Thursday 20th March 2014
L-10 u l-11-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Id-19 u t-23 ta’ Marzu

minn Magnat


Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel matul din il-gimgha, l-ewwel nhar l-Erbgha 19 ta’ Marzu (festa pubblika ta’ San Guzepp) u l-ohra nhar il-Hadd 23 ta’ Marzu, biz-zewg laqghat jibdew fis-1.30pm.  Hemm ghaxar tigrijiet fil-programm tal-Erbgha u hdax ohra nhar il-Hadd.


L-attrazzjonijiet ta’ dawn iz-zewg laqghat huma semplicement impressjonanti!


L-ewwelnett ghandna zewg tigrijiet tal-klassi Premier, wahda f’kull laqgha, fuq id-distanza maratona ta’ 3,140m.


Mistennija naraw 13-il partecipant nhar l-Erbgha nkluzi diversi zwiemel f’forma tajba bhal Zalgado Transs R li gej minn rebha u zewg pjazzamenti fl-ahhar zewg hargiet tieghu, Madam di Poggio rebbieha tal-ahhar tigrija taghha, Quiet Way, Ourasi Diams u Oltedo de Rieux li kollha ppjazzaw f’wahda mill-ahhar zewg hargiet taghhom u l-partecipanti popolari l-ohra.


It-tigrijaa ta’ nhar il-Hadd imbaghad tirrprezenta 12 miz-zwiemel bl-oghla punti ta’ handicap f’Malta.  Ir-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-ohra Nabab du Chatelet, id-detentur tal-Prix de Vincennes ta’ Dicembru Ohime Mag, ir-rebbieh tal-gimgha l-ohra Cloria Victis, Oran b’rebha u pjazzament fit-tieni post fl-ahhar tlett hargiet tieghu, id-debuttanti Francizi ta’ 11-il sena Percevel, Pompon de Bolero u Pouloud Keroc’H kif ukoll iz-zwiemel prestigjuzi l-ohra kollha.


Il-laqgha ta’ nhar il-Hadd tinkludi wkoll il-finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.  Il-partecipanti gejjin minn Franza – sitta, l-iSvezja – tnejn u wiehed kull wiehed mid-Danimarka u l-iStati Uniti, bl-etajiet taghhom ivarjaw bejn 7 u 16-il sena.


Pema u Take Out Blue rebhu s-semi-finali, filwaqt li Julian Port, Obscur de Busset, Kaki de Peyrahout u Queops de Retz rebhu l-heat taghhom u mbaghad ippjazaw fost l-ewwel hamsa fis-semi-finali.  Dawn se jiffaccjaw l-isfida ta’ Wilma Belize (zewg pjazzamenti fl-ahhar zewg hargiet taghha), Willesden Hanover (tlett pjazzamenti minn daqstant hargiet), Quingen de Bussy (li spicca t-tieni u l-hames fl-ahhar zewg hargiet tieghu) u Quero des Erablais (li ppjazza fl-ahhar zewg tigrijiet tieghu).


Minghajr dubju mistennija finali mill-aqwa bejn dawn il-partecipanti sodi!


Matul il-programm ta’ nhar il-Hadd se jkollna wkoll erba’ semi-finali mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tal-klassi Silver, bl-ewwel tlieta minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali.  Dawn se jinzammu wkoll fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Ir-rebbieha tal-Heats Obelix Molgard, Ollico Pellois, Valles Emile, Rocky de Jervi, Roma M, Quioco Dry, Quid de la Muette, Paolin de Bannes u Partner Blue, jippreparaw ruhom biex jiffaccjaw l-isfida li se tigi miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw, li gejjin mid-Danimarka, Franza, l-Italja, l-Olanda u l-iSvezja.


Bi tlett izwiemel biss jikkwalikaw minn listi ta’ disgha jew ghaxar zwiemel f’kull semi-finali, qed nistennew tigrijiet tassew iebsa u missielta!


Ghandna wkoll tlett tigrijiet interessanti tal-klassi Gold (tnejn nhar l-Erbgha u wahda nhar il-Hadd) kollha fuq id-distanza twila ta’ 3,140m.  L-ewwel wahda tara tahlita ta’ zwiemel f’forma tajba, bhal Troy Boshoeve u Oolong li kull wiehed gej minn rebha fl-ahhar zewg hargiet tieghu u Noble d’Ete li gej minn pjazzament tajjeb fit-tieni post, u diversi zwiemel li ghadhom kif gew relegate mill-klassi Premier, bhal Nagano Phedo, Paris Libere’, Nevaio des Bordes u Give To Get, fost l-ohrajn.


Fit-tieni tigrija, Pissaro gej minn rebha tajba fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, filwaqt li Milord Barbes, Energy Launcher, Malewe, Orage du Pont, Ouest Mabon u Presidential kollha ppjazzaw f’din il-klassi matul l-ahhar xahrejn.


Imbaghad fit-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, insibu l-attrazzjoni ta’ zewg debuttanti Francizi ta’ 10 snin, cioe’ Quome d’Avignere u Quazoumax, li se jiffaccjaw l-isfida ta’ zwiemel bhal Pile Ou Face li gej minn zewg rebhiet mill-ahhar tlett hargiet tieghu, Quipson, Means Nothing, Quintet du Vivier u Regent de Tillard li kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar zewg tigrijiet taghhom, flimkien mal-partecipanti validi l-ohra kollha.


It-tigrijiet tat-trott l-ohra huma dawk normali riservati ghal zwiemel tat-trott tal-klassijiet Silver, Bronze u Copper.  Dawn jinkludu xejn inqas minn ghaxar debuttanti, cioe’ l-Francizi ta’ 11-il sena Pernacio u ta’ 10 snin Qualypso du Trio, Quid Pierre u Quiquafini u l-iSvedizi ta’ 7 snin Darling Sjohammar u Natalie Crown kollha fil-klassi Silver, il-Franciz ta’ 7 snin Titus du Rib, il-Germaniza ta’ 6 snin Boshoevens Emily u l-Olandiz ta’ 9 snin Yfrie Beemd fil-klassi Bronze u t-Taljan ta’ 4 snin Ronin del Brenta fost iz-zwiemel tal-klassi Copper.


Il-laqgha ta’ nhar l-Erbgha tikludi wkoll tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq id-distanza pjuttost twila ta’ 1,750m, li tinkludi hames partecipanti.  Zewg Irlandizi, zewg Amerikani u Svediz f’etajiet ta’ bejn hamsa u ghaxar snin, il-maggoranza taghhom qed jirritornaw ghat-tigrijiet wara nuqqas ta’ zmien mhux hazin.


Ghalhekk ir-rebbieh tal-Coronation Cup tal-2012 Cheeky Jack jirritorna fil-korsa wara nuqqas ta’ hames xhur, Diamante Grande jirritorna ghat-tigrijiet wara waqfa ta’ tlett xhur u Mr Roxu Music ghadu kif irritorna ghat-tigrijiet wara nuqqas ta’ sena u nofs. Dawn jinghaqdu maz-ziemel f’forma tajba Pearl Storm li kiseb zewg rebhiet miz-zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa u Ollie Fliptrik li ppjazza fl-ahhar zewg hargiet tieghu.


Matul il-laqgha ta’ nhar l-Erbgha se naraw ukoll il-prezentazzjoni tal-unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal Jannar u Frar lir-rebbieh Charles Camilleri.  Prosit tassew lil Charles u grazzi minn qalbna lil M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd bil-prodott taghhom Johnnie Walker, sponsors ta’ dan l-unur ghal dan ix-xahar.


Minghajr dubju l-varjeta’ u l-ispettaklu huma t-temi ta’ dawn iz-zewg laqghat, li jippromettu zewg waranofsinharijiet ta’ tigrijiet pjacevoli hekk kif qed nippreparaw ghall-bidu tal-kampjonat tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena!


L-ahhar laqgha


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar laqgha kienu jikkonsistu fil-finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Gold, tigrija interessanti hafna tal-klassi Premier u tigrija daqstant interessanti tal-klassi Gold, zewg semi-finali mill-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze u hames heats mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghall-klassi Silver.  Id-distanza ta’ dawn it-tigrijiet kienet dik qasira ta’ 2,140m izda bit-tigrijiet “normali” tal-klassijiet Premier u Gold jingrew fuq dik itwal ta’ 2,640m.


Finali tal-Kampjonat Assikura ghall-klassi Gold


Phenix de la Roque ha kmant bikri f’din il-finali u rnexxielu jimponi l-pass tieghu fuq it-tigrija kollha, u baqa’ mhux disturbat fuq quddiem sakemm iz-zwiemel waslu fid-dritta tat-tmiem.  F’dak l-istadju, huwa gie attakkat b’sahha minn diversi partecipanti, l-iktar Oeillet de Phens, Quintet u Prince Gaillard.


Madwar 150m mit-tmiem, kien jidher li Oeillet de Phens seta’ jilhaq liz-ziemel ta’ quddiem, izda Phenix de La Roque misjuq minn Charles Degiorgio sab energija gdida u sprintja tajjeb sat-tmiem, sabiex zamm tul vantagg, u kiseb ir-raba’ rebha tieghu f’Malta f’hin tajjeb ta’ 1’15’1 fil-kilometru, mill-istess Oeillet de Phens, segwit mill-qrib minn Quintet u Prince Gaillard.


Fi tmiem il-finali, s-sidien kburin u s-sewwieq taz-ziemel rebbieh u taz-zwiemel li ppjazzaw gew prezentati bil-premjijiet mill-Managing Director ta’ Assikura Insurance Brokers Ltd is-Sur Andrew Grech.


Klassi Premier


Cloria Victis kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija tal-klassi Premier u dan iz-ziemel irnexxielu wkoll izid il-velocita’ tieghu fid-dritta tat-tmiem, biex b’hekk irrezista b’mod komdu l-isfida li waslet minn Vanmaker Limburgia u mid-debuttant Petunia du Pont.  Wara l-iskwalifika ta’ Vanmaker Limburgia minhabba li kien qed jigri barra l-korsa, Cloria Victis spicca zewg tulijiet u nofs qabel l-istess Petunia du Pont, b’Tap Dance u True Q jiehdu l-pjazzamenti li kien fadal f’dik l-ordni.


Din kienet l-ewwel rebha ta’ Cloria Victis f’Malta wara erba’ pjazzamenti konsekuttivi fit-tigrijiet l-ohra tieghu s’issa, fil-hin tajjeb fuq id-distanza ta’ 2,640m ta’ 1’15’4 fil-kilometru.


Klassi Gold (normali)


Fit-tigrija “normali” tal-klassi Gold fuq distanza ta’ 2,640m, rajna prestazzjoni impressjonanti mill-erba’ debuttanti.  B’mod partikulari l-Franciz ta’ 10 snin Quiz du Lys ha l-kmant fl-ahhar dawra u rnexxielu jzommu sat-tmiem, minkejja l-isfida moghtija b’mod partikulari mid-debuttanti Daniz New Star D K specjalment fid-dritta tat-tmiem.


Fl-ahhar Quiz du Lys irnexxielu jkollu debutt tal-holm meta rebah b’tul u nofs, segwit mill-istess New Star D K, id-debuttant Taljan Laval, Regent du Tillard u bid-debuttant l-iehor fit-tigrija, l-iSvediz Cowboy Party jispicca l-hames.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’2 fil-kilometru.


Heats mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup (klassi Silver)


Wara li l-ewwel hames heats minn din ic-Challenge Cup inzammu nhar is-Sibt 8 ta’ Marzu, l-bqija saru nhar il-Hadd li ghadda wara l-postponiment tal-laqgha li kellha ssir nhar il-Hadd 9 ta’ Marzu.  Il-heats ta’ nhar il-Hadd kienu kkaratterizzati minn xi rebhiet komdi.


L-ewwel heat ta’ nhar il-Hadd irrizultat fi triompf ghal Paolin de Bannes f’1’16’1 fil-kilometru, b’dan iz-ziemel jikseb it-tielet rebha tieghu f’Malta wara prestazzjoni dominant li ratu jeghleb liz-ziemel li spicca fit-tieni post Sir Malouin b’xejn inqas minn tlett tulijiet.  Id-debuttant Ringo Flower kellu tigrija tajba sabiex spicca fit-tielet post u l-post li kien fadal fis-semi-finali hadu Poustouf du Bleuet.


Imbaghad kien imiss lil Quid de la Muette li jikseb it-tieni rebha tieghu f’Malta, meta rrezista b’mod komdu l-attakk ta’ Zizazimoko fid-dritta tat-tmiem u rebah b’zewg tulijiet u nofs f’hin tajjeb ta’ 1’15’9 fil-kilometru.  Quarborandum u Andri Boko kienu z-zewg zwiemel l-ohra li kkwalifikaw minn din il-heat.


Rocky de Jervi kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira mit-tielet heat u semplicement ma kellux sfidanti hekk kif trasforma d-dritta tat-tmiem f’formalita’ meta rebah b’aktar minn hames tulijiet mid-debba li spiccat fit-tieni post Pepita Ans.  Din kienet it-tieni rebha stagjonali ghal Rocky de Jervi (u t-tieni rebha tieghu f’Malta mit-tlett tigrijiet tieghu s’issa) u l-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’1 fil-kilometru.  Law Suit u Milano du Gite hadu l-pjazzamenti l-ohra u kienu z-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw minn din il-heat.


Imbaghad Obelix Molgard kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta meta nkuruna sprint splendid fid-dritta tat-tmiem biex ittrijonfa bi tlett tulijiet f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru, miz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw  Quatre de Couer, Udice Boko u Panda des Fleches.


L-ahhar heat rat lil Que Je T’Aime Rush fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tad-distanza, izda fid-dritta tat-tmiem rajna sprint mill-aqwa ta’ Valles Emile fuq in-nahat ta’ barra, b’dan ta’ l-ahhar jirnexxielu jlahhaq ma’ Que Je T’Aime Rush fl-ahhar metri u jiehu vantagg determinanti ta’ ras mal-gister.  Din kienet it-tielet rebha ta’ Valles Emile f’Malta f’hin ta’ 1’16’3 fil-kilometru, bl-istess Que Je T’Aime Rush, Mr Snowman u d-debuttanta Niffi jiksbu l-postijiet li kien fadal fis-semi-finali.


Semi-Finali mill-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze


Willesden Hanover kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tal-ewwel semi-finali izda ma seta’ jaghmel xejn biex jirrezisti l-attakk b’sahhtu ta’ Pema fid-dritta tat-tmiem.  Din ta’ l-ahhar hadet il-kmant f’nofs id-dritta tat-tmiem u baqghet sejra biex kisbet it-tielet rebha taghha f’Malta bi kwazi tul f’hin ta’ 1’17’4 fil-kilometru, segwita fil-finali mill-istess Willesden Hanover, Obscur de Busset, Julian Port u Queops de Retz.


Fit-tieni semi-finali, Take Out Blue mar fuq quddiem fl-ahhar dawra u baqa’ jzid il-pass, sabiex fl-ahhar spicca rebbieh b’mod facli bi kwazi tlett tulijiet f’hin ta’ 1’16’9 fil-kilometru.  Quero des Erablais, Kaki de Peyrahout, Wilma Belize u Quingen de Bussy segwew lir-rebbieh f’dik l-ordni u ghaddew ukoll ghall-finali.


Eroj mill-passat: Neronien – Intervista mat-trejner u s-sewwieq tieghu Emmanuel Fenech (It-Tieni Parti)


Il-gimgha l-ohra bdejna nirrappurtaw l-intervista mas-Sur Emmanuel Fenech li fiha staqsejnieh sabiex imur lura fil-memorja u jirrakkontalna xi stejjer dwar wiehed mill-aktar zwiemel tat-trott popolari f’Malta, Neronien. 


Emmanuel qalilna kif kien inxtara z-ziemel u dwar it-temperament hyper li kellu.  Staqsejtu ftit iktar dwar dan is-suggett. 


Mistoqsija:  Tista’ tghidilna aktar dwar it-temperament ta’ Neronien u dwar id-differenza bejn l-attitudni tieghu barra l-korsa u go fiha?


Twegiba:  Bhalma semmejt qabel, it-temperament ta’ Neronien kien wiehed hyper.  Anki jekk jara helicopter ghaddej minn fuqu kien ihares lejh u jaqbad jigri mieghu.  Kont nghid “dan iz-ziemel ghad ghandu hames snin?”.  Anki jekk kien jara’ l-hamiem jinzel inaqqar quddiemu, kien imur ghalih; ghax Louis kien ghamillu korsa mal-istalel u jien kont nittrennjah hemm u meta kien jara’ l-hamiem jinzel inaqqar kien jinqala’ bil-lbit u jigri ghal warajhom.


Kien ziemel naturalment hyper, dik kienet in-natura tieghu.


Darba Neronien kien rifes lil Gejtu, l-lavrant ta’ Louis, li kien johrog jippassiggah, u kien qataghlu difru ta’ saqajh.  Rifes saqajn Gejtu u ma riedx ihallihielu.  Kien ikun jaf x’qed jaghmel!


Ma kienx ziemel sensittiv, izda trid toqghod mieghu ghax naqra hyper, u ma kienx mill-helwin.  Biex joqmos ghalik ma trid xejn ghax ma kienx ziemel kwiet.


Imbaghad fil-korsa tal-Marsa, x’hin jara n-niex, kien iharsilhom u qisu kien jikkalma.  Qisi kien ikun jaf li tkun gejja tigrija.


Mistoqsija:  Kif kien irrejagixxa Gorg Tal-Galletti meta ghidtlu li kumbinazzjoni kont xtrajt lill-istess ziemel li kien tak ir-ritratt tieghu sena qabel? 


Twegiba:  Meta xtrajnieh ma kontx naf li kien l-istess wiehed tar-ritratt ta’ Gorg Tal-Galletti.  Cempilt lil Gorg minn Franza malli xtrajna lil Neronien.  Ghidtlu “Xtrajt ziemel qalbu tajba.  Neronien. Soqtu fi Franza ma’ debba ta’ sitt snin u ghogobni.”  Huwa qalli “Dak taf liema hu?  Dak li tajtek ir-ritratt tieghu.  Ghax Gorg Tal-Galletti dik il-habta kien jircievi ritratti ta’ zwiemel ghall-bejgh minn barra.  It-tifla tieghu kienet titkellem bil-Franciz.  Kienet ghaddiet sena minn meta rcevejt dak ir-ritratt u had ma kien xtrah.  Tlajna Franza u kumbinazzjoni xtrajna l-istess ziemel.


Ir-reputazzjoni tieghu kienet tajba.  Sbatax u erbgha kienu tajbin dawk iz-zmenijiet.  Kont soqtu, kien trotter ta’ veru.  U ghidt lil Louis “Dan jekk hu trotter tajjeb ninnegozjaw mas-sid ghall-prezz biss.”  U mill-ewwel qbilna mas-sid u xtrajnih.


Mistoqsija:  Kif kien il-moral taz-ziemel?


Twegiba:  Il-moral tieghu kien tajjeb hafna u kellu qalb kbira.  U baqa’ hekk ghax baqa’ jirbah sal-ahhar.  Xi ftit qabel ma waqaf jigri kien wegga’ u rritorna jigri wara xi sitta’ jew seba’ xhur.  Malli hrigtu irbaht tlett tigrijiet.


Mistoqsija:  Tista’ tirrakkuntali xi stejjer dwar tigrijiet memorabbli li ppartecipa fihom Neronien?


Twegiba:  Mela, fl-ewwel Gran Finali ta’ Farsons (dik tal-1988), l-ghajta kien Neloup.  Lil kull min tistaqsi min se jiehu l-ewwel, ighidulek Neloup.  U z-ziemel tieghu kien zewg klassijiet l-isfel minn Neloup. 


Neronien kien rebah tigrijiet tajba bhal Neloup.  Fil-finali niftakarni nghid bejni u bejn ruhi “Issa hawn qeghdin – mieghu (ma’ Neloup) se nkunu.”  U skappajt fuq quddiem u x’hin gejna fl-ahhar hamsa-sitt mitt metru, dort u nara sidra bajda (karatteristika ta’ Neloup).  U meta rajt lil Neloup gej u s-sewwieq tieghu James Carabott ihares lura, ghidt “Kif se jghaddi minn mieghi!”. 


X’hin dorna l-ahhar kurva, Neloup attakka lil Neronien, izda x’hin missejtu bil-frostin rega’ ha, u zied fil-velocita’ mill-gdid.  X’hin gie biex jerga’ jattakani, z-zwiemel gew ras’imb’ras u Neronien kien qed jigri qisu ghal hajtu, jigri jferfer rasu u jraqqad widnejh.  Qeghda fil-video.  U kif dhalna fid-dritt ghidtlu “Issa ma tghaddinix” u qbadt insuq u hadna l-ewwel. 


Ix-xena fl-ahhar sprint kif Neloup gie ras’imb’ras ma’ Neronien kienet wahda impressjonanti.  Neronien kien qed ihares lejn Neloup, u fl-istess hin jigri u jraqqad widnejh.  Kont naf li meta kien iraqqad widnejh, iz-ziemel kien ikun hyper, aggressiv.


Kont inrbaht Bookmakers u Grand Finali ta’ Farsons fl-ewwel sena, u mbaghad ergajt hadt Gran Finali ta’ Farsons u Bookmakers ohra.


Fit-tieni Gran Finali ta’ Farsons, kont ghaddejt lil Mancini ta’ Karmnu ta’ Haz-Zebbug.  Kien ziemel qalbieni wkoll li kien imur fuq quddiem, ziemel tajjeb hafna li ma kienx fl-aqwa tieghu mija fil-mija izda kien rebah xi tigrijiet ukoll.


Tabilhaqq hsibt li l-intervista ma’ Emmanuel Fenech kienet iqsar milli fil-fatt kienet.  Ghalhekk, ghal ragunijiet ta’ spazju, se naghtu daqqa t’ghajn lejn l-ahhar parti fl-edizzjoni li jmiss.


Nawgurawlkom zewg laqghat eccitanti fil-jiem li gejjin.