Sunday 24th November 2013
Is-46 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2013 – L-24 ta’ Novembru

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 24 ta’ Novembru li tibda’ fis-1.30pm.  Din tikkonsisti f’disa’ tigrijiet, tmienja ghal zwiemel tat-trott u ohra ghal zwiemel tal-galopp.  Iz-zwiemel tat-trott se jigru fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 2,640m bl-uniku tigrija tal-galopp tinzamm fuq id-distanza sprint ta’ 1,250m.


Dan il-programm huma mill-aktar varjat bi tlett semi-finali brillanti mit-Tazza tal-President, riservati ghal zwiemel tal-klassi Premier li mhumiex zwiemel Francizi li se jiehdu sehem fil-Prix de Vincennes, hames tigrijiet tat-trott “normali” u tigrija tal-galopp tal-Klassi A.


Maqsuma fi tlett semi-finali, is-27 partecipant gejjin minn sitt pajjizi differenti, cioe’ hemm 15-il Svediz, 4 Germanizi u tnejn minn kull wiehed mid-Danimarka, l-Finlandja, l-Italja u l-Olanda.  L-ewwel erbgha minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali li se tinzamm f’Jum ir-Repubblika, t-13 ta’ Dicembru.


L-ewwel semi-finali tinkludi d-detentur ta’ dan l-ahhar tar-rekord fuq l-2,140m Orcas Bac, li gej minn tlett rebjiet konsekuttivi nkluz dik fil-finali tal-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum, Sultan November li gej minn rebha u sitt pjazzamenti fl-ahhar tmien tigrijiet tieghu, Why Not As li rebah l-ahhar tigrija tieghu, Arnie Sensation li ppjazza tajjeb fit-tieni nofs t’Ottubru u z-zwiemel popolari Poppes Fighter, Versace Boko , Gently di Poggio u Totti T. Dream.


Id-debuttant Germaniz Uncle Joe’s Jet, stalljun Germaniz ta’ 11-il sena li huwa miktub bl-oghla punti ta’ handicap ghal ziemel gdid huwa wkoll mistenni li jiddebutta f’din it-tigrija. Rebbieh ta’ xejn inqas minn SEK1,836,074 barra minn xtutna, grazzi ghal numru tajjeb ta’ rebhiet u diversi pjazzamenti u bl-ahjar hin ta’ 1’12’2 fil-kilometru fuq 1,609m, dan iz-ziemel ikkompeta f’numru ta’ pajjizi, l-iktar il-Germanja, l-iSvezja u Franza u wera versatilita’ f’tigrijiet b’distanzi qosra, medji u twal.


It-tieni semi-finali tinkludi numru mpressjonanti ta’ zwiemel li rebhu jew ippjazzaw tajjeb f’xi wahda mill-ahhar zewg tigrijiet recenti taghhom – ir-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf Shakira Trot, Rocky Composite, The Bad Rock (ilkoll rebbieha), Madam di Poggio, Vanmaker Limburgia, Cloria Victis u Ygor of Pass.  Ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno tas-sena l-ohra Zilver Boko flimkien ma’ Bonus Kall u Brave Duo wkoll ghandhom cans li jkollhom success.


Fost il-partecipanti fl-ahhar semi-finali, nsibu r-rebbieh ta’ hames tigrijiet Midnight Passion, True Q u Veikko Hornline li t-tnejn irregistraw rebha tajba f’Ottubru, r-rebbieh tal-kampjonat Skyparks ghal zwiemel tat-trott Svedizi Wiss Night Hawk, ir-rebbieh tal-passat tat-Tazza Assikura Count of Life, d-debuttant Germaniz interessanti ta’ 7 snin Zalgado Transs R, flimkien mal-popolari Mars u Our Dream.


It-tigrijiet tat-trott “normali” huma wkoll ferm ibbilancjati b’diversi zwiemel f’forma tajba jippartecipaw fihom.  Ghandna tlett tigrijiet tal-klassi Silver, u wahda kull wiehed ghal zwiemel tal-klassijiet Bronze u Copper.  Dawn jinkludu erba’ debuttanti gejjin minn erba’ pajjizi differenti, l-Franciz Rikito, l-iSvediz Super Gordon u l-Amerikana Foot Stompin Music fil-klassi Silver u l-Olandiz Absolutelymeadow fil-klassi Bronze.


Ghandna sitt partecipanti fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A, tlett Irlandizi, zewg Amerikani u Germaniz.  Kimberley Downs gej minn tlett rebhiet konsekuttivi, inkluzi dawk fil-finali tal-Mediterranean Derby u tat-Tazza Johnnie Walker fuq distanzi itwal, Timolin kiseb tlett rebhiet u erba’ pjazzamenti mis-seba’ hargiet tieghu din is-sena, Enthrall rebhet l-uniku tigrija taghha f’Malta s’issa, Diamante Grande kiseb rebha u pjazzament din is-sena, filwaqt li Gold As Good spiccat fit-tieni post fiz-zewg tigrijiet taghha s’issa.


Din ukoll ghandha tkun tigrija mill-aktar interessanti!


Laqgha ohra mill-aqwa qed tistenniena b’attrazzjonijiet differenti fuq il-programm. Minghajr dubju pero’, l-kampjonat dedikat ghall-Kap ta’ l-Istat taghna bi tradizzjoni ta’ 21 sena jiehu l-post ta’ l-unur b’uhud mill-ahjar zwiemel tat-trott taghna jizguraw battalja qalila ghall-ghazla tat-12-il finalist!


L-ahhar laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu zewg tigrijiet tal-klassi Premier fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m matul il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha, flimkien mal-bidu ta’ tlett kampjonati riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi sponsorjat mill-assocjazzjoni taz-zwiemel tat-trott Franciza, l-SECF, cioe’ l-Prix d’Enghien (klassi Gold), il-Prix de Cabourg (klassi Silver) u l-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Id-debuttanta Taljana Madam di Poggio hadet kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier izda ftit wara hija nqabzet minn Ygor of Pass.  Madankollu madwar dawra mit-tmiem Madam di Poggio regghet marret fuq quddiem.


Hija zammet il-kmant sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta giet attakkata bil-qawwi minn Absolute Spender tnejn fuq barra. Dan ta’ l-ahhar mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex kiseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu madwar tul quddiem l-istess Madam di Poggio, segwita minn Orion du Vaumicel u Ygor of Pass f’dik l-ordni.


It-tieni tigrija tal-klassi Premier inzammet taht halba xita qalila.  Shakira Trot kellu bidu mill-aqwa u hadet vantagg immedjat li zammet b’mod komdu sa l-ahhar nofs dawra, meta giet attakkata minn Sultan November.


Dawn iz-zewg zwiemel grew ras’imb’ras ghal xi hin izda Shakira Trot marret fuq quddiem mill-gdid madwar 300m mit-tmiem.  Madankollu f’nofs id-dritta tat-tmiem Start Brodde wettaq sprint b’sahhtu fuq in-naha ta’ barra u rnexxielu jaqbez lid-debba ta’ quddiem ftit metri mit-tmiem.  Pero’ dan ta’ l-ahhar gie skwalifikat fuq il-girja b’Shakira Trot ghalehekk tikseb it-tielet rebha stagjonali taghha f’1’16’2 fil-kilometru, madwar tul quddiem Vanmaker Limburgia, segwit minn Oltedo de Rieux u Sultan November.


F’dan l-istadju, l-laqgha ta’ nhar il-Gimgha giet sospiza minhabba l-kundizzjonijiet hziena tat-temp bit-tigrija li kien fadal issir fl-ahhar tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd.


Prince Gaillard ha kmant bikri fl-ewwel heat mill-Prix d’Enghien izda wara l-ewwel 900m, dan iz-ziemel inqabez minn Pitchpin du Bois.  Dan ta’ l-ahhar zamm vantagg konsistenti ta’ tul u nofs minn Prince Gaillard u sahansitra zied il-pass tieghu fl-ahhar 300m biex iddomina d-dritta tat-tmiem u kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu b’distakk ta’ madwar tlett tulijiet u nofs, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru. Prince Gaillard, id-debuttant Rapide du Matin, Nacarat Campbell u Pepito Flash ikkwalifikaw ghas-semi-finali f’dik l-ordni.


Pan de Couperies mar fuq quddiem zewg dawriet mit-tmiem tat-tieni heat mill-Prix d’Enghien izda 500m biss wara huwa nqabez minn Ozerio.  Madankollu l-azzjoni krucjali waslet fid-dritta tal-faccata hekk kif Quel Noir sprintja tlieta fuq barra biex avvanza posizzjoni wara l-ohra u mar fuq quddiem 600m mit-tmiem.


Pan de Couperies attakka mill-gdid fl-ahhar nofs dawra biex wasal qrib taz-ziemel ta’ quddiem u attakkah bis-sahha fid-dritta tat-tmiem, izda Quel Noir irrezista b’success biex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’17’3 fil-kilometru, nofs tul minn Pan de Couperies, segwit minn Quid de la Muette, Orage du Pont u Niky du Donjon li lkoll ghaddew ghas-semi-finali.


Nitesco d’Antony mar fuq quddiem wara 500m mill-bidu tat-tielet heat mill-Prix d’Enghien, posizzjoni li zamm b’mod komdu sal-bidu tad-dritta tat-tmiem.  Madankollu madwar 600m mit-tmiem, Onyx Lucernais beda sprint mill-isbah fuq in-nahat ta’ gewwa li wasslu biex jaqbez numru ta’ zwiemel, u mbaghad hareg tlieta fuq barra biex tela’ mir-raba’ post sakemm gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem.


Onyx Lucernais kompla bi sprint brillanti, mar fuq quddiem madwar 100m mit-tmien sabiex kiseb it-tietet rebha stagjonali tieghu bi kwazi zewg tulijiet f’1’15’9 fil-kilometru, quddiem l-istess Nitesco d’Antony, segwit minn Produit Fier, Orion de Chapeau u Oolong li wkoll ibbukkjaw posthom fis-semi-finali.


Reves de Magalou ha kmant bikri fl-ahhar heat mill-Prix d’Enghien, vantagg li zamm ghall-ewwel 1,500m sakemm inqabez minn Oiellet de Phens.  Madankollu fid-dritta tal-faccata d-debutant Reader Jyl avvanza minn nofs il-qatta’ fuq in-nahat ta’ barra, bi tlett zwiemel ikunu prattikament f’linja wahda fid-dahla tad-dritta tat-tmiem, Oiellet de Phens fuq in-naha ta’ gewwa, imbaghad Phenix de la Roque u Reader Jyl tlieta fuq barra.


Madankollu dan ta’ l-ahhar mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u hadd ma seta’ jwaqqfu milli jkollu debutt mill-aqwa, meta rebah b’madwar zewg tulijiet f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’6 fil-kilometru.


However the latter went in front in the middle of the final straight and there was no stopping it from having a great debut, winning by a couple of lengths in a very good time of 1’15’6 per kilometre.  Olympien Major, Phenix de la Roque, Nophenio de Lune u Oiellet de Phens segwewh fis-semi-finali.


Partisan de Bouere ha l-kmant madwar zewg dawriet mit-tmiem tal-ewwel heat mill-Prix de Cabourg u zamm konsistentement fuq quddiem sad-dritta tat-tmiem meta kellu jiffaccja attakk determinat minn Petit Pierricais li izda ma rnexxielux ilahhaq maz-ziemel ta’ quddiem.  Madankollu Partisan de Bouere gie skwalifikat fuq il-girja fl-ahhar 200m matul l-attakk ta’ Petit Pierricais, bir-rebha ghalhekk tmur ghand dan ta’ l-ahhar (l-ewwel rebha f’Malta) f’1’16’9 fil-kilometru, xi hames tulijiet qabel Quio de Nappes, segwit minn Milano du Gite u Queops de Retz li kkwalifikaw ukoll.


Fit-tieni heat mill-Prix de Cabourg, Quaroldo kiseb il-hames rebha stagjonali tieghu f’1’17’2 fil-kilometru grazzi ghal sprint mill-isbah tlieta fuq barra fl-ahhar 300m, bl-ebda partecipant iehor ma jkun f’posizzjoni li jlahhaq mieghu.  Huwa spicca zewg tulijiet u nofs quddiem Pirate d’Urzy, segwit minn Pittacos u Orio de Marancourt, li ghaddew ukoll ghas-semi-finali.


Pile Ou Face kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tielet heat mill-Prix de Cabourg, izda f’nofs id-dritta tat-tmiem rajna sprint qawwi min-nahat ta’ gewwa ta’ Pared An Hoel li attakka liz-ziemel ta’ quddiem u baqa’ ghaddej minn mieghu biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu f’1’16’9 fil-kilometru, nofs tul mill-istess Pile Ou Face, segwit minn Quiad Tejy u Octobre En Fete li kkwalifikaw ukoll.


Id-debuttant Reve de Nieul u Pactolgo alternaw fl-ewwel post fl-istadji bikrija tar-raba’ heat, b’ta’ l-ewwel imbaghad jibqa’ fuq quddiem sad-dritta tat-tmiem segwit mill-istess Pactolgo.  L-ahhar 250m kienu taqbida’ ras’imb’ras bejn dawn iz-zewg zwiemel hekk kif sprintjaw sal-gister.  Pactolgo mar fuq quddiem xi 100m mit-tmiem biex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’17’0, xi zewg tulijiet mill-istess Reve de Nieul, segwit minn Pancho Villa u Notre Allegro li kkwalifikaw ukoll.


Paolin de Bannes mexxa l-qatta’ ghall-bicca l-kbira tal-heat ta’ qabel ta’ l-ahhar tal-Prix de Cabourg izda l-azzjoni determinanti waslet fid-dritta tal-faccata hekk kif Quarborandum hareg tlieta fuq barra u qabez ziemel wara l-iehor sabiex gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem 500m mit-tmiem.  Dawn iz-zewg zwiemel sprintjaw ras’imb’ras izda Quarborandum mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex irregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’17’4, aktar minn tul qabel Quipson li spicca b’sahhtu, segwit fis-semi-finali minn Paolin de Bannes u d-debuttant Reveal Champ Blanc.


Finalment, il-heat li giet posposta mill-laqgha ta’nhar il-Gimgha ftit kellha storja hekk kif Quozak Prior ha kmant bikri ta’ xi tul li zamm matul it-tigrija, u zied aktar fil-velocita’ tieghu fl-ahhar nofs dawra biex inqata’ aktar mill-kumplament taz-zwiemel, u rrezista z-zwiemel l-ohra b’mod komdu fid-dritta tat-tmiem, sabiex kiseb ir-raba’ rebha stagjonali tieghu f’1’16’8 fil-kilometru, zewg tulijiet minn Partner Blue, b’Poustouf du Bleuet u Qurieux du Ponchet jikkwalifikaw wkoll ghas-semi-finali.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Il-Malta Racing Club ircieva tlett rizultati ta’ testijiet tad-doping, cioe’ dawk mill-Condition Races Cassar Fuels li nzammu fis-27 t’Ottubru.  Prosit tassew lis-sidien u t-trejners ta’ Midnight Passion (klassi Gold), Prince Lou (klassi Silver A) u Royal Qui (klassi Copper) li r-rizultati taghhom ikkonfermaw li kollha kienu nodfa minn sustanzi projbiti.


It-Tazza tal-President kwazi 20 sena ilu


L-edizzjoni 2013 tat-Tazza tal-President kumbinazzjoni tahbat ukoll it-13-il edizzjoni ta’ dan il-kampjonat prestigjuz.  Dan ma jfissirx li dan il-kampjonat beda jinzamm fl-2001.  Tabilhaqq l-ewwel edizzjoni kienet ukoll l-ewwel edizzjoni tal-kampjonat tas-Sajf, lura fis-sajf tal-1992.


Mis-sena ta’ wara l-kampjonat ha l-identita’ distinta tieghu bil-finali fil-bidu tinzamm fi Frar-Marzu.  Id-distanzi tat-tigrija varjaw matul is-snin.  Imbaghad wara xi zmien kellna xi snin li fih dan il-kampjonat ma giex organizzat – bejn is-snin 2000 u 2003 u mbaghad mill-gdid bejn l-2005 u l-2009 it-Tazza tal-President kienet nieqsa mill-kalendarju tat-tigrijiet f’Malta, izda rritornat bil-kbir fl-2010 u baqghet tigi organizzata sal-lum.


Fl-ahhar sentejn tajna daqqa t’ghajn lejn l-ewwel zewg edizzjonijiet ta’ dan il-kampjonat, dawk mirbuha minn Zito Bob u Sanit rispettivament.


Karatteristika ta’ dan il-kampjonat hija li ghalkemm fil-maggoranza tal-kazijiet huwa kien miftuh ghall-aqwa zwiemel tat-trott f’Malta (dawk tal-Klassi A1 u tal-klassi Premier illum il-gurnata) kien hemm tlett edizzjonijiet li kien riservati ghal zwiemel fi klassijiet izghar – xi haga li dejjem sibt pjuttost stramba, minhabba l-istatus mill-aktar prestigjuz tal-President ta’ Malta.   Madankollu din il-karatteristika tifforma parti mill-istorja ta’ dan il-kampjonat.


L-edizzjoni tal-1994, organizzata bejn Frar u Marzu fuq id-distanza qasira ta’ 2,160m, kienet wahda mill-edizzjonijiet li fiha z-zwiemel tat-trott tal-klassi A1 kienu eskluzi milli jippartecipaw – din kienet riservata ghall-klassijiet A u B (il-klassi Gold tal-lum). Madankollu, dan kien kampjonat mill-aktar akkanit u eccitanti.


Numru kbir ta’ zwiemel tat-trott gew registrati ghal dak il-kampjonat, bir-rizultat li kellna bzonn kemm ta’ heats kif ukoll ta’ semi-finali biex jintghazlu l-finalisti.


Il-heats inzammu nhar l-20 ta’ Frar – b’xejn inqas minn sebgha jkunu necessarji biex jiddeterminaw is-semi-finalisti.


Ir-rebbieha tal-heats kienu Arnson (Charles Clifton) segwit minn Sibyllin, Speedy Gabriel (Raymond Clifton) segwit minn Kacke Kramer, Concorde Bisa (Raymond Clifton) li ghadda lil Cotton Club, Wichy Vat (George Schembri) quddiem Tournoel, Lucky Khan (George Schembri) li spicca qabel Super Speed, Myshkin (Carmelo Farrugia) – li rregistra l-ahjar hin ta’ dawn il-heats (1’20’2 per kilometre) – segwit minn Alto Be u finalment Secret Chance (George Schembri) quddiem Roustic.


Interessanti li l-mibki George Schembri rnexxielu jirbah tlieta mill-heats u Raymond Clifton kellu zewg rebbieha.


It-tlett semi-finali gew ikkontestati gimgha wara, fis-27 ta’ Frar, bl-ewwel tlieta minn kull wahda jghaddu ghall-finali.


Talmont, misjuq mill-mibki George Schembri, ma kellu ebda diffikulta’ jirbah l-ewwel semi-finali wara li kien fuq quddiem matul it-triq kollha u gheleb lil Myshkin u Ragnar Vicking li kkwalifikaw ukoll f’hin ta’ 1’18’6.


L-istess sewwieq mexxa lil Alto Be ghar-rebha fit-tieni semi-finali, meta dan iz-ziemel ha l-kmant minn Kacke Kramer f’nofs id-dritta tat-tmiem u baqa’ sejjer biex rebah b’mod konvincenti mill-istess Kacke Kramer u Alma Brick f’1’17’8 fil-kilometru.


It-tielet semi-finali kienet mill-aktar eccitanti l-aktar fid-dritta tat-tmiem b’Manager u Wichy Vat  jigru ras’imb’ras.  Misjuq minn Raymond Clifton, Manager kiseb l-unuri segwit mill-istess Wichy Vat u Lucky Khan f’1’20’1 fil-kilometru.


Bhal ma jigri b’mod regolari fit-Tazza tal-President, il-finali, fis-6 ta’ Marzu 1994 inzammet taht il-patrocinju distint tal-President ta’ Malta, dak iz-zmien il-mibki Dott Vincent Tabone, li segwa t-tigrija flimkien mas-sinjura tieghu Maria Tabone.


Fl-ewwel dawra tat-tigrija ta’ 2,160m, il-kmant kien mizmum l-ewwel minn Ragnar Vicking li kellu bidu tajjeb u wara minn Wichy Vat.


Madankollu r-rebbieh ta’ din il-finali prestigjuza kien l-iSvediz ta’ disa’ snin Alto Be (misjuq minn France Cassar, li ssostitwixxi l-mibki George Schembri li kellu zewg rebbieha fis-semi-finali), li mar fuq quddiem f’nofs id-distanza u zied il-pass fl-ahhar nofs dawra biex rebah b’zewg tulijiet u nofs minn Lucky Khan segwit mill-qrib minn Kacke Kramer u Talmont f’dik l-ordni.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’5 fil-kilometru.


Wara t-tigrija, l-Eccellenza Tieghu l-President ta’ Malta pprezenta t-Tazza lis-sewwieq rebbieh bir-ritratt tal-okkazjoni f’The Times juri lil France Cassar kuntent jircievi t-Tazza tal-President mill-President li pprezenta wkoll l-unuri lis-sidien/ sewwieqa taz-zwiemel li ppjazzaw.  


Din kienet it-tieni rebha ta’ Alto Be dak l-istagun (huwa rebah tigrija ohra fil-kumplament ta’ l-istagun).  Stalljun Svediz imwieled fl-1985 u rebbieh ta’ SEK461,500 barra minn xtutna (l-ahjar hin ta’ 1’15’1 fil-kilometru), huwa ddebutta f’Malta fil-Klassi A f’Dicembru 1993 u kellu karriera relattivament qasira hawnhekk, 37 tigrija b’kollox li minnhom rebah hamsa u ppjazza 11-il darba ohra, bl-ahjar hin ta’ 1’16’1 fil-kilometru fuq 1,655m.  L-ahhar tigrija tieghu kienet f’Mejju 1996, ta’ 11-il sena.


... u issa naqbzu kwazi 20 sena u mmorru mill-passat ghall-prezent hekk kif nippreparaw ruhna biex insegwu t-Tazza tal-President ghal din is-sena.


 


Nawgurawlkom laqgha ohra mill-aqwa fi tmiem din il-gimgha.