Saturday 29th March 2014
It-12 u t-13-il laqgha tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – it-30 u l-31 ta' Marzu

minn Magnat



Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel matul il-granet li gejjin, wahda nhar il-Hadd 30 ta’ Marzu u l-ohra nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu (festa pubblika ta’ Jum il-Helsien), biz-zewg laqghat jibdew fis-1.45pm u bi tmien tigrijiet f’kull wahda.


Dawn iz-zewg laqghat huma ddominati b’avveniment kbir – il-bidu tat-Tazza l-Kbira Bank of Valletta ghal zwiemel tat-trott ta-klassijiet Premier u Gold tan-nazzjonalitajiet kollha fuq id-distanza klassika ta’ 2,640m b’bidu bil-karozza.


Dan l-avveniment huwa anki iktar storiku din is-sena peress li jahbat it-80 anniversarju mill-ewwel darba li nzammet fih, cioe’ rebha tal-Franciz Frise Poulet f’April 1934. 


Ghalkemm dan il-kampjonat ghadda minn fazijiet li fih ma nzammx ghal raguni jew ohra, per ezempju matul is-snin tal-gwerra u mbaghad b’mod partikulari fis-snin disghin u fl-ewwel snin ta’ dan is-seklu, huwa rega’ gie ntrodott b’entuzjazmu fl-2008 u minn dak iz-zmien inzamm kull sena bic-celebrazzjonijiet li jixraqlu bhala l-aqwa kampjonat f’Malta fil-qasam tat-trott.


F’etajiet ta’ bejn 7 u 14-il sena, il-kontestanti ta’ din is-sena gejjin minn tmien pajjizi, l-Belgju, d-Danimarka, Franza, l-Germanja, l-Italja, l-Olanda, l-iSvezja u l-Istati Uniti.  L-akbar contingent huwa Franciz bi 30 partecipant, segwit mill-iSvezja bi 17, il-Germanja b’5 u l-Italja bi 2, bil-pajjizi l-ohra jkollhom partecipant kull wiehed.


Ghal darb’ohra l-kampjonat se jkun maqsum fi tlett fazijiet izda b’xi differenzi fil-fazijiet ta’ kwalifika.  It-58 partecipant huma maqsuma f’hames heats, tlieta ghal nhar il-Hadd u t-tnejn li jifdal jinzammu matul il-laqgha ta’ nhar it-Tnejn bil-partecipanti jvarjaw bejn 10 u 13 f’kull heat.  L-ewwel sitta minn kull wahda jghaddu ghat-tlett semi-finali li se jinzammu gimghatejn ohra.


L-ewwel heat hija kkaratterizzata b’numru ta’ debuttanti jew zwiemel pjuttost godda.  Poulot des Cinty, Perceval, Chiara Sisu, Petunia du Pont, Tap Dance u Quiet Way kollha tellqu 3 darbiet jew inqas f’Malta s’issa, filwaqt li ghandna zewg debuttanti assoluti, t-tnejn zwiemel imsewwija ta’ 11-il sena, l-Belgjan Vitas u l-Franciz Pegelas.  Dawn se jinghaqdu mar-rebbieh tal-Prix de Vincennes u tat-Tazza tal-President tal-passat Mont Cenis Honey, id-detentur prezenti tat-Tazza tal-President Gently di Poggio, Madam di Poggio (li spiccat fit-tielet post fl-Equestrian Festival tal-2013 u rebhet dan l-ahhar) u Onyx Lucernais.


It-tieni heat tara r-rebbieha tal-Kampjonat tas-Sajf tal-klassi Premier Shakira Trot, ir-rebbieh ta’ diversi kampjonati fil-passat Arnie Sensation, Zalgado Transs R li ghandu rebha u erba’ pjazzamenti fis-sitt tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, u z-zwiemel maghrufa Poppes Fighter, Pacha de la Frette, Olry Meslois, Carnegie Hall u Ourasi Diams. 


Ghandna wkoll tlett debuttanti Francizi, cioe’ z-ziemel imsewwi ta’ 9 snin Royal Pierre, z-ziemel imsewwi ta’ 11-il sena Prieure’ (li kellu stagun mill-isbah fi Franza s-sena l-ohra) u l-istalljun ta’ 11-il sena Polisson Wood.


Dan ta’ l-ahhar huwa miktub bl-oghla punti ta’ handicap ghad-debuttanti f’Malta.  Huwa rebah 314,315 ewro barra minn xtutna, permezz ta’ 8 rebhiet u pjazzamenti numeruzi.  Huwa ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’0 (Mejju 2009) fuq 2,100m.  Fi Franza ppartecipa f’diversi tigrijiet bi premjijiet ta’ flus ta’ 70,000 ewro jew aktar, bl-iktar rebha prestigjuza tieghu probabbli tkun il-Prix de Quimper (premjijiet ta’ flus totali ta’ 75,000 ewro) f’Novembru 2009, izda kellu wkoll xi pjazzamenti brillanti, bhal meta spicca fit-tieni post fil-Prix Jean-Rene’ Gougeon (Grupp 3 – 95,000 ewro) f’Jannar 2011, it-tnejn f’Vincennes fuq id-distanza ta’ 2,100m.  Fl-ahhar sentejn (2012-13) ma tellaqx gewwa Franza izda minflok fl-Olanda u l-Germanja fejn irregistra numru ta’ pjazzamenti.


It-tielet heat hija kkaratterizzata mir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno tal-passat Zilver Boko, d-detentur tal-Prix d’Enghien Oolong, ir-rebbieh tal-Kampjonat Assikura tal-passat Argus Hanover, Cloria Victis, rebbieh dan l-ahhar u detentur ta’ pjazzamenti tajba fil-finali kemm tat-Tazza tal-President kif ukoll tat-Tazza VOB, The Bad Rock, li spicca fit-tieni post fil-finali tat-Tazza tal-President, r-rebbieh ta’ dan l-ahhar Pouloud Keroc’h u ziemel li spicca fit-tieni post recentement Pat de Fontaine, kif ukoll iz-zwiemel validi Over Oaks, Quintet, Oran, Midnight Passion, True Q u P.A. Surprise.


Imbaghad nhar it-Tnejn, ir-raba’ heat hija kkaratterizzata b’xejn inqas minn erba’ debuttanti, cioe’ z-ziemel Svediz imsewwi ta’ 8 snin Ego Sanna, z-ziemel Franciz imsewwi ta’ 10 snin Quirio Charm u z-zwiemel Francizi msewwija ta’ 11-il sena Papy de la Potel u Precieux Perrine.


Dan ta’ l-ahhar huwa miktub bl-oghla punti ta’ handicap ghad-debuttanti f’Malta.  Huwa rebah  440,632 ewro barra minn xtutna, permezz ta’ seba’ rebhiet u diversi pjazzamenti.  Huwa ghandu l-ahjar hin ta’ 1’12’9 (Ottubru 2012) fuq 2,175m fil-prestigjuz Prix Reynolds.  Partecipant f’diversi tigrijiet bi premjijiet ta’ flus total ta’ 100,000 ewro jew aktar, l-aktar tigrijiet kompettivi li rebah kienu l-Prix de Sucy (total ta’ premjijiet ta’ flus ta’ 80,000 ewro), l-Prix de Chalons En Champagne (75,000 ewro) u l-Prix de Pontchateau (72,000 ewro) kollha f’Vincennes fuq id-distanza ta’ 2,850m, bejn Jannar u Frar 2011.  L-ahjar pjazzament tieghu s-sena l-ohra kien il-hames post fl-ahhar tigrijiet tieghu fi Franza f’Awwissu fil-Prix de l’Hotel de Ville gewwa Enghien (2,900m) – tigrija mirbuha minn debuttant iehor fi tmiem din il-gimgha, cioe’ Prieure’.


Dawn se jiffaccaw kompetizzjoni iebsa komposta mir-rebbieh ta’ dan l-ahhar tal-Kampjonat Assikura ghall-klassi Gold Phenix de la Roque, ziemel li kellu rebha dan l-ahhar u li kien rebah il-kampjonat tal-Harifa Cassar Petroleum fil-passat Troy Boshoeve, r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Oltedo de Rieux u Nevaio des Bordes u z-zwiemel solidi Opal Hall, Quelino d’Amour, Totti T. Dream u Vanmaker Limburgia.


L-ahhar heat mhi xejn inqas, bil-partecipazzjoni tad-detentur attwali tat-Tazza l-Kbira, Nabab du Chatelet (li spicca t-tieni l-gimgha l-ohra), d-detentur tal-kampjonat tal-klassi Premier fl-Equestrian Festival u rebbieh dan l-ahhar Absolut Spender, ir-rebbieh ta' dan l-ahhar Vejby Boom, u z-zwiemel tat-trott maghrufa Uncle Joe's Jet, Bonus Kall, Mark de Chamant, Made In Hoff, Original Blue, Olympien Major u Sultan November.


Hames gruppi ta’ zwiemel tassew mill-aqwa!


Nirringrazzjaw ukoll minn qalbna lill-Bank of Valletta talli gentilment geddu l-konnessjoni taghhom tal-passat mat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ l-aktar kampjonat tat-trott prestigjuz, it-Tazza l-Kbira.


Apparti din l-attrazzjoni ewlenija t-tigrijiet ta’ tmiem din il-gimgha jinkludu xi attrazzjonijiet ohra.  Fil-fatt ghandna zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Gold nhar it-Tnejn fuq id-distanza qasira ta' 2,140m.  L-ewwel wahda tinkludi zewg debuttanti Francizi, dak ta’ 10 snin Quo de Clerlande u dak ta’ 9 snin Riourik, diversi zwiemel li gejjin minn pjazzamenti tajba bhal Quarborandum, Means Nothing, Quipson, Net de Ginai u Energy Launcher, fost il-11-il partecipant li huma kollha validi.


Fost l-14-il partecipant, it-tieni tigrija tinkludi r-rebbieha ta’ dan l-ahhar Quiz du Lys, Pile Ou Face u Happiness Photo, diversi zwiemel li ppjazzaw tajjeb dan l-ahhar, bhal Pan des Couperies, Orage du Pont, Presidential, Noble d’Ete’, Quid d’Aliermont  Xray Hornline, fost il-partecipanti validi kollha.  Il-Franciz ta’ 10 snin Quermes Rush mistenni wkoll li jiddebutta f’din it-tigrija.


Il-bqija tat-tigrijiet tat-trott huma dawk normali ghall-klassijiet l-ohra, cioe, Silver, Bronze u Copper kollha fuq id-distanza ta' 2,140m, bl-iSvediz Miskos Abies mistenni jiddebutta fil-klassi Bronze.


Ghandna wkoll tigrija tal-galoppfuq l-itwal distanza tat-tigrijiet tal-galopp f’Malta, cioe’ 2,250m.  Ghalkemm fiha biss 4 partecipanti, dawn jinkludu zewg rebbieha tal-Mediterranean Derby tal-passat, Kimberley Downs u Buttermilk, Ollie Fliptrik li gej minn tlett pjazzamenti tajba u l-Malti Bon Santos li qed jaghmel ir-ritorn tieghu wara nuqqas ta’ sitt xhur mit-tigrijiet.


U b’hekk it-Tazza l-Kbira regghet maghna mill-gdid.  L-istilla assoluta tal-istagun tat-tigrijiet ta-trott.  Il-finali li r-rebbieh taghha tassew jisthoqqlu l-isem ta’ Campjin, l-ekwivalenti f’Malta tal-Prix d’Amerique fi Franza, l-Elitlopp fl-iSvezja u l-Gran Premio Lotteria d’Agnano fl-Italja.  Certi li t-80 anniversarju ta’ din it-tazza jipprovdi giri brillanti u finali li ma tintesiex – l-ewwel wahda fir-raba’ sena ta’ decennju sa mis-sena 1974 (meta ntrebhet minn Urbain L), ghaliex ghal diversi ragunijiet din ma saritx, fl-1984, l-1994 u l-2004.  Il-countdown beda  ...  


L-ahhar Laqghat


L-attrazzjonijiet ewlenin tal-ahhar zewg laqghat kienu jikkonsistu l-aktar fil-finali tal-Kampjonat Assikura ghal zwiemel tal-klassi Bronze fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m, erba’ semi-finali mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver fuq l-istess distanza (l-ewwel tliet minn kull wahda kkwalifikaw ghall-finali), zewg tigrijiet splendid tal-klassi Premier fuq l-itwal distanza tat-tigrijiet tat-trott f’Malta, 3,140m, tlett tigrijiet interessanti tal-klassi Gold fuq l-istess distanza u tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq 1,750m.


Finali tal-Kampjonat Assikura ghall-klassi Bronze


Din il-finali kienet tassew dimostrazzjoni ta’ supremazija ghaz-ziemel tat-trott Svediz ta’ 9 snin Julian Port misjuq minn Rodney Gatt, li ha kmant immedjat fil-bidu tat-tigrija u zammu matul it-tigrija kollha.  Ghal hafna mit-tigrija huwa kien segwit minn Obscur de Busset u minn Willesden Hanover, izda fid-dritt tal-faccata rajna l-avvanz kuragguz ta’ Take Out Blue fuq in-nahat ta’ barra li wasal qrib taz-ziemel ta’ quddiem madwar 600m mit-tmiem.


Madankollu f’dan l-istadju Julian Port sab energija gdida u zied il-velocita’ tieghu matul l-ahhar 300m sabiex kiseb it-tieni rebha tal-istagun u matul il-karriera tieghu f’Malta, biex b’hekk rebah dan il-kampjonat fl-aqwa hin tieghu fostna ta’ 1’16’0 fil-kilometru, tul quddiem l-istess Take Out Blue segwit minn Quero des Erablais u Willesden Hanover.


Wara t-tigrija s-Sur Andrew Grech, Direttur Manigerjali ta’ Assikura Insurance Brokers Limited, ipprezenta t-trofew u l-premju lis-sid u lis-sewwieq ta’ Julian Port.


Klassi Premier


Diversi zwiemel, bhal Quiet Way u Poppes Fighter fost l-ohrajn, kienu fuq quddiem fl-ewwel dawra tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar l-Erbgha.  Madankollu zewg kilometri mit-tmiem, rajna lil Pat de Fontaine jiehu l-kmant wara li qabez lil Quiet Way, b’dan ta’ l-ahhar jirripondi tajjeb billi rega’ ha l-kmant ftit mijiet ta’ metri wara.


Fl-ahhar dawra, l-partecipanti kienu ghadhom fi grupp kumpatt u fid-dritta tal-faccata Ourasi Diams wettaq l-attakk tieghu u mar fuq quddiem 700m mit-tmiem.  Madankollu nofs dawra mit-tmiem, rajna tibdila ohra fuq quddiem, b’Pat de Fontaine mar-rejls u Oltedo de Rieux tnejn fuq barra jiehdu l-kmant ras’imb’ras.


Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien izda wara ftit metri tad-dritta Oltedo de Rieux wera li kien l-aktar ziemel b’sahhtu dakinhar, mar fuq quddiem u sprintja b’mod brillanti sat-tmiem sabiex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta xi tlett tulijiet u nofs quddiem Pat de Fontaine, segwit minn Over Oaks u Zalgado Transs R.  Il-hin tat-tigrija kien wiehed fantastiku ta’ 1’15’6 fil-kilometru, l-aqwa hin fuq id-distanza ta’ 3,140m minn mindu James de l’Iton irregistra r-rekord nazzjonali f’Novembru 2008.


Zewg debuttanti Francizi marru fuq quddiem mill-ewwel bil-bidu tat-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd, Perceval segwit minn Pouloud Keroc’h.  Dawra mit-tmiem ma dawn inghaqad Nabab du Chatelet jigri tnejn fuq barra.  Izda l-azzjoni ta’ veru waslet 350m mit-tmiem meta Nabab du Chatelet mar fuq quddiem izda kien segwit mill-ewwel minn Pouloud Keroc’H mar-rejls.


Dawn iz-zewg zwiemel ipprovdewlna sprint ras’imb’ras mill-isbah matul id-dritta tat-tmiem, li gie solvut biss mill-photofinish li ta r-rebha lid-debuttant Pouloud Keroc’h, imnieher quddiem Nabab du Chatelet, segwit minn Ohime Mag u The Bad Rock.  Il-hin tat-tigrija kien wiehed tajjeb ta’ 1’16’0 fil-kilometru.


Klassi Gold


Ygor of Pass kien fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tal-ewwel tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar l-Erbgha, izda madwar 1,200m mit-tmiem, Nevaio des Bordes tela’ tlieta fuq barra jaqbez ziemel wara l-iehor u wasal sar-raba’ post.  Madwar nofs dawra mit-tmiem, dan ta’ l-ahhar tela’ ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem u dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem f’linja wahda.


Madankollu ftit wara Nevaio des Bordes ipproduca sprint impressjonanti biex iddomina d-dritta tat-tmiem u kiseb is-sitt rebha tieghu f’Malta, tul quddiem Blizzard AD li spicca b’sahhtu, segwit minn Why Not As u Troy Boshoeve f’1’17’9 fil-kilometru.


Count of Life ha kmant bikri fit-tieni tigrija tal-klassi Gold u zamm fuq quddiem sa l-ewwel nofs tat-tigrija, sakemm inqabez minn Lost Photo.  Madankollu fid-dritta tal-faccata rajna sprint mill-isbah ta’ Pissaro fuq in-nahat ta’ barra, b’dan iz-ziemel jirnexxielu jmur fuq quddiem 750m mit-tmiem.


Fil-frattemp, Reader Jyl hareg tnejn fuq barra, attakka u wasal ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem, irnexxielu jiehu l-kmant 300m mit-tmiem u mbaghad sprintja b’mod impressjonanti sat-tmiem sabiex kiseb it-tielet rebha tieghu f’Malta tul u nofs quddiem Presidential li spicca b’sahhtu, segwit minn Count of Life u Pissaro f’1’18’3 fil-kilometru.


Regent de Tillard ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Gold ta’ nhar il-Hadd, kmant li zamm sad-dritta tal-faccata meta Means Nothing qabez liz-ziemel ta’ quddiem u kien l-ewwel ziemel li dahal fid-dritta tat-tmiem.  Madankollu f’dak l-istadju Net de Ginai (erbgha fuq barra) u Pile Ou Face (tnejn fuq barra) splodew fi sprint micidjali biex ikkontestaw l-ahhar metri bejniethom.


Pile Ou Face kien l-aktar ziemel b’sahhtu, sabiex mar fuq quddiem 100m mit-tmiem u kiseb it-tielet rebha stagjonali tieghu u s-seba’ wahda f’Malta f’1’17’5 fil-kilometru, tul quddiem l-istess Net de Ginai, segwit minn Quintet du Vivier u Means Nothing.


Semi-finali mir-Ray Auto Dealer Challenge Cup (klassi Silver)


Obelix Molgard ha l-kmant fil-bidu tal-ewwel semi-finali, kmant li zamm b’mod komdu sad-dritta tat-tmiem.  Madankollu hekk kif iz-zwiemel dahlu fid-dritta z-ziemel ta’ quddiem sofra l-attakk determinat ta’ xejn inqas minn tlett zwiemel, Ollico Pellios – tnejn fuq barra, Command Coger – tlieta fuq barra u Zizazimoko fuq in-nahat ta’ barra nett.


Command Coger kien l-aktar ziemel b’sahhtu minnhom ilkoll, ha l-kmant fl-ahhar 100m u kiseb is-seba’ rebha tieghu f’Malta f’1’16’0 fil-kilometru, tul quddiem Ollico Pellois, segwit mill-finalista l-ohra Zizazimoko.  Obelix Molgard seta’ biss jispicca r-raba’.


It-tieni semi-finali ftit kellha storja hekk kif Quioco Dry mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija, segwit minn Roma M u diversi zwiemel ohra.  Minkejja l-attakki taz-zwiemel l-ohra fid-dritta tal-faccata, dawn iz-zewg zwiemel fil-fatt ziedu l-velocita’ taghhom fl-ahhar 700m u s-sitwazzjoni kompliet hekk sat-tmiem, bi Quioco Dry jispicca rebbieh komdu ghat-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet rebha tieghu f’Malta f’1’17’2, tul u nofs quddiem Roma M, segwit fil-finali minn Pirate d’Urzy.  Panda des Fleches spicca r-raba’.


Ringo Flower mar fuq quddiem fil-bidu tat-tielet semi-finali, segwit mill-qrib minn Quid de la Muette u zwiemel ohra.  Fid-dritta tal-faccata, Quarborandum avvanza sabiex wasal ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem, ghal darb’ohra segwit mill-qrib minn Quid de la Muette.


Dan ta’ l-ahhar wettaq l-attakk tieghu tlieta fuq barra fil-bidu tad-dritta tat-tmiem, mar fuq quddiem f’nofs id-dritta u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet wahda tiefhu f’Malta fl-ahjar hin ta’ dawn is-semi-finali (1’15’8 fil-kilometru), aktar minn tul quddiem Ringo Flower, segwit minn Law Suit li ghadda wkoll ghall-finali.  Quarborandum spicca fir-raba’ post.


Fil-fazijiet bikrija tal-ahhar heat il-kmant bidel l-idejn diversi drabi, b’Udice Boko jmur fuq quddiem wara madwar nofs dawra segwit minn Niffi u z-zwiemel l-ohra fi grupp kumpatt.  Madankollu d-dritta tal-faccata ghal darb’ohra pprovdiet hafna attivita’ b’Bankir Zon jiehu l-kmant madwar nofs dawra mit-tmiem, segwit mill-qrib minn Partner Blue.


Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien, izda Partner Blue malajr ha l-kmant u mbaghad ikkontrolla l-bqija tat-tigrija b’mod komdu u rebah it-tieni tigrija konsekuttiva u stagjonali tieghu f’1’17’3 fil-kilometru, madwar tlett tulijiet u nofs quddiem Quatre de Coeur, b’Mr Snowman ikun l-ahhar ziemel li jikkwalifika ghall-finali.  Bankir Zon spicca r-raba’.


Tigrija tal-galopp tal-Klassi A


Diamante Grande ha kmant bikri fit-tigrija tal-galopp tal-Klassi A fuq 1,750m, izda wara biss 400m huwa nqabez minn Mr Roxy Music bil-favorit Pearl Storm immedjatament warajh.  Izda 700m mit-tmiem Pearl Storm attakka liz-ziemel ta’ quddiem u ha l-kmant b’mod komdu, biex minn hemm baqa’ sejjer biex iddomina l-ahhar parti tat-tigrija u kiseb it-tielet rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu xi tlett tulijiet u nofs quddiem Ollie Fliptrik segwit minn Cheeky Jack, f’hin ta’ 1’47’62.


Nota tal-ahhar


L-ideja tieghi kienet li din il-gimgha nikludu wkoll it-tielet u l-ahhar parti tal-intervista ma’ s-Sur Emmanuel Fenech rigward iz-ziemel leggendarju mill-passat, Neronien.  Madankollu ghal ragunijiet ta’ spazju, minhabba d-dettall li kif xieraq tajna lill-heats tat-Tazza l-Kbira u lid-diversi attrazzjonijiet fil-korsa tal-Marsa l-gimgha l-ohra, qed nipposponu l-ahhar parti ta’ din l-intervista ghall-edizzjoni tal-gimgha d-diehla.


Nawgurawlkom zewg laqghat ecitanti fil-granet li gejjin.