Saturday 15th February 2014
Il-5 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Is-16 ta’ Frar

minn Magnat


Se tinzamm laqgha ohra ta’ tigrijiet taz-ziemel nhar il-Hadd 16 ta’ Frar, li tinkludi programm ta’ xejn inqas minn 11-il tigrija, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.15pm.  Ghaxra minn dawn it-tigrijiet huma riservati ghal zwiemel tat-trott (bid-distanza tkun dik qasira ta’ 2,140m) bl-ohra tkun tigrija tal-galopp fuq l-itwal distanza f’Malta ghal dawn it-tip ta’ tigrijiet, cioe’ 2,250m.


Ghalkemm mhux fir-rwol normali ta’ attrazzjoni ewleninija minhabba l-heats tal-kampjonat Assikura, t-tigrija “normali” tal-klassi Premier tipprometti li tkun tigrija mill-aktar missielta.


Ghandna 15-il partecipant, li minnhom tnejn huma debuttanti Francizi (cioe’ z-ziemel ta’ 11-il sena Paris Libere’ u dak ta’ 10 snin Quiet Way – li gie skraccjat l-ahhar darba), kif ukoll fost l-ohrajn lir-rebbieh tal-kampjonat tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival Absolut Spender, ir-rebbieha maghrufa ta’ dan l-ahhar Zalgado Transs R, Vejby Boom, P.A. Surprise u Zandina Boshoeve, Quelino d’Amour li gej minn zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Oltedo de Rieux li rregistra hames pjazzamenti fl-ahhar tmien hargiet tieghu, u z-zwiemel tat-trott l-ohra kollha li huma mill-aktar kompetittivi.   


Il-Kampjonat Assikura, li fil-passat kien jigi riservat ghal zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi u lanqas Svedizi, din is-sena gie ristrutturat f’kampjonat miftuh ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold tan-nazzjonalitajiet kollha.  Kampjonat fi tlett fazijiet bil-heats jigu segwiti minn semi-finali u finali.


Gew miktuba sitta u sittin ziemel tat-trott, b’dawn jinqasmu f’sitt heats ta’ 11-il partecipant f’kull wahda, li minnhom l-ewwel erbgha f’kull heat ighaddu ghas-semi-finali.


Zwiemel bhal Prince Gaillard, li gej minn rebha l-gimgha l-ohra u pjazzament fit-tieni post zewg tigrijiet qabel, Presidential, li spicca fit-tieni post il-gimgha l-ohra, Phenix de la Roque li spicca t-tieni fil-finali tal-klassi Gold tal-Equestrian Festival u mbaghad beda s-sena bi pjazzament simili, Petit Pierricais, rebbieh tal-Prix de Cabourg f’Dicembru, Rapide du Matin li spicca s-sena bi pjazzament tajjeb fit-tieni post u z-zwiemel l-ohra validi kollha jiffurmaw parti mill-ewwel heat.


It-tieni heat tipprezentalna zwiemel tal-kalibru ta’ Pro Shop, li ghadu kif nizel mill-klassi Premier u li ppjazza fi tnejn mill-ahhar tlett hargiet tieghu, Ouest Mabon u Means Nothing li t-tnejn gejjin minn pjazzamenti tajba fit-tieni post, Happiness Photo li ppjazza fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu, Malewe li spicca fit-tielet post gimghatejn ilu, d-debuttant Franciz ta’ 10 snin Quel Avenir u l-partecipanti l-ohra b’sahhithom kollha.


Imbaghad ikun imiss lil zwiemel bhal Pan des Couperies, li gej minn hames pjazzamenti fl-ahhar sitt tigrijiet tieghu, Quintet du Vivier li ppjazza darbtejn fit-tlett tigrijiet tieghu f’Malta, Charm Hammering li kellu stagun mill-aqwa s-sena l-ohra b’hames rebhiet (inkluza l-finali tal-kampjonat tal-klassi Gold fl-Equestrian Festival), No Comprendo li rritorna dan l-ahhar bi pjazzament inkoragganti wara assenza twila, Xray Hornline li jibda’ l-istagun tieghu 2014 wara li rebah u ppjazza fi kwazi l-hargiet tieghu kollha s-sena l-ohra, d-debuttanta Svediza ta’ 10 snin Seagarden’s Lady u z-zwiemel promettenti l-ohra kollha.


Fir-raba’ heat insibu zwiemel bhal Madam di Poggio, li ghadha kif nizlet mill-klassi Premier (kienet spiccat it-tielet fil-finali tal-kampjonat tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival f’Dicembru), Qurieux du Ponchet li rebah l-ahhar tigrija tieghu, Pissaro li gej minn erba’ pjazzamenti konsekuttivi, Orage du Pont li qed jibda’ l-istagun tieghu  wara stagun tajjeb hafna s-sena l-ohra, Ouragan d’Any li rebah it-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu u Energy Launcher li ppjazza wkoll fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, fost l-ohrajn.


Quid d’Aliermont, li kellu debutt ta’ success gimghatejn ilu, Beckham Bob u Reader Jyl li t-tnejn rebhu t-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghhom, Quattro du Gite, Noble d’Ete, Wies Buitenzorg u Carnegie Hall li kollha ppjazzaw fl-ahhar tigrijiet taghhom, il-finalista tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru Orion du Vaumicel li ghadu kif nizel mill-klassi Premier, id-debuttant Daniz ta’ 9 snin Nubi Lens, huma fost il-protagonisti tal-hames heat, li hija wkoll ferm ibbilancjata.


U finalment, fl-ahhar heat, insibu zwiemel tal-kalibru tar-rebbieh tal-gimgha l-ohra Obelix Cream, Premier Avril li gej minn rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar erba’ tigrijiet tieghu, Simb Tyrant li ghandu rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar zewg hargiet tieghu, r-rebbieh tal-Prix d’Enghien ta’ Dicembru Oolong, xi zwiemel li nizlu dan l-ahhar mill-klassi Premier, bhal Olry Meslois li ppjazza fit-tielet post fl-ahhar tigrija tieghu u r-rebbieh tal-Prix de Vincennes tal-passat Master Perrine, li qed jaghmel id-debutt tieghu f’din il-klassi wara assenza ta’ tmien xhur, id-debuttant Svediz ta’ 11-il sena Edge Trick u l-partecipanti l-ohra validi kollha.


It-tlett tigrijiet l-ohra tat-trott huma kollha ghal zwiemel tal-klassi Silver, bid-debuttanti l-Franciz Quito del Phedo, t-Taljan Maleo As, il-Germaniza Diamond Hallinck u d-Daniz Nimbus Bjerregard, mistennija jiddebuttaw fl-ewwel tnejn minnhom.


Fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A nsibu lista qasira ta’ erba’ zwiemel biss, li kollha hadu sehem fl-ahhar tigrija.  Dawn huma Pearl Storm, rebbieh tal-ewwel tigrija tal-galopp tal-istagun, l-iktar ziemel tal-galopp konsistenti tal-istagun li ghadda, Timolin, ir-rebbieh tal-Mediterranean Derby tal-2011 Buttermilk u l-maghruf Ollie Fliptrik.  Naraw min se jkun l-aktar ziemel li kapaci jzomm b’sahhtu fuq id-distanza mill-aktar twila ta’ 2,250m.


U b’hekk nibdew l-istagun tal-kampjonati ghall-2014!  U l-ewwel kampjonat zgur mhux xi wiehed ta’ min jinjorah, ghax ghalkemm ma jinvolvix iz-zwiemel tal-klassi Premier, il-klassi Gold tipprovdi whud mill-ahjar zwiemel tat-trott f’Malta, b’hafna minnhom jew grew qabel fil-klassi Premier jew qed ihabbtu fuq il-bieb ta’ dik il-klassi. U kull kampjonat huwa storja fih innifsu, bl-istil knock-out jizgura l-aqwa spirtu kumbattiv mill-partecipanti kollha, kemm bnedmin kif ukoll zwiemel!


L-ahhar laqghat


L-ahhar zewg laqghat raw tibdila fid-distanza tat-tigrijiet tat-trott, li mxew minn 2,140m sa 2,640m.  Kellna wkoll l-ewwel tigrija tal-galopp tal-istagun, li giet ikkontestata fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 1,750m.


L-attrazzjonijiet ewlenin kienu naturalment iz-zewg tigrijiet tal-klassi Premier (wahda f’kull laqgha) u l-erbgha tal-klassi Gold – tnejn f’kull laqgha.


Klassi Premier


Playboy C.H. mar fuq quddiem fil-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier li nzammet fit-2 ta’ Frar, segwit mill-qrib minn Nitesco d’Antony u Phenix de la Roque.


Madankollu madwar 1,200m mit-tmiem, rajna lil Zalgado Transs R javvanza pozizzjoni wara l-ohra tnejn fuq barra biex mar fuq quddiem dawra mit-tmiem, b’Zandina Boshoeve fit-tieni post.  Zalgado Transs R kien l-ewwel li dahal fid-dritta tat-tmiem segwit mill-qrib minn diversi zwiemel, izda ta’ l-ewwel sprintja b’mod kuragguz sabiex kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta ftit aktar minn nofs tul quddiem Zandina Boshoeve, segwita minn Midnight Passion u Quelino d’Amour f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Fit-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd li ghadda kien hemm diversi kambjamenti fil-post ta’ quddiem fil-fazijiet bikrija tat-tigrija sakemm Sultan November ha l-kmant wara madwar 750m, kmant li dan ta’ l-ahhar zamm sal-ahhar dawra u nofs mit-tmiem meta huwa nqabez minn Oran li kien beda bin-numru difficli 16.


Madankollu l-azzjoni determinanti tat-tigrija rajniha fid-dritta tal-faccata meta Power of Love, fit-tieni tigrija tieghu f’Malta, avvanza pozizzjoni wara l-ohra tlieta fuq barra u tela’ fit-tieni post b’600m mit-tmiem.  Dawn iz-zewg zwiemel sprintjaw matul id-dritta tat-tmiem ras’imb’ras, l-ebda wiehed minnhom ma jrid icedi lill-iehor, izda fl-ahhar Power of Love irnexxielu jiehu s-sopravvent fuq Oran madwar 100m mit-tmiem u baqa’ sejjer biex rebah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta, tul quddiem l-istess Oran, segwit minn Poulot des Cinty u Plastic, f’1’15’8 fil-kilometru.


F’din it-tigrija, rajna wkoll id-debutt ta’ Piombino, zwiemel Franciz imsewwi ta’ 11-il sena, miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal debuttant u li dahal biex jippartecipa f’din it-tigrija bhala rizerva.  Huwa rebah 595,360 ewro barra minn xtutna, li jaghmluh iz-ziemel tat-trott bit-tieni l-oghla livell ta’ rebh barra minn xtutna li qatt gera’ f’Malta.


Piombino rregistra 21 rebha u pjazzamenti numeruzi u l-ahjar hin ta’ 1’11’5 fil-kilometru fuq 2,100m f’Jannar 2013.  Huwa ppartecipa f’diversi tigrijiet li kellhom premjijiet ta’ flus totali ta’ 100,000 ewro jew aktar, bl-iktar rebha prestigjuza tieghu probabbli tkun dik fil-Prix de Bar-Le-Duc f’Vincennes fuq 2,850m fl-2010, meta huwa gheleb ukoll lill-famuz Quaker Jet.  Tigrija ohra kbira kienet il-Prix de l’Union Europeenne 2012 (premjijiet ta’ flus totali ta’ 160,000 ewro), fejn spicca fir-raba’ post meta kien qed itellaq fil-kumpannija ta’ zwiemel tat-trott leggendarji bhal Rapide Lebel, Commander Crowe, Perlando, Iceland, Rodrigo Jet ecc.


Klassi Gold


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, wara xi tibdiliet fil-postijiet ta’ quddiem fl-ewwel 600m, kien Premier Avril li mar fuq quddiem madwar zewg dawriet mit-tmiem, segwit mill-qrib minn Olry Meslois u Veikko Hornline.  Madankollu fl-ahhar tad-dritta tal-faccata stajna ninnutaw lil Paleo des Cascades li tela’ f’pozizzjoni li minnha seta’ jattakka liz-zwiemel ta’ quddiem.


Fid-dritta tat-tmiem, l-ewwel dahal Premier Avril, segwit mill-qrib minn diversi zwiemel.  B’200m mit-tmiem Paleo des Cascades faqqa’ sprint letali fin-naha ta’ gewwa, sabiex mar quddiem meta kien fadal 100m u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu fl-ahjar hin tal-ahhar zewg laqghat ta’ 1’15’1 fil-kilometru, tul u nofs quddiem l-istess Premier Avril, segwit minn Olry Meslois u Carnegie Hall.


Quintet du Vivier ha vantagg zghir kmieni fit-tieni tigrija tal-klassi Gold quddiem Ouest Mabon u d-debuttant Qlement du Digeon.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Ouf Boy u d-debuttant l-iehor Quid d’Aliermont ziedu sew fil-velocita’ fuq in-nahat ta’ barra u telghu biex jisfidaw liz-ziemel ta’ quddiem.


Ouf Boy bidel il-pass madwar 300m mit-tmiem u ghalhekk Quintet du Vivier dahal fid-dritta tat-tmiem ftit qabel Quid d’Aliermont.  Dan ta’ l-ahhar sprintja b’mod meravalijuz u mar fuq quddiem f’nofs id-dritta tat-tmiem biex kellu debutt tal-holm meta rebah b’nofs tul f’1’17’9 fil-kilometru, minn Ouest Mabon li spicca b’sahhtu fuq in-nahat ta’ barra, b’Malewe u No Comprendo jiehdu l-pjazzamenti li kien fadal wara l-iskwalifika ta’ Quintet du Vivier.


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd li ghadda, kien Noble d’Ete li ha vantagg immedjat, segwit minn Prince Gaillard u Count of Life.  Is-sitwazzjoni ma nbidlitx sad-dritta tal-faccata meta rajna diversi zwiemel jattakkaw liz-ziemel ta’ quddiem.


Noble d’Ete xorta rnexxielu jzomm il-vantagg tieghu sal-bidu tad-dritta tat-tmiem, meta f’dak l-istadju ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk li gie minn Prince Gaillard fin-naha ta’ gewwa, li mar fuq quddiem u rnexxielu jikseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta madwar tul u nofs quddiem Presidential, segwit minn Noble d’Ete u Pan des Couperies f’1’16’5 fil-kilometru.


Mival Tondi kienet il-protagonista ewlenija fl-ewwel kilometru tat-tieni tigrija, qabel ma nqabzet kilometru u nofs mit-tmiem minn Quattro du Gite.  Ghal darb’ohra fid-dritta tal-faccata zwiemel bhal Means Nothing u Obelix Cream kienu ferm attivi sabiex gew f’pozizzjoni li jattakkaw liz-ziemel ta’ quddiem.


Quattro du Gite kien l-ewwel ziemel li dahal fid-dritta tat-tmiem, segwit mill-qrib minn Obelix Cream u Means Nothing f’dik l-ordni, izda Obelix Cream mar fuq quddiem b’mod komdu 200m mit-tmiem u kiseb facilment l-ewwel rebha tieghu f’Malta, tul quddiem Means Nothing segwit minn Quattro du Gite u Pissaro f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru.


Klassi Silver


Fl-ewwel tigrija tal-klassi Silver, rajna r-rarita’ ta’ tibdil fir-rizultat minhabba interferenza miz-ziemel li kien wasal l-ewwel fuq il-gister.  Ir-rizultat mibdul ta t-tieni rebha f’Malta lil Qurieux du Ponchet segwit minn Quioco Dry f’1’16’7 fil-kilometru.


Imbaghad kien imiss lil Lacoste I.T. li jirregistra t-tieni rebha tieghu f’Malta, meta gheleb lil Octobre En Fete b’nofs tul f’1’17’1 fil-kilometru.


L-ewwel rebbieh f’din il-klassi l-gimgha l-ohra kien Sir Malouin, fit-tieni rebha tieghu f’Malta.  Dan iz-ziemel kien fuq quddiem prattikament it-triq kollha u rebah b’mod komdu b’aktar minn tul minn Quo Vadis Phedo f’1’18’2 fil-kilometru.


It-tieni tigrija ta’ din il-klassi l-gimgha l-ohra kienet simili ghall-ewwel wahda bil-protagonist din id-darba jkun Milano du Gite li ddomina t-tigrija u kiseb ir-raba’ rebha tieghu f’Malta madwar 5 tulijiet quddiem Rapnou des Picanes f’1’17’0 fil-kilometru. 


Distakk ta’ aktar minn tul issepara r-rebbieh miz-ziemel li spicca fit-tieni post fit-tigrija ta’ wara tal-klassi Silver, hekk kif Quaid Tejy irregistra t-tieni rebha tieghu f’Malta quddiem Lonshults Erik f’1’16’3 fil-kilometru, filwaqt li d-debuttant Rocky de Jervi kellu debutt fantastiku, grazzi ghal sprint b’sahhtu fl-ahhar 300m, biex spicca xi zewg tulijiet quddiem debuttanta ohra Livi Evergreen, f’1’16’5 fil-kilometru.


Tigrija tal-Galopp


Zewg debuttanti, Safari Storm u Pearl Storm marru fuq quddiem mall-ewwel fil-bidu tat-tigrija tal-galopp tal-Klassi A (l-ewwel wahda tal-istagun) fuq 1,750m, u grew ras’imb’ras (b’ta’ l-ewwel ikun fuq quddiem bi ftit) u jifthu distakk zghir mit-tlett partecipanti l-ohra.


Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sa 500m mit-tmiem meta Pearl Storm faqqa’ l-attakk determinat tieghu.  Dawn iz-zewg zwiemel irrezistew il-pressjoni ta’ xulxin sa l-ahhar 200m meta Pearl Storm mar fuq quddiem u baqa’ sejjer biex ha rebha komda madwar hames tulijiet quddiem l-istess Safari Storm, segwit minn Timolin f’1’46’34.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar


Matul il-laqgha tat-2 ta’ Frar, Fr Mario Attard mexxa l-premjazzjoni ta’ Ronald Cassar ghall-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Dicembru 2013, sponsorjat mill-kumpannija Taljana ta’ prodotti ghaz-zwiemel Equine Supreme, li nirringrazzjaw minn qalbna tas-support taghhom. 


Fatti u Cifri 2013 (It-Tielet Parti): Kampjonati   


Hekk kif issa nippreparaw ruhna sabiex insegwu l-ewwel kampjonati ta’ dan l-istagun, huwa xieraq li f’dan is-sommarju tal-istagun li ghadda, naghtu daqqa t’ghajn lejn il-kampjonati li nzammu f’dak l-istagun.


Tabilhaqq, fl-2013, il-kompetizzjoni kienet ghal darb’ohra wahda feroci bl-ebda ziemel ma jirnexxielu jkun forza assolutament dominanti matul l-istagun.


Madankollu, ziemel tat-trott tal-klassi Premier irnexxielu jnaqqax ismu fuq tlett kampjonati tal-oghla klassi, cioe’ l-Franciz ta’ 11-il sena Okilaibo li rnexxielu jirbah il-Prix de Vincennes ta’ Gunju u t-Tazza VOB fiz-zewg edizzjonijiet taghha, dik ta’ Gunju (2,140m) u dik ta’ Dicembru (2,640m).  Success inkredibbli!


Apparti dan, l-iSvediz ta’ 9 snin Orcas Bac irnexxielu jirbah zewg kampjonati, t-Tazza Sette Giugno u l-Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum, apparti li rregistra r-rekord nazzjonali fuq id-distanza ta’ 2,140m f’din l-ahhar finali.


Prestazzjonijiet tassew mill-aqwa meta wiehed jikkunsidra l-livell mill-aktar oghli tal-partecipanti!


Polytain u Royal Qui irnexxielhom ukoll iwettqu successi simili fil-klassijiet izghar Bronze u Copper  rispettivament.


Ghal darb’ohra kellna numru mill-isbah ta’ kampjonati matul is-sena, kollha attrazzjonijiet ewlenin li jghinu biex jigi ggenerat interess u entuzjazmu fost id-dilettanti kollha tat-tigrijiet taz-zwiemel.


(a) Kampjonati li fihom ippartecipaw zwiemel tat-trott tal-klassi Premier


Se nelenka (f’ordni ta’ meta nzammu) l-kampjonati li fihom kienu nvoluti z-zwiemel tat-trott tal-klassi Premier (l-ekwivalenti tal-Group I u II f’Malta), flimkien mad-distanza tat-tigrija u r-rebbieh rispettiv fl-2013 u n-nazzjonalita’ tieghu:


1. Assikura Championship (A) (2,140m): Argus Hanover (USA)


2. Dragonara Tazza l-Kbira (2,640m):  Nabab du Chatelet (FR)


3. Tazza Sette Giugno (2,140m):  Orcas Bac (SE)


4. Prix de Vincennes (Zwiemel tat-trott Francizi) Finali ta’ Gunju (2,140m):  Okilaibo (FR)


5. Variable Odds Betting (VOB) Gran Finali ta’ Gunju (2,140m):  Okilaibo (FR)


6. Kampjonat tas-Sajf klassi Premier (2,140m):  Shakira Trot (SE)


7. Kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum klassi Premier (2,140m):  Orcas Bac (SE)


8. Tazza tal-President (2,640m) – sponsorjata minn diversi azjendi:  Gently di Poggio (IT)


9. Prix de Vincennes (Zwiemel tat-trott Francizi) Finali ta’ Dicembru (2,640m): Ohime Mag (FR)


10.  Equestrian Festival klassi Premier (1,640m):  Absolut Spender (SE)


11. Variable Odds Betting (VOB) Gran Finali ta’ Dicembru (2,640m): 


Interessanti ninnutaw li minn dawn il-11-il finali, xejn inqas minn sebgha kienu fuq distanza qasira (sitta fuq distanza ta’ 2,140m u wahda fuq dik sprint ta’ 1,640m) filwaqt li erbgha kienu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m (ma gie organizzat l-ebda kampjonat fuq id-distanza twila ferm ta’ 3,140m).


(b)  Kampjonati ohra u Condition Races tat-trott


Ir-rebbieha tal-kampjonati u l-Condition Races l-ohra (kollha fuq l-2,140m, hlief ghall-kampjonati tal-Equestrian Festival fuq l-1,640m u dawk ghal zwiemel tat-trott Francizi SECF ta’ Dicembru li kellhom distanza ta’ 2,640m) kienu:


Daring Daylight (FI) (Kampjonat Assikura B),


Pepone du Castelet (klassi Gold), Octobre En Fete u Orio de Marancourt (rebbieha taz-zewg finali tal-klassi Silver), Quingen de Bussy (klassi Bronze) u Royal Qui (klassi Copper) (kollha rebbieha tal-Condition Races ta’ Marzu - April),


Orion du Vaumicel u Oolong (klassi Gold – Prix d’Enghien), Quozak Prior u Petit Pierricais  (klassi Silver – Prix de Cabourg), Pittacos u Polytain (klassi Bronze – Prix de Cagnes Sur Mer) u Qualaudry u Owens Kin (klassi Copper – Prix de Caen) fil-kampjonati SECF ghal zwiemel tat-trott Francizi,


Perdreau Rapide (klassi Gold), Quaroldo (klassi Silver A), Quartes (klassi Silver B), Polytain (klassi Bronze A), Zeta Jones A (klassi Bronze B) u Andri Boko (klassi Copper), kollha rebbieha tal-finali tal-Kampjonati tas-Sajf,


Midnight Passion (klassi Gold), Prince Lu (klassi Silver A), Pile Ou Face (klassi Silver B), Command Coger (klassi Bronze) u Royal Qui (klassi Copper), kollha rebbieha tal-finali tal-Condition Races tal-Harifa Cassar Petroleum, u


Charm Hammering (klassi Gold), Damita (klassi Silver A), Megiddo (klassi Silver B), Pema (klassi Bronze) u Buckens Stjarna (klassi Copper), kollha rebbieha tal-finali tal-Equestrian Festival.


Grazzi kbira lill-isponsors kollha li minghajr l-ghajnuna taghhom dawn il-kampjonati mill-aqwa ma kienux ikunu possibbli.


X’rebbieha mill-aqwa!  Minghajr dubju, dawn jifthulna l-aptit ghal aktar kampjonati spettakulari li huma ppreparati ghall-istagun 2014.


 


Nawgurawlkom laqgha eccitanti ohra nhar il-Hadd li gej.