Sunday 16th March 2014
Id-9 laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 (postposta) – Is-16 ta’ Marzu

minn Magnat


Fl-artikulu tal-gimgha l-ohra semmejna t-tama taghna li t-temp ikun generuz maghna. Fil-verita, kien hekk biss sa certu punt!


Tabilhaqq il-laqgha tas-Sibt saret kif kien ippjanat izda halbiet qawwija ta’ xita l-Hadd filghodu fissru li l-laqgha ta’ tigrijiet tal-Hadd kellha tigi posposta.


Issa, l-istess laqgha se tinzamm nhar il-Hadd 16 ta’ Marzu b’bidu fis-1.30pm. Madankollu l-laqgha ghandha zieda mportanti, cioe’ l-finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold, li se tkun wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-laqgha.


Dan ifisser li l-laqgha issa se tkun tikkonsisti f’10 tigrijiet tat-trott.


Ghalkemm diga’ tajna daqqa t’ghajn lejn it-tigrijiet l-ohra, hassejna li minhabba l-importanza taz-zieda ta’ din il-finali, huwa xieraq li naghtu wkoll harsa fil-qasir lejn din it-tigrija.


Din il-finali li se tingera’ fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m tinkludi tmien zwiemel imsewwija u debba wahda, li gejjin minn erba’ pajjizi differenti, cioe’ Franza – 6 partecipanti, kif ukoll partecipant minn kull wiehed mid-Danimarka, l-Olanda u l-iSvezja.


F’etajiet ta’ bejn 9 u 14-il sena l-lista shiha hija:


1.  Olry Meslois (Franciz ta’ 12-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ 186,500 ewro). Rebha wahda u 4 pjazzamenti mill-11-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’14’8 fuq 2,140m;


2.  Happiness Photo (Daniz ta’ 14-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ 705,482 kroner Daniz).  Rebha wahda u 9 pjazzamenti mill-21 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’15’1 fuq 2,140m;


3.  Wies Buitenzorg (Olandiza ta’ 10 snin b’rebh barra minn xtutna ta’ 31,390 ewro).  L-unika debba fost il-finalisti.  2 rebhiet u pjazzament mill-4 tigrijiet taghha f’Malta bl-ahjar hin lokali ta’ 1’15’7 fuq 2,140m;


4.  Charm Hammering (Svediz ta’ 9 snin b’rebh barra minn xtutna ta’ 301,400 kroner Svediz).  8 rebhiet u 8 pjazzamenti mit-28 tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’13’2 (l-ahjar hin fil-karriera tieghu kollha) fuq 1,640m u 1’14’7 fuq 2,140m;


5.  Prince Gaillard (Franciz ta’ 11-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ 117,540 ewro). Rebha wahda u 9 pjazzamenti mit-12-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokali ta’ 1’15’3 fuq 2,140m;


6.  Phenix de la Roque (Franciz ta’ 11-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ 131,800 ewro).  3 rebhiet u 9 pjazzamenti mid-19-il tigrija tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokali ta’ 1’13’3 (l-ahjar hin personali fil-karriera tieghu kollha) fuq 1,640m u 1’15’7 fuq 2,140m;


7.  Oeillet de Phens (Franciz ta’ 12-il sena b’rebh barra minn xtutna ta’ 157,848). Rebha wahda u 2 pjazzamenti mis-6 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’16’0 fuq 2,640m (1’16’7 fuq 2,140m);


8.  Quintet (Franciz ta’ 10 snin b’rebh barra minn xtutna ta’ 141,400 ewro).  Rebha wahda u pjazzament wiehed mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin lokalment ta’ 1’15’3 fuq 2,140m;


9.  Quid d’Aliermont (Franciz ta’ 10 snin b’rebh barra minn xtutna ta’ 126,030).  Rebha wahda u 2 pjazzamenti mit-3 tigrijiet tieghu f’Malta bl-ahjar hin fostna ta’ 1’16’2 fuq 2,140m.


B’19-il rebha u xejn inqas minn 45 pjazzament bejniethom u bi kwazi kollha jkunu ghamlu l-ahjar hin f’Malta ta’ 1’16’0 fil-kilometru jew inqas, mistennija finali mill-aqwa, b’rizultat tassew incert.


It-total ta’ premjijiet ta’ flus ghal din it-tigrija jammonta ghal 1,600 ewro, b’900 ewro minnhom imorru ghar-rebbieh.


Il-poloz ittellghu matul konferenza stampa li nzammet nhar it-Tlieta wara nofsinhar fil-Tote tal-Malta Racing Club.  Hajr specjali jmur ghall-isponsors Assikura Insurance Broker Limited li kienu sponsorjaw Condition Races f’Malta ghall-ewwel darba fl-2007 u mbaghad bdew jisponsorjaw kampjonat (sas-sena l-ohra dan kien riservat ghal zwiemel tat-trott li mhumiex Francizi u lanqas Svedizi) mill-2010 ‘il quddiem.


Il-bqija tat-tigrijiet huma dawk imhabbra l-gimgha l-ohra b’tigrija mill-isbah tal-klassi Premier, tigrija ferm interessanti ghall-klassi Gold (it-tnejn fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m) u l-hames heats li fadal mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver fuq id-distanza ta’ 2,140m.  Informazzjoni fuq dawn it-tigrijiet tinsab fl-artiklu tal-gimgha l-ohra.


Ghalhekk, zgur inkunu skuzati jekk nazzardaw nittamaw mill-gdid li din id-darba t-temp ikun tassew generuz maghna sabiex din il-laqgha finalment tinzamm.  Tabilhaqq, nazzardaw nittamaw li issa li r-Rebbiegha prattikament tinsab maghna, nistghu nigu rregalati b’temp xemxi glorjuz tipiku tal-Mediterran li jipprovdi sfont xieraq ghal dik li ghandha tkun laqgha mill-aqwa!


L-ahhar Laqgha


It-tigrijiet li kellna matul il-laqgha ta’ nhar is-Sibt li ghadda kienu jikkonsistu fil-bidu tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver bl-ewwel hames heats u tlett tigrijiet “normali” interessanti, tnejn ghall-klassi Gold u l-ohra ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze.  Il-heats tal-kampjonat ghall-klassi Silver inzammu fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m bit-tigrijiet “normali” jkunu fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m.


Klassi Gold


Milord Barbes kien l-aktar ziemel veloci fil-bidu tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold, u huwa zamm distakk tajjeb ghall-bicca l-kbira tat-tigrija.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sad-dritta tal-faccata meta Net de Ginai avvanza qrib taz-ziemel ta’ quddiem.


Dawn iz-zewg zwiemel kienu l-ewwel li dahlu fid-dritta tat-tmiem izda f’daqqa wahda dawn inqabzu minn diversi zwiemel li spiccaw b’sahhithom, ewlieni fosthom ikun Troy Boshoeve li rnexxielu jmur fuq quddiem fl-ahhar 100m u baqa’ sejjer biex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta, nofs tul quddiem Noble d’Ete segwit minn Orage du Pont li kollha pprecedew liz-ziemel li originalment kien fuq quddiem Milord Barbes.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’5.


Madam di Poggio marret fuq quddiem wara l-ewwel mitejn metru tat-tieni tigrija, izda zammet il-kmant ghal ftit zmien biss, sakemm inqabzet minn Pro Shop b’zewg dawriet mit-tmiem.  Nitesco d’Antony li kien fit-tieni post beda’ l-attakk tieghu fil-bidu tal-ahhar dawra u mar fuq quddiem ghal zmien qasir 700m mit-tmiem.


Madankollu meta kien fadal 500m, huwa malajr inqabez minn Madam di Poggio li fethet vantagg konsiderevoli mill-bqija taz-zwiemel, vantagg li baqghet izzommu sat-tmiem, biex kisbet l-ewwel rebha taghha f’Malta u l-promozzjoni lura lejn il-klassi Premier fil-hin tajjeb fuq id-distanza ta’ 2,640m ta’ 1’15’8 fil-kilometru, kwazi hames tulijiet quddiem Nubi Lens segwit minn Nitesco d’Antony u Give To Get.


Heats tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup (klassi Silver)


Lucas Ness ha kmant bikri fl-ewwel heat segwit minn grupp kumpatt ta’ zwiemel.  Is-sitwazzjoni baqghet ma nbidlitx sal-ahhar nofs dawra meta Lucas Ness sahansitra zied fil-velocita’ biex fetah vantagg ta’ zewg tulijiet u nofs.  Madankollu, fid-dritta tat-tmiem rajna sprint mill-aktar ecitanti ta’ Partner Blue erbgha fuq barra li gie minn imkien, lahaq maz-ziemel ta’ quddiem fl-ahhar metri u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta f’1’16’4 fil-kilometru, tul qabel Lucas Ness segwit minn Newman u Pactolgo li t-tnejn ghaddew ghas-semi-finali.


Id-debuttant Livi Dida mar fuq quddiem fil-bidu tat-tieni heat u mexxa t-tigrija sad-dritta tal-faccata.  Madankollu 850m mit-tmiem, Ollico Pellois hareg tlieta fuq barra sabiex jattakka liz-ziemel ta’ quddiem u mar fuq quddiem b’nofs id-dritta tal-faccata. Ollico Pellois kompla jzid fil-velocita’ tieghu u fetah vantagg ta’ erba’ tulijiet izda Wonderofyou laqa’ l-isfida u segwa liz-ziemel ta’ quddiem u naqqaslu l-vantagg sa tul u nofs biss sa meta z-zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem.


Id-dritta tat-tmiem kienet taqbida sabiha bejn dawn iz-zewg zwiemel li t-tnejn sprintjaw b’sahhithom kollha bis-sewwieq rispettiv iheggeg liz-ziemel tieghu.  Fl-ahhar Ollico Pellois zamm sod u b’ras irnexxielu jikseb il-hames rebha tieghu f’Malta f’1’16’0 fil-kilometru quddiem il-kuragguz Wonderofyou, segwit fis-semi-finali minn Noli de Marray u Ormuz.


It-tielet heat ma tantx kellha storja hekk kif Quioco Dry ha kmant bikri u kkontrolla t-tigrija kollha.  Huwa sahansitra rnexxielu jzid il-pass tieghu fl-ahhar 600m.  Fid-dritta tat-tmiem Razor Shadow ghamel l-almu tieghu kollu biex jisfida lil Quioco Dry, izda dan ta’ l-ahhar qatt ma kien verament fil-periklu u rebah b’mod komdu t-tieni tigrija tieghu f’Malta fl-ahjar hin ta’ dawn il-heats ta’ 1’15’6 fil-kilometru, zewg tulijiet quddiem l-istess Razor Shadow.  Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu dawk li hadu l-pjazzamenti l-ohra Bankir Zon u Oscar des Racques.


Roma M avvanzat b’mod determinat wara l-ewwel ftit mijiet ta’ metri tal-heat ta’ wara, sabiex marret fuq quddiem wara biss 500m, u minn hemm ‘il quddiem it-tigrija zviluppat b’mod li jixbah lil ta’ qabilha b’Roma M izzomm il-kmant u zzid ferm fil-velocita’ fl-ahhar nofs dawra.


Id-dritta tat-tmiem kienet marca trijumfali ghal Roma M hekk kif ma kelliex sfidanti fi triqtha lejn it-tieni rebha taghha f’Malta f’1’16’8 fil-kilometru, kwazi hames tulijiet quddiem Pittacos, segwit minn Pirate d’Urzy u Lonestar Somolli, li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Insomnia Grif hadet kmant bikri fl-ahhar heat, segwita ghal parti kbira mid-distanza minn Frisco Pe.  Is-sitwazzjoni baqghet l-istess sal-bidu tad-dritta tat-tmiem, meta Frisco Pe faqqa’ l-attakk tieghu, sprinja b’mod irrezistibbli biex mar fuq quddiem f’nofs id-dritta u ha t-tieni rebha tieghu f’Malta, tlett kwarti ta’ tul quddiem Reveal Champ Blanc, bl-ahhar zewg zwiemel li jikkwalifikaw ikunu Quick Et Rare u Command Coger.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’2 fil-kilometru.


Klassi Bronze


It-tigrija li kien fadal kien wahda “normali” ghall-klassi Bronze li rat lill-Franciz ta’ 8 snin Seigneur du Dropt jirbah l-ewwel tigrija tieghu f’Malta ras biss quddiem Emil Brebro f’hin ta’ 1’18’3 fil-kilometru.


Ludovic Ghigo jikkompeti f’Cagnes Sur Mer


Naghlqu l-artiklu qasir ta’ din il-gimgha kkwawzat mill-postponiment tat-tigrija tal-Hadd li ghadda billi nghidu prosit lil Ludovic Ghigo tal-inizjattiva tieghu li ha parti f’tigrija miftuha ghal zwiemel tat-trott amateurs (b’rebh ta’ flus ta’ anqas minn 111,000 ewro) fil-korsa ta’ Cagnes Sur Mer fi Franza.


Din kienet il-Prix Version Femina jew Prix de Livourne fuq id-distanza sprint ta’ 1,609m li fiha z-ziemel misjuq minn Ludovic, l-outsider ta’ 9 snin Rallye du Ravary, spicca t-tmienja u ghamel l-ahjar hin assolut tal-karriera tieghu ta’ 1’14’5 fil-kilometru.


Certi li l-partecipazzjoni f’tigrija bhal din f’korsa prestigjuza barra minn Malta bhal ma hi dik ta’ Cagnes Sur Mer kienet esperjenza mill-aqwa ghal Ludovic; wahda li tkompli zzid il-valur tieghu bhala sewwieq.  Prosit tassew Ludovic!


Nawgurawlkom laqgha ohra ecitanti nhar il-Hadd li gej.