Thursday 15th May 2014
It-22 u t-23 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Is-16 u t-18 ta’ Mejju

minn Magnat



Se jinzammu zewg laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel matul dan it-tmiem il-gimgha, l-ewwel nhar il-Gimgha bil-bidu fis-6.30pm u mbaghad nhar il-Hadd bit-tigrijiet jibdew fis-1.45pm.   Dawn huma zewg laqghat ta’ tigrijiet twal riservati ghal tigrijiet tat-trott b’10 tigrijiet nhar il-Gimgha u 11 ohra nhar il-Hadd, cioe’ xejn inqas minn 21 tigrija matul tmiem il-gimgha.  Id-distanza tat-tigrija hija dik qasira ta’ 2,140m.


It-tlett attrazzjonijiet ewlenin ta’ dan it-tmiem il-gimgha jikkonsistu:


(i) fil-bidu tal-kampjonati Le Trot (kemm il-Gimgha kif ukoll il-Hadd) riservati ghal zwiemel tat-trott Francizi u sponsorjat mill-SECF – l-assocjazzjoni tat-tigrijiet tat-trott Franciza;


(ii) tigrija “normali” tal-klassi Premier li se tinzamm nhar il-Hadd; u


(iii) l-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa li se jinzamm nhar il-Gimgha. 


Dawn il-laqghat huma wkoll ikkaratterizzati bin-numru kbira ta’ zwiemel goda li mistennija jaghmlu d-debutt taghhom fihom; xejn inqas minn 34.  Jekk dawn kollha jaghmlu l-ewwel dehra taghhom f’Malta, n-numru totali ta’ debuttanti s’issa f’din is-sena jlahhaq ic-cifra mpressjonanti ta’ 160, li aktar minn 100 minnhom huma Francizi.


Izda ejja nibdew f’ordni bil-maqlub ghal darba.


Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa


Bi pjacir naghtu merhba kaloruza lil 11-il sewwieq femminili li qed izuruna u li jinsabu f’Malta sabiex jiehdu sehem (flimkien mar-rapprezentanta Maltija) fil-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa li se jinzamm matul il-laqgha ta’ nhar il-Gimgha.


Dan il-Kampjonat huwa sponsorjat minn Equality u mill-Kunsill Malti ghall-iSport (u nirringrazzjaw sincerament lilhom it-tnejn ghas-support taghhom) u jikkostitwixxi versjoni ikbar tat-Tigrijiet Internazzjonali ghal sewwieqa nisa li nzammu fl-2011 u l-2012.


It-12-il partecipant gejjin minn 9 pajjziz Ewropej differenti, cioe’ d-Danimarka, l-Estonja, l-Finlandja, Franza, l-Italja, Malta, l-Olanda, s-Slovenja u l-iSvezja, bl-etajiet taghhom ivarjaw bejn 25 u 63 sena, biex b’hekk ikollna tahlita interessanti ta’ esperjenzi kemm rigward it-tul ta’ zmien li ilhom isuqu, l-pajjizi li fihom joperaw ecc.


Dawn il-partecipanti huma:


Danimarka:  Charlotte Berg


Estonja:  Natalia Abdalla


Finlandja:  Heli Kantonen-Heikkila u Paula Rasanen


Franza:  Sophie Blanchetiere


Italja:  Ilaria Vecchi


Malta:  Laura Cunningham


L-Olanda:  Samantha Stolker u Pamela Westgeest (rebbieha tal-ahhar Tigrija Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa li nzammet f’Malta fl-2012)


Slovenja:  Alenka Pirc


Svezja:  Patricia Gordin & Monica Sahlgren-Fromell


Huma se jkunu qed isuqu f’zewg tigrijiet, wahda riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Silver u l-ohra ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper.  Se ssir ceremonja tal-oghti tal-premjijiet wara kull tigrija fejn minbarra li tinghata tifkira lis-sewwieqa rebbieha, s-sidien tal-erba’ zwiemel li jippjazzaw se jircievu trofej kif ukoll ghata kommemorattiva mill-isbah ghaz-ziemel rebbieh.


Interessanti ninnutaw li f’dan il-kampjonat se jikkompetu wkoll zewg debuttanti fit-tappa tal-klassi Silver, cioe’ l-Franciz ta’ 9 snin Roc Magister u t-Taljan ta’ 6 snin Over Del Sole.


Ir-rebbieha ta’ dan il-kampjonat se tkun determinate abbazi tan-numru assolut ta’ punti miksuba mill-partecipanti miz-zewg tigrijiet.  Il-punti huma 20 ghar-rebbieha ta’ tigrija, 16 ghal min tispicca fit-tieni post, 12 ghat-tielet post u 10 ghar-raba’ post, bil-bqija tal-punti jinzlu b’wiehed ghal kull pjazzament sat-12-il post li jigi moghti 2 punti (jekk ziemel jigi skwalifikat f’tappa partikulari, is-sewwieqa tieghu tinghata punt wiehed biss ghal dik it-tappa).


Se tinzamm parata ta’ muturi li se jgorru s-sewwieqa rispettivi, s-sewwieqa partecipanti se jigu pprezentati lill-pubbliku (u jircievu rikordju tal-partecipazzjoni taghhom) u se jindaqq ukoll l-Innu Nazzjonali ta’ kull pajjiz rapprezentat.


Diversi mistednin distinti mistennija jkunu prezenti ghal dan l-avveniment, inkluzi l-Eccellenza Taghha l-Ambaxxatrici Amerikana Gina K. Abercrombie-Winstanley u l-Ambaxxatrici Olandiza l-Eccellenza Taghha Rita Dulci Rahman.  Is-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, l-Onor. s-Sur Chris Agius u c-Cermen tal-Kunsill Malti ghall-Isport l-Onor Dott Luciano Busuttil se jkunu qed jattendu wkoll ghal dan l-avveniment.


Niehdu wkoll l-opportunita’ li nfahhru l-inizjattiva tal-Malta Racing Club li jikkombina dan l-avveniment ma’ kawza gusta li ghandha laqta femminili.  Tabilhaqq, Europa Donna Malta (grupp ta’ Support ghall-Kura tas-Sider) gie mistieden sabiex ighin biex iwassal aktar taghrif dwar il-kancer tas-sider fost in-nisa – minghajr dubju missjoni tassew ta’ min ifahharha li ghandha l-ghan li ssalva l-hajja, specjalment fid-dawl tal-livell ta’ incidenza tal-kancer tas-sider.


Ghaldaqstant, minghajr dubju dan il-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa huwa mimli sinifikat, mhux biss fir-rigward taz-zewg tigrijiet infushom izda wkoll rigward l-avvenimenti konnessi maghhom.  Ghal darb’ohra naghtu merhba sabiha lis-sewwieqa li qed izurna – jalla l-mawra taghkom f’Malta tkun wahda pjacevoli u nawguraw l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha (inkluza r-rapprezentanta taghna Laura Cunningham) u serata mill-isbah ghall-ispettaturi kollha.


Fl-ahharnett, xewqa zghira.  Jalla dan il-kampjonat u s-sewwieqa femminili li se jippartecipaw fih jinkoraggixxu aktar sewwieqa u gerrejja femminili sabiex jippartecipaw fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.  In-numru ta’ dawn is-sewwieqa u gerrejja ghadu wiehed pjuttost ristrett hawnhekk u nisperaw li avvenimenti bhal dawn ighinu sabiex jixghelu l-immaginazzjoni tat-tfajliet taghna rigward il-partecipazzjoni taghhom f’dan l-isport mill-isbah.


Dan jaghti wkoll sostenn ghax-xoghol sfieq li qed isir mill-Akkademja tat—Tigrijiet taz-Zwiemel tal-Malta Racing Club li l-isforzi mprezzabbli taghha zgur ghandhom jaghtu r-rizultati mixtieqa anki fir-rigward tal-promozzjoni ta’ aktar partecipazzjoni femminili fit-tigrijiet taghna.


It-Tigrija tal-klassi Premier


It-tigrija tal-klassi Premier ta’ nhar il-Hadd hija wahda “normali” izda li fiha nsibu 14-il partecipant bi kwalita’ sufficjenti li jaghmluha qisa finali.


Dawn jinkludu lil Prieure’ li ghadu frisk mit-twaqqif tar-rekord nazzjonali Malti gimghatejn ilu, r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-ohra Nabab du Chatelet, ir-rebbieh tat-Tazza tal-President Gently di Poggio, Zalgado Transs R li ghadu gej mill-hin eccellenti ta’ 1’13’0 u minn zewg rebhiet u erba’ pjazzamenti fl-ahhar sitt hargiet tieghu din is-sena, Oltedo de Rieux li ghadu kif spicca fit-tielet post fil-finali tat-Tazza l-Kbira BOV u xejn inqas minn erba’ zwiemel imsewwija li se jaghmlu d-debutt taghhom fost il-partecipanti kollha li huma mill-aktar validi, cioe’ l-Franciz ta’ 11-il sena Pronostic de Neige u dawk ta’ 10 snin Quito de l’Ormeau u Quouky Jet u l-iSvediz ta’ 9 snin Yanantin Boko.


Dan ta’ l-ahhar huwa miktub bl-oghla numru ta’ punti ta’ handicap ghal debuttant f’Malta.  Rebbieh ta’ xejn inqas minn SEK2,317,225 grazzi ghal 11-il rebha u hafna pjazzamenti, dan iz-ziemel ghandu l-ahjar hin ta’ 1’11’5 fil-kilometru registrat fl-2009 fuq distanza ta’ 1,609m.


Fost ir-rizultati l-aktar prestigjuzi tieghu fl-iSvezja, nsibu pjazzament fit-tielet post fl-iSvenskt Trav-Kriterium (Grupp I Nazzjonali) ghal zwiemel ta’ 3 snin fl-2008 mirbuh minn hadd hlief Maharajah, l-istess pjazzament fl-iSprinterMastaren Final (Grupp I Internazzjonali) ghal zwiemel ta’ 4 snin sena wara u fil-Breeders’ Crown ghal zwiemel ta’ 4 snin (Grupp I Nazzjonali) fl-istess sena, r-rebha tieghu fil-Gold division fl-2010 u l-pjazzament fit-tieni post fil-finali tal-Gold division fl-istess sena (Grupp II Internazzjonali).  Fost il-prestazzjonijiet tieghu din is-sena nsibu pjazzament fit-tieni post f’tigrija tal-Gold division fuq 2,140m u l-partecipazzjoni tieghu fil-prestigjuza finali Olympiatravet tal-Gold division (Grupp II Internazzjonali) fuq l-istess distanza mirbuha minn hadd hlief Sanity.  L-ahjar hin tieghu din is-sena huwa 1’12’2 fuq 1,640m (spicca l-hames) f’tigrija ohra tal-Gold division.


Heats tal-Kampjonati Le Trot


Din hija t-12-il sena ta’ dawn il-kampjonati, li l-ewwel edizzjoni taghhom kienet inzammet fl-2003.  Iz-zwiemel tal-klassijiet Gold, Silver u Bronze jidhlu fl-azzjoni f’dan it-tmiem il-gimgha, bil-bidu tal-Prix d’Enghien, il-Prix de Cabourg u l-Prix de Cagnes Sur Mer rispettivament.


Il-Prix de Vincennes (klassi Premier) u l-Prix de Caen (klassi Copper) se jibdew xi gimghatejn ohra b’dawn iz-zwiemel jidhlu fix-xena direttament fl-istadju tas-semi-finali.


Il-Prix d’Enghien


Izda nirritornaw ghal dan it-tmiem il-gimgha, d-59 ziemel tal-klassi Gold f’etajiet ta’ bejn 9 u 15-il sena huma maqsuma f’hames heats tal-Prix d’Enghien bl-ewwel erbgha minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.  Impressjonanti l-fatt li xejn inqas minn 13 minn dawn huma debuttanti.


L-ewwel heat tara zwiemel bhal Reader Jyl, Queen du Sablier u Quid de la Muette li kollha gejjin minn rebha f’wahda mill-ahhar tlett tigrijiet taghhom din is-sena, Pan des Couperies li ghandu xejn inqas minn sitt pjazzamenti konsekuttivi minn daqstant hargiet, Quintet, Quintet du Vivier u Quermes Rush b’zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom u z-ziemel imsewwi debuttant ta’ 10 snin Quartz Dancer.


Fit-tieni heat, Pile Ou Face diga’ rregistra xejn inqas minn erba’ rebhiet dan l-istagun, Ollico Pellois gej minn rebha u tlett pjazzamenti konsekuttivi fl-ahhar erba’ hargiet tieghu, Prince Gaillard gej minn rebha u tlett pjazzamenti fl-ahjar hames tigrijiet tieghu, Quioco Dry ghandu tlett rebhiet u hames pjazzamenti fl-ahhar tmien hargiet tieghu, Quel Homme spicca fit-tieni post fl-uniku harga tieghu f’Malta s’issa u Oscar Mati kellu l-istess pjazzament fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu.


Din il-heat tipprezentalna wkoll tlett zwiemel imsewwija bhala debuttanti, dak ta’ 11-il sena Prince d’Avril u dawk ta’ 10 snin Quito de Femisson u Quouky de Morgane.


It-tielet heat (li hija l-ewwel wahda tal-laqgha ta’ nhar il-Hadd) hija kkaratterizzata minn sitt zwiemel imsewwija debuttanti, dak ta’ 11-il sena Pacha de Bordes u dawk ta’ 10 snin Quarus de Levres, Quel Imprevu, Querido Tivoli, Quito Soyer u Quoikispass.  Fost il-partecipanti popolari l-ohra kollha nsibu zwiemel tal-kalibru ta’ Partner Blu rebbieh ta’ tnejn mill-ahhar tlett hargiet tieghu, u Milord Barbes, rebbieh tal-ahhar tigrija tieghu.


Imbaghad ikun imiss lil zwiemel bhal Quirinus Vrie, li ghandu rebha u pjazzament fl-unici zewg tigrijiet tieghu f’Malta s’issa, Qadjar Turgot li rebah l-uniku tigrija tieghu f’Malta sallum, Quest Mabon, Quitou Jim Park, Pissaro, Orion du Vaumicel u Nitesco d’Antony li lkoll gejjin minn pjazzament tajjeb matul l-ahhar xahar.  Naraw ukoll ir-ritorn ta’ Quel Noir wara nuqqas ta’ sitt xhur li fihom rega’ mar itellaq gewwa Franza u d-debuttant assolut Quicker Magoda.


L-ewwel heat hija kkaratterizzata minn numru ta’ zwiemel li dan l-ahhar kienu qed jigru fil-klassi Premier, bhar-rebbieh tal-kampjonat Assikura ghall-klassi Gold Phenix de la Roque, Quirio Charm, Pegelas u Oros de Reve (li qed jirritorna wara nuqqas ta’ xi xhur).  Zwiemel bhal Oolong u Quattru du Gite (li t-tnejn rebhu dan l-ahhar), Quio de Nappes, Nagano Phedo, u Oeillet de Phens (li gejjin minn pjazzamenti tajba fl-ahhar hargiet taghhom) urew forma tajba dan l-ahhar.


Jinghaqdu maghhom Prince de Blequin li rritorna xi xahrejn ilu wara assenza pjuttost twila u z-zwiemel imsewwija debuttanti ta’ 10 snin Qualisman u Quouing A Man.


Minghajr dubju l-hames heats kollha jinkludu listi ta’ zwiemel impressjonanti li jaghmluha tassew difficli li wiehed ibassar l-erba’ zwiemel li se jikkwalifikaw minn kull wahda, ahseb u ara r-rebbieha.  U dawn mhux biss mill-ezempji li rreferejna ghalihom hawn fuq izda wkoll mill-ohrajn kollha li huma zwiemel tat-trott mill-aktar validi, li huma kapaci ta’ prestazzjoni brillanti fil-gurnata taghhom.


Il-Prix de Cabourg u l-Prix de Cagnes Sur Mer


Il-Prix de Cabourg (klassi Silver) huwa mpressjonanti f’termini tan-numru ta’ zwiemel partecipanti, xejn inqas minn 93, f’etajiet ta’ bejn 7 u 15-il sena, maqsuma fi tmien heats li minn kull wahda l-ewwel erbgha jghaddu ghas-semi-finali.  Hmistax minn dawn huma debuttanti (l-aktar ta’ 9 snin).


Fost il-partecipanti, xejn inqas minn tlettax gejjin minn rebha f’wahda mill-ahhar tlett tigrijiet taghhom, inkluzi Rubis d’Olivier, Qumran de la Motte, Okapi des Dimes, Quiquafini, Ouest du Vivier, Rocky Mati, Paolin de Bannes, Poete de la Sarthe, Quo Vadis Phedo, Reveal Champ Blanc, Neo de Mira, Querido Censerie u Quid Pierre.


Ohrajn bhal Rocky de Jervi, Quim Itou, Quazoumax, Rapide du Matin, Quipson, Quome d’Avignere, Player du Mirel, Orion de Chapeau, Nophenio de Lune, Ouragan d’Any, Niky de Memartin, Quooper de Connee, Quo de Clerlande, Natif de Fontaine, Master Gede, Quarborandum, Regent de Tillard u Petit Pierricais dahlu f’din il-klassi dan l-ahhar wara li gew relegati mill-klassi Gold – xi whud minnhom jistghu tabilhaqq ikunu kompettivi f’dan il-livell.


Dan li gejjin huma d-debuttanti f’dawn il-heats: iz-zwiemel ta’ 10 snin Quad de Balesta u Quiton d’Ouxy u dawk ta’ 9 snin Remind de Luxlor, Rocking Gwen, Roc des Rayons, Rouble des Ducs, Reve du Solnan, Run Faster, Roi du Solat, Rio du Gers, Ramses de Tyrole, Reflexe de Crennes, Ricket Boy, Rayon de Soleil u Ravenovillais.


U dawn huma biss ezempji tal-kwalita’ prezenti f’dawn il-heats.  Minhabba n-numru kbir taghhom, huwa mpossibbli li nelenkaw il-partecipanti kollha izda lkoll huma zwiemel kompettivi li huma kapaci jqumu ghall-okkazjoni.


Il-Prix de Cagnes Sur Mer (klassi Bronze) huwa konfront bejn 60 ziemel tat-trott f’etajiet ta’ bejn 6 u 16-il sena maqsuma fuq hames heats bl-ewwel erbgha minn kull wahda jghaddu ghas-semi-finali.  M’ghandniex debuttanti f’din il-klassi.


Ghalkemm ghandna numru ta’ partecipanti li rregistraw prestazzjonijiet inkoragganti, ftit huma dawk li rnexxielhom jirbhu fl-ahhar hargiet taghhom.  Dawn jinkludu lil Pacha de Sassy, Obscur de Busset, Norfolk de Gouerie u Prince du Moutier.


Madankollu, dan il-kampjonat jista’ jissejjah il-kampjonat kwazi tal-klassi Silver ghaliex aktar minn terz tal-partecipanti zdiedu ma’ din il-klassi dan l-ahhar wara li kienu qed jigru fil-klassi Silver.


Tabilhaqq is-sahha tal-partecipanti m’hemmx dubju fuqha, fattur li jiggarantixxi kampjonat iehor mill-aktar ibbilancjat.


X’nistghu nzidu ma’ dak li ktibna hawn fuq?  Mhux wisq hlief li dan ghandu jfisser tmiem il-gimgha ta’ avvenimenti kbar fil-korsa taghna u nixtiequ zewg laqghat tassew pjacevoli lil kulhadd!


L-ahhar Laqgha


Ghadna kif konna qed naghtu merhba lis-sewwieqa femminili li se jikkompetu fil-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa nhar il-Gimgha.


Fl-ahhar laqgha kien qisu anki z-zwiemel taghna xtaqu jaghtu l-merhba taghhom lill-kollegi femminili taghna b’xi prestazzjonijiet brillanti mid-dwieb taghna (li huma f’numru ferm izghar minn dawk maskili).


Tabilhaqq, fit-tieni tigrija tal-klassi Bronze rajna anki r-rarita’ ta’ tmiem fejn l-ewwel erbgha kienu kollha dwieb, bir-rebha tmur ghal Grace Party, segwita mid-dwieb l-ohra Above Roland, Principessa Caf u Adream Wish, b’zewg dwieb jispiccaw l-ewwel u t-tieni rispettivament (Claudine segwita minn Megiddo) fit-tieni tigrija tal-kalssi Silver, Zandina Boshoeve rebhet it-tigrija tal-klassi Premier u Zizazimoko rebhet it-tielet tigrija tal-klassi Silver, filwaqt li Snubbelduns spiccat fir-raba’ post fl-ewwel tigrija tal-klassi Bronze u Made In Hoff spiccat fir-raba’ post fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold.


Din l-ahhar tigrija kellha wkoll laqta femminili ohra hekk kif intrebhet mis-sewwieqa rapprezentanta ta’ Malta fil-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa, Lorraine Cunningham, fuq P.A. Surprise.


Tassew il-mument xieraq ghal prestazzjonijiet fantastici bhal dawn!


Klassi Premier


Id-debba Chiara Sisu hadet il-kmant wara madwar 350m mit-tigrija tal-klassi Premier, b’din il-posizzjoni tibqa’ ma tinbidilx sad-dritta tat-tmiem, meta debba ohra Zandina Boshoeve sabet l-ispazju mehtieg sabiex tattakka, erbgha fuq barra u sprintjat b’mod meraviljuz matul id-dritta tat-tmiem kollha.


Midnight Passion ghamel l-istess fic-centru tad-dritta u dawn iz-zewg zwiemel ipprovdewlna sfida spettakulari jigru ras’imb’ras mifruda minn parti mill-wisa’ tal-korsa, b’Zandina Boshoeve fl-ahhar tkun ftit iktar veloci sabiex tirbah b’ras f’1’15’7 fil-kilometru, quddiem l-istess Midnight Passion, segwit minn Ego Sanna u Original Blue.


Din kienet it-tielet rebha konsekuttiva u r-raba’ wahda stagjonali (s-seba’ wahda f’Malta) ghal Zandina Boshoeve.


Klassi Gold


Our Dream ha kmant bikri fl-ewwel tigrija tal-klassi Gold, u rnexxielu jibqa’ fuq quddiem sad-dritta tal-faccata meta Nubi Lens avvanza post wara l-iehor grazzi ghal sprint mill-aqwa u rnexxielu jmur fuq quddiem 650m mit-tmiem.


Izda t-tigrija ma kenitx ghada spiccat ghax fid-dritta tat-tmiem rajna lil P.A. Surprise jisprintja b’mod meraviljuz tlieta fuq barra f’attentat assolut li jilhaq liz-ziemel ta’ quddiem, xi haga li rnexxielu jaghmel ftit metri mit-tmiem, sabiex baqa’ sejjer biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali u t-tieni wahda tieghu f’Malta, nofs tul quddiem l-istess Nubi Lens, segwit minn New Star D K u Made In Hoff f’1’14’8 fil-kilometru.


Laval mar fuq quddiem kmieni fit-tieni tigrija tal-klassi Gold, kmant li zamm sad-dritta tal-faccata meta rajna zieda fil-velocita’ mpressjonanti minn Lost Photo li kien qed jigri erbgha fuq barra, li rnexxielu jiehu l-kmant meta kien ghad fadal 600m.  Minn hemm ‘il quddiem it-tigrija ma kelliex aktar storja hekk kif Lost Photo sprintja b’sahhtu sat-tmiem sabiex kiseb it-tieni rebha stagjonali tieghu, f’1’15’9 fil-kilometru, zewg tulijiet u nofs quddiem Count of Life, segwit minn Versace Boko u Razor Shadow.


Finali ghat-Tazza San Frangisk


The Womanizer ha kmant bikri f’din il-finali ghal zwiemel tat-trott tal-klasi Copper, u rnexxielu jzomm il-vantagg tieghu sad-dritta tat-tmiem meta sofra l-isfida ta’ Pout de Quelaines misjuq minn Kerstin Galea.  Dan ta’ l-ahhar sprintja b’mod impressjonanti tlieta fuq barra, ha l-kmant 200m mit-tmiem u baqa’ sejjer sabiex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu, tul u nofs quddiem Ocean Gede li spicca b’sahhtu, segwit minn The Womanizer u Icare de Jemma.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’18’4 fil-kilometru.


Fi tmiem din il-finali, Patri Mario Attard O.F.M. Cap, l-ispirazzjoni wara dan il-kampjonat, u c-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat, mexxew ic-cerimonja ta’ prezentazzjoni ghal din il-finali.


Klassi Silver


L-ewwel tigrija tal-klassi Silver ipprovdiet it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali ghall-iSvediz Purple Hall li ha l-kmant madwar 1,200m mit-tmiem u zammu sal-ahhar, u sprintja wkoll tajjeb fid-dritta tat-tmiem sabiex rebah b’tul u nofs mid-debuttant Svediz Who’s My Daddy, segwit minn Navaho Simoni u Lonshults Erik, f’hin ta’ 1’15’9 fil-kilometru.


Imbaghad, sprint brillanti fid-dritta tat-tmiem kien strumentali biex ta lid-debba Svediza Claudine l-ewwel rebha taghha f’Malta, tlett tulijiet u nofs quddiem debba ohra Svediza, Megiddo, segwita minn Blott Tooma u Black Money Bir, f’1’16’5 fil-kilometru.


Id-dritta tal-faccata kienet il-mument kritiku fl-ahhar tigrija tal-klassi Silver f’liema stadju d-debba Olandiza Zizazimoko, rebbieha tar-Ray Auto Dealer Challenge Cup, attakkat liz-ziemel ta’ quddiem Lonestar Somolli b’mod determinat u marret fuq quddiem 700m mit-tmiem.  Zizazimoko zammet kontroll tat-tigrija minn hemm ‘il quddiem u baqghet sejra sabiex kisbet it-tieni rebha stagjonali taghha f’1’16’9 fil-kilometru, tul quddiem Livi Dida, segwit minn Udice Boko u Livi Champion.


Rizultati ta’ testijiet tad-doping


Dan l-ahhar il-Malta Racing Club ircieva r-rizultat ta’ test tad-doping iehor li ttiehed fl-2014.  Prosit tassew lis-sidien u lit-trejners ta’ Nagano Phedo, li spicca fit-tielet post f’tigrija tal-klassi Gold f’April, u li r-rizultat tieghu kkonferma li kien nadif minn sustanzi projbiti.


Unur tas-Sewwieq tax-Xahar – April


Is-Sewwieq tax-Xahar ghal April huwa Julian Farrugia, li rebah dan l-unur abbazi tal-hames rebhiet u sitt pjazzamenti li rregistra matul dak ix-xahar mis-17-il tigrija li ppartecipa fihom matul dak ix-xahar.

Ir-rebhiet ta' Julian waslu fuq Oran (fis-semi-finali tat-Tazza l-Kbira BOV), Ironbar (klassi Gold), Rasting Celina (darbtejn fil-klassi Silver) u Quattro du Gite (fil-klassi Silver ukoll).

Il-pjazzamenti tieghu kienu fuq Madam di Poggio (fis-semi-finali tat-Tazza l-Kbira BOV), Utah Hornline (fil-klassi Premier), Quio de Nappes (darbtejn fil-klassi Gold), Veikko Hornline (fil-klassi Gold) u Ironbar (fil-klassi Silver).  Infakkru wkoll il-pjazzament fil-hames post li kiseb fuq Oran fil-finali tat-Tazza l-Kbira BOV.


Prosit tassew Julian!


Niehdu wkoll l-opportunita’ li nirringrazzjaw lil M. Demajo (Wines & Spirits) Ltd, permezz tad-ditta taghhom Johnnie Walker talli gentilment issupportjaw din l-inizjattiva mill-gdid, billi sponsorjaw l-edizzjoni ta’ dan l-unur ta’ dan ix-xahar.


Mitejn Sekonda


Bl-attrazzjonijiet kollha li mistennija jinzammu fil-korsa tal-Marsa matul dan it-tmiem il-gimgha u li komprejna f’dan l-artiklu, ghal ragunijiet ta’ spazju se nieqfu hawn ghal-lum u se niehdu appuntament ghall-gimgha d-diehla ghall-parti li taghlaq il-“feature” fuq it-Tazza l-Kbira li bdejna fl-ahhar edizzjonijiet.


Nawgurawlkom zewg laqghat ohra pjacevoli f’dan it-tmiem il-gimgha.