Friday 25th October 2013
Cassar Petroleum Services Ltd Condition Races

 


Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa ser isir l-40 meeting ta’ l-istaġun li jikkonsisti fi tmien tiġrijiet li ħamsa minnhom huma Condition Races sponsorjati minn Cassar Petroleum Services Ltd.


Wara li nhar il-Ħadd 13 t’Ottubru saret il-finali tal-kampjonat tal-Ħarifa għall-klassi Premier, fil-ħmistax li għaddew assistejna għal tiġrijiet kwalifikattivi sabiex zwiemel mill-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper għaddew għall-Condition Races li ser isiru l-Ħadd.


Il-programm ta’ tiġrijiet jibda fis-1:45 p.m. u l-Condition Races jibdew fis-2:35 p.m. Dawn il-ħames Condition Races għandhom ikunu ta’ attrazzjoni kbira u ferm kumbattuti biex b’hekk joffru spettaklu għal dawk kollha prezenti bħal ma kienu t-tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni.


Apparti t-tifkiriet li jitqassmu lir-rebbieħa b’kollox ser jingħataw kwazi 4 t’elef ewro fi premjijiet.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


 


Malta Racing Club