrazzjonijiet turistici ewlenin ta’ dak il-belt.


L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir f’dan it-tmiem il-gimgha - bejn l-20 u t-22 ta’ Settembru.


Demis Zammit, li bhalissa jinsab fuq quddiem fil-klassifika tal-gerrejja Maltin inghazel biex jirrapprezenta lil Malta f’dan l-avveniment.  Huwa se jkun akkompanjat minn Dott Matthew Brincat, Cermen tal-Malta Racing Club.


Demis se jippartecipa f’dan l-Avveniment Internazzjonali nhar il-Hadd, izda huwa se jkun involut fi preparazzjonijiet u attivitajiet anki l-Hamis, il-Gimgha u s-Sibt.  Il-Hadd filghodu huwa se jkollu l-opportunita’ li jipprova l-korsa li se tithejja esklussivament ghal din l-okkazjoni madwar il-Pjazza tal-Eroj, bit-tigrija tinzamm aktar tard dakinhar.


Niehdu l-opportunita’ li nirringrazzjaw minn qalbna lis-Sur Carlo Micallef, Group Head Segment Marketing tal-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u lis-Sur Manuel Briffa, Direttur tar-Relazzjonijiet Pubblici tal-Corinthia Hotels, li minghajr l-ghajnuna taghhom il-partecipazzjoni ta’ Malta f’dan l-avveniment prestigjuz ma kienetx tkun possibbli.  Tabilhaqq, l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu u l-Corinthia Hotels qed jisponsorjaw din il-partecipazzjoni.


L-isbah xewqat lil Demis u jalla jkollu esperjenza mill-aqwa fl-Ungerija.


Il-waqfa tas-Sajf


Issa bil-mod il-mod l-istagun tat-tigrijiet taz-zwiemel qed jerga’ jaqbad ir-ritmu u r-ritmu jkompli jitqawwa mal-bidu tal-kampjonat tal-Harifa.


Pero’ hekk kif is-Sajf jipprepara biex ihallina anki bhala stagun propju fi tmiem din il-gimgha, ma stajtx ma nirriflettix ftit fuq dawk is-seba’ gimghat ta’ waqfien mit-tigrijiet li jkollna hawn Malta f’nofs is-Sajf.


Hemm min jemmen li waqfa bhal din mhix necessarja f’Malta u li l-istagun jista’ jibqa’ sejjer bhal ma jigri f’hafna pajjizi barranin.  Naturalment mitt bniedem mitt fehma; jien personalment nemmen li dik il-waqfa fiha valur.


B’differenza minn pajjizi ikbar minna li jistghu juzaw diversita’ ta’ koros ghat-tigrijiet taghhom, ghalina l-korsa tal-Marsa hija mhux biss il-korsa nazzjonali izda effettivament ukoll l-uniku korsa fejn il-Malta Racing Club torganizza t-tigrijiet kollha taghha u li fiha jsir hafna tahrig ta’ zwiemel ukoll.


Allura ftit mistrieh u manutenzjoni jkollha bzonnu minn zmien ghal zmien u jekk it-tigrijiet ma jieqfux difficli taghtiha dawra bis-serjeta’.


Is-shana tas-sajf ma’ tghinx lanqas.  F’Awwissu u l-bidu ta’ Settembru anki l-iljieli huma shan u hafna drabi s-shana tkun akkumpanjata minn rih isfel li jirrendi kull ezercizzju battikata tal-meravilji, specjalment jekk barra t-tigrijiet izzid ukoll it-tahrig necessarju biex taqta’ figura tajba. 


Nemmen f’din il-waqfa wkoll ghaliex tiffacilita perjodu ta’ waqfien ghal hafna zwiemel.  Ahna l-Maltin u l-Ghawdxin tassew inhobbu z-zwiemel taghna izda kultant l-element kompetittiv tant huwa b’sahhtu li forsi mhux dejjem kulhadd jirrezisti t-tentazzjoni li jwaqqaf liz-zwiemel tieghu ghal perjodu ta’ mistrieh misthoqq jew ukoll biex ikun jista’ jdur dawra maghhom fejn ikun mehtieg.


Anki bil-waqfien fit-tigrijiet b’kollox mhux iz-zwiemel kollha jitwaqqfu ghas-sajf.  Fil-fatt diversi zwiemel jigru fit-tigrijiet li jigu organizzati fit-toroq matul dawn ix-xhur.


Personalment, il-partecipazzjoni tieghi fl-atletika ghallmitni l-importanza kbira tal-mistrieh u tal-kura kull fejn hemm bzonn biex wiehed jaghti l-aqwa tieghu fit-tigrijiet.  Din il-waqfa ghalhekk taghti l-opportunita’ lil kull min jixtieq li jaghti dan il-mistrieh u kura minghajr ma wiehed ikollu jaqbez xi kampjonat.


Pero’ jkolli nammetti li meta l-istagun ikun wieqaf ikolli kilba ghat-tigrijiet u ghaz-zwiemel.  Nispicca nsegwi aktar l-isport barra minn xtutna u jkun hemm hafna tigrijiet attraenti matul dak iz-zmien. 


Izda l-interess ewlieni jibqa’ f’Malta.  Spiccajt f’ nofs diskussjoni mill-aktar interessanti f’pet shop is-Sibt filghodu ma’ xi hbieb dilettanti, fuq zwiemel tal-passat, zwiemel godda li gew importati fis-sajf u l-kundizzjoni fizika taghhom, u mitt haga ohra li ghandha x’taqsam maz-zwiemel.  Oops lanqas indunajt kif tar il-hin!


Lejn l-ahhar t’Awwissu nzilt wahda sal-korsa u ltqajt ma’ erba’ t’ihbieb li l-ahhar li kont rajthom kien fl-ahhar laqgha ta’ tigrijiet ta’ Lulju.  Ghadda biss xahar u qisna ilna xi sena ma niltaqghu. 


Fil-ghodu kmieni kif inkun hiereg ghax-xoghol dejjem noqghod nistenna ziemel tat-tigrija niezel bil-pass kif dejjem jaghmel f’dak il-hin.  F’dik il-hemda ta’ filghodu nisimghu gej u niehu gost nohrog insellem lil sidu fuq is-serkin;  cert li kemm is-sid kif ukoll iz-ziemel ikunu qed jistennewha dik id-dawra fil-hemda tal-kampanja Maltija.


U Hadd filghodu f’nofs is-sajf waqt li qed nigri lahhaq mieghi ziemel iehor miexi bil-pass (tistghu timmaginaw b’liema ritmu baxx kont ghaddej!) u staqsejt lis-sid fuq is-serkin l-isem taz-ziemel. 


Bqajt nigri u z-ziemel baqa’ miexi bl-istess pass waqt li b’xi mod bqajt inkellem lis-sid u fl-istess hin kont qed nipprova niehu nifs bizzejjed biex nibqa’ nigri u nlahhaq maghhom.  Ma kien facli xejn u wara kwazi kilometru hallejthom ikomplu fi triqithom bil-kwiet u jiena komplejt il-girja tieghi.


Min jaf x’haseb min ra ragel jigri u jonfoh u fl-istess hin ikellem ragel iehor fuq serkin ta’ ziemel tal-Premier mill-isbah!  Izda jiena kont kuntent li rajt ziemel iehor mill-qrib u qsamt ftit hsebijiet fuq dan l-isport favorit taghna anki f’nofs is-sajf u waqt il-giri.


Cert li hafna dilettanti tat-tigrijiet taz-zwiemel ghandhom stejjer differenti izda fuq l-istess tema!


U tabilhaqq, kultant nahseb li din il-waqfa tas-Sajf hawn Malta fiha wkoll il-vantagg li ggieghelna napprezzaw iktar is-sbuhija tat-tigrijiet taghna.  Ghax tassew ikollna seba’ mitt sena sakemm jerga’ jkompli l-istagun!    


 


Nawgurawlkom laqgha ohra mill-isbah nhar il-Gimgha.