Sunday 25th May 2014
It-22 u t-23 laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel 2014 – Is-16 u t-18 ta’ Mejju

minn Magnat


Nhar il-Hadd li gej se tinzamm laqgha ohra tat-tigrijiet taz-zwiemel bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.45pm.  Din hija laqgha ta’ tigrijiet maratona ta’ 11-il tigrija bid-distanzi tat-tigrijiet jkunu dawk ta’ 2,140m u 2,640m.


L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ din il-laqgha jikkonsistu f’zewg semi-finali mit-Tazza Sette Giugno riservati ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m u zewg tigrijiet “normali” ta’ kwalita’ tal-klassi Gold fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m (li hija wkoll id-distaza tat-tigrijiet l-ohra kollha).


Apparti dan, se jkollna wkoll il-prezentazzjoni tal-Unur tas-Sewwieq tax-Xahar ghal April (gentilment sponsorjat minn M. Demajo Wines & Spirits Limited permezz tad-ditta taghhom Johnnie Walker) lil Julian Farrugia.  Prosit tassew Julian!


Tazza Sette Giugno


Issa fis-sitt edizzjoni taghha (l-ewwel edizzjonijiet kienu jissejjhu “MRC Premier Trot”), dan il-kampjonat huwa riservat ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Premier tan-nazzjonalitajiet kollha (hlief zwiemel tat-trott Francizi li qed jikkompetu fil-kampjonat Le Trot tal-Prix de Vincennes riservat ghalihom).


F’dawn is-semi-finali nsibu 20 partecipant f’etajiet ta’ bejn 7 u 13-il sena maqsuma b’mod ugwali fuq zewg semi-finali, li 15 minnhom gejjin mill-iSvezja, 3 mill-Germanja u wiehed kull wiehed mid-Danimarka u l-Olanda.  L-ewwel hamsa minn kull semi-finali jghaddu ghall-finali li naturalment se tinzamm fil-festa pubblika tas-7 ta’ Gunju.


L-ewwel semi-finali tara lil Zandina Boshoeve li gejja minn tlett rebhiet konsekuttivi (erbgha s’issa din is-sena), Zalgado Transs R li gej minn zewg rebhiet u hames pjazzamenti, Utah Hornline u Vanmaker Limburgia li t-tnejn ippjazzaw darbtejn fl-ahhar tigrijiet taghhom, Midnight Passion, iz-ziemel relattivament gdid Yanantin Boko, l-finalist tal-BOV Tazza l-Kbira Poppes Fighter u r-rebbieh tal-Equestrian Festival Absolut Spender li kollha ppjazzaw tajjeb fl-ahhar xahrejn, kif ukoll ir-rebbieh tat-Tazza Sette Giugno fil-passat Zilver Boko u Rocky Composite.


Il-partecipanti fit-tieni semi-finali huma r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira BOV Cloria Victis li qed jirritorna ghall-giri wara r-rebha memorabbli tieghu, The Bad Rock li rebah u ppjazza darbtejn fl-ahhar erba’ tigrijiet tieghu, New Star D K li gej minn rebha u zewg pjazzamenti, P.A. Surprise li rebah l-ahhar tigrija tieghu, Sultan November li ppjazza darbtejn fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Opal Hall li spicca fit-tieni post fl-ahhar tigrija tieghu, Chiara Sisu li ppjazzat fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghha li rregistrat hin tajjeb hafna ta’ 1’13’5 fil-kilometru fuq 1,640m, Lage li gej minn pjazzament tajjeb fil-hames post u minn zewg hinijiet tajba ta’ 1’14’1 u 1’14’4 fil-kilometru fuq 1,640m u 2,140m rispettivament, kif ukoll iz-ziemel Svediz imsewwi ta’ 9 snin Brio, li se jaghmel id-debutt tieghu. 


Minghajr dubju lista mpressjonanti ta’ zwiemel, li hafna minnhom gejjin minn prestazzjonijiet promettenti.  Se tkun tassew taqtiegha mill-kbar ghal kull wiehed minnhom li jirbah jew anki li jghaddi ghall-finali!


Tigrijiet “normali”


Il-laqgha tinkludi wkoll zewg tigrijiet “normali” b’sahhithom tal-klassi Gold fuq id-distanza itwal ta’ 2,640m, b’lista ta’ 15 u 14-il ziemel rispettivament.


L-ewwel wahda tinkludi zwiemel f’forma tajba bhal Lost Photo li rebah darbtejn fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Oolong li rebah tit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar tieghu, Wies Buitenzorg li spiccat darbtejn fit-tieni post fl-ahhar tlett tigrijiet taghha, Nubi Lens – li spicca fit-tieni post fl-ahhar tigrija tieghu, r-rebbieh tal-kampjonat Assikura ghall-klassi Gold Phenix de la Roque, Made In Hoff li ppjazzat fl-ahhar tigrija taghha, Orion du Vaumicel u Nitesco d’Antony li t-tnejn ippjazzaw fit-tigrija ta’ qabel ta’ l-ahhar taghhom u diversi zwiemel ohra u diversi zwiemel ohra li kapaci jqumu ghall-okkazjoni.


It-tieni tigrija tinkludi zwiemel bhal Purple Hall li gej minn zewg rebhiet konsekuttivi, Razor Shadow b’zewg rebhiet u pjazzement fl-ahhar tlett tigrijiet tieghu, Partner Blue li rebah xi xahrejn ilu, Quio de Nappes u Versace Boko li t-tnejn ippjazzaw matul l-ahhar xahar u hafna zwiemel popolari ohra.


It-tigrijiet l-ohra huma tlieta ghall-klassi Silver, tlieta ohra ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze u wahda ghall-klassi Copper, kollha fuq id-distanza ta’ 2,640m.


Dawn huma kollha tigrijiet mill-iktar ibbilancjati b’hafna partecipanti f’forma tajba.  B’hekk per ezempju, it-tlett tigrijiet tal-klassi Silver jinkludu xejn inqas minn sitt zwiemel li rebhu fl-ahhar xahrejn, cioe’ Quirinus Vrie, Foot Stompin Music, Neo de Mira, Rocky Mati, Qumran de la Motte u Zizazimoko filwaqt li sitta ohra spiccaw fit-tieni post matul l-istess perjodu, cioe’ Blott Tooma, Record du Mexique, Ringo Flower, Love Heart, Regent de Tillard u Quooper de Connee.


Ghandna wkoll zewg debuttanti Svedizi ta’ 8 snin f’din il-klassi, cioe’ Aces Oliver u All American Class.


Ghalhekk, din hija laqgha ohra nteressanti, b’numru kbir ta’ tigrijiet, il-bidu ta’ kampjonat iehor tal-klassi Premier u diversi tigrijiet ohra “normali” li jinvolvu tahlita ta’ partecipanti popolari u debuttanti, hekk kif nibdew noqorbu lejn it-tmiem tal-ewwel parti tal-istagun.


L-ahhar Laqghat


L-ahhar zewg laqghat kienu mimlija attrazzjonijiet, bl-aktar tlieta mportanti jkunu il-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa, l-bidu tal-kampjonat Le Trot riservat ghal zwiemel tat-trott Francizi u tigrija ohra mill-aktar pjacevoli tal-klassi Premier. Dawn it-tigrijiet kollha kienu fuq id-distanza qasira ta’ 2,140m.


Interessanti wkoll li rajna numru ta’ sewwieqa barranin li kienu qed jiffurmaw parti mill-kontingenti tal-pajjizi partecipanti fil-Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa, li ppartecipaw fit-tigrijiet mizmuma matul dawn iz-zewg laqghat.


Kampjonat Internazzjonali ghal Sewwieqa Nisa


Il-Maltija Laura Cunningham fuq Monte Cinto Mag hadet kmant bikri fl-ewwel tappa (riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Copper), kmant li zammet sal-bidu tad-dritta tat-tmiem meta Hotchemin misjuq mill-Olandiza Samantha Stolker attakka b’sahhtu tlieta fuq barra u rnexxielu jmur fuq quddiem 200m mit-tmiem u mbaghad sprintja b’mod impressjonanti sabiex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu (l-hames wahda tieghu f’Malta), zewg tulijiet quddiem Nympheta de Bisoir (Ilaria Vecchi – Italja), Stormy Sand (Monica Sahlgren Fromell – Svezja), Monte Cinto Mag (Laura Cunningham – Malta) u  Monticello (Patricia Gordin – Svezja).  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’18’7 fil-kilometru.


Id-debuttant Taljan Over del Sole misjuq minn Taljana ohra, Ilaria Vecchi ha kmant bikri fit-tieni tappa (klassi Silver), u baqa’ fuq quddiem sad-dritta tat-tmiem meta gie taht attakk sever minn xejn inqas minn sitt zwiemel ohra.


L-iktar b’sahhitha minnhom kollha kienet Darling Sjohammar misjuqa mill-Estonjana Natalia Abdalla, li kienet qed tigri fic-centru tal-korsa, li baqghet sejra biex tikseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali taghha, tlett kwarti ta’ tul quddiem Love Heart (Sophie Blanchetiere – Franza), segwit mid-debuttant Roc Magister (Samantha Stolker – Olanda), Lucas Ness (Laura Cunningham – Malta) u Insomnia Grif  (Heli Kantennen Heikkila – Finlandja) f’dik l-ordni.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’17’5 fil-kilometru.


Ghalhekk ir-rebbieha ta’ dan il-kampjonat kienet Samantha Stolker tal-Olanda bi 32 punt, segwita minn Sophie Blanchetiere ta’ Franza b’24, Ilaria Vecchi tal-Italja fuq 23, l-Estonjana Natalia Abdalla b’21 punt u l-Maltija Laura Cunningham b’20 punt.


L-awguri taghna jmorru ghal Samantha Stolker ghar-rebh ta’ dan il-kampjonat.  L-ghotja tal-premjijiet saret mis-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport, l-Onor is-Sur Chris Agius, fil-prezenza tac-Cermen tal-Malta Racing Club Dott. Matthew Brincat, fost l-ohrajn.


Klassi Premier


Isalus ha kmant bikri fit-tigrija tal-klassi Premier izda huwa nqabez minn Lage wara l-ewwel 350m.  Madankollu l-azzjoni vera waslet fid-dritta tal-faccata hekk kif Yanantin Boko beda’ javvanza sakemm gie ras’imb’ras maz-ziemel ta’ quddiem madwar 500m mit-tmiem.


Dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien b’Yanantin Boko jmur fuq quddiem fil-bidu tad-dritta, izda f’dan l-istadju rajna lil Prieure’ jisprintja b’mod impressjonanti erbgha fuq barra u rnexxielu jaqbez lil Yanantin Boko fl-ahhar ftit metri, sabiex kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u stagjonali tieghu fl-aqwa hin stagjonali fuq din id-distanza s’issa ta’ 1’14’0 fil-kilometru, nofs tul biss quddiem l-istess Yanantin Boko, segwit mill-qrib minn Vanmaker Limburgia u Zalgado Transs R f’dik l-ordni.


Kampjonati Le Trot – Prix d’Enghien


Quozak Prior ha kmant bikri fl-ewwel heat mill-Prix d’Enghien mizmua nhar il-Gimgha.  Is-sitwazzjoni fuq quddiem baqghet l-istess sad-dritta tat-tmiem meta min-naha ta’ gewwa rajna gej lil Pan des Couperies li ssorprenda lil kulhadd meta sprintja b’mod splendid sabiex mar fuq quddiem f’nofs id-dritta u kiseb l-ewwel rebha stagjonali u t-tieni rebha tieghu f’Malta, kwazi zewg tulijiet quddiem l-imsemmi Quozak Prior, segwit fis-semi-finali minn Quintet u Niky du Donjon.  Il-hin tat-tigrija kien ta’ 1’16’4 fil-kilometru.


It-tieni heat kienet kwazi fotokopja tal-ewwel wahda bid-debuttant Quouky de Morgane jmur fuq quddiem kmieni fit-tigrija u ghal darb’ohra jzomm il-kmant tieghu sad-dritta tat-tmiem meta Pile Ou Face gie tlieta fuq barra sabiex jattakka  b’success liz-ziemel ta’ quddiem, irnexxielu jmur fuq quddiem madwar 200m mit-tmiem u kiseb it-tieni rebha konsekuttiva u l-hames rebha stagjonali mpressjonanti (d-disa’ rebha tieghu f’Malta) b’madwar zewg tulijiet minn Ollico Pellios li spicca b’sahhtu, segwit minn Quelino d’Amour u d-debuttant Quito de Femisson li kkwalifikaw ukoll.  Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’5 fil-kilometru.


Imbaghad nhar il-Hadd, l-ewwel rajna lid-debuttant Quarus de Levres imur fuq quddiem wara l-ewwel nofs kilomtru tal-heat li kien imiss, izda fid-dritta tal-faccata rajna l-avvanz ta’ debuttant iehor Quito Soyer li attakka liz-ziemel ta’ quddiem u rnexxielu jasal ras’imb’ras ma’ dan ta’ l-ahhar u dawn iz-zewg zwiemel dahlu fid-dritta tat-tmiem flimkien.


Madankollu Quito Soyer kien l-aktar b’sahhtu dakinhar, mar fuq quddiem fil-bidu tad-dritta u baqa’ sejjer fi triqtu lejn debutt tal-holm f’1’16’6 fil-kilometru, aktar minn tul quddiem Pepone du Castelet, segwit minn Orage du Pont u debuttant iehor Quel Imprevu, li kollha ghaddew ghas-semi-finali.


Il-heat ta’ wara ma tantx kellha storja hekk kif apparti interval zghir meta Quel Noir mar fuq quddiem ghal qasir zmien, Quart de Cidre zamm il-kmant il-hin kollu, rnexxielu jzid il-velocita’ tieghu aktar fl-ahhar nofs dawra, sabiex iddomina d-dritta tat-tmiem u kiseb l-ewwel rebha tieghu f’Malta fl-ahjar hin ta’ dawn il-heats tal-Prix d’Enghien ta’ 1’16’2 fil-kilometru (ghalkemm id-debuttant Ravenovillais u Panda des Fleches ghamlu l-aqwa hin tat-tmiem il-gimgha li ghaddiet, fil-Prix de Cabourg (klassi Silver) b’1’15’9 fil-kilometru), xi hames tulijiet u nofs quddiem Qadjar Turgot, segwit fis-semi-finali minn Quel Noir u Pissaro.


Ollong ha l-kmant madwar 1,500m mit-tmiem tal-ahhar heat, izda madwar 400m mit-tmiem Nagano Phedo kien pozizzjonat tajjeb biex jattakka liz-ziemel ta’ quddiem, faqqa’ l-attakk tieghu ftit wara sabiex mar fuq quddiem kmieni fid-dritta finali u baqa’ sejjer biex kiseb l-ewwel rebha stagjonali tieghu (d-disa’ wahda tieghu f’Malta) f’1’16’3 fil-kilometru, tul u nofs quddiem id-debuttant Qualisman, segwit minn Oeillet de Phens u Quattro du Gite li kienu l-ahhar zwiemel tal-klassi Gold li ghaddew ghas-semi-finali.


Mitejn sekonda (It-Tielet Parti – Wara t-Tigrija)


Gimghatejn ilu hallejna l-istorja tat-Tazza l-Kbira BOV ta’ din is-sena bit-tigrija spiccat u qed nistennew ir-rizultat ufficijali tal-“judges”.


Ir-rizultat ma tantx dam biex hareg bir-rebbieh ikun konfermat.  Issa l-folla kienet f’burdata ta’ festa, t-tensjoni spiccat, qisu lkoll kemm ahna spiccajna ezami.


Hafna ghandhom tbissima fuq wicchom izda ohrajn jidhru pjuttost qalbhom sewda, fosi anki mdejjqa, ghaliex iz-ziemel favorit taghhom ma rnexxielux jirbah din is-sena.


Din hija n-natura tal-isport, jista’ jkollok rebbieh wiehed biss bil-bqija kollha jkunu jixtiequ li jkunu hemm minfloku.  Izda s-sena d-diehla tasal ukoll u maghha sfida gdida, opportunita’ ohra li wiehed jidhol fiz-zona riservata ghar-rebbieha!


U f’daqqa wahda, f’temp ta’ ftit minuti, liebes l-ghata tar-rebbieh u girlanda ta’ fjuri, issa miexi bil-mod barra mill-paddock, f’kuntrast car mal-velocita’ qawwija tieghu ta’ ftit minuti qabel, b’Charles Degiorgio fuq is-serkin u mdawwar mis-sidien tieghu li qed izommuh mir-riedni ta’ halqu, iz-ziemel imsewwi Svediz Cloria Victis – li fl-eta’ ta’ 10 snin huwa l-izghar rebbieh minn zmien Nemo des Bruyeres fl-1989, fit-tmiem edizzjoni tat-Tazza l-Kbira minn dakinhar – johrog ghac-capcip tal-folla.


Minghajr hadd ma jaghti kas, l-ufficjali u l-impjegati habrieka tal-Malta Racing Club issa ghollew il-banner tal-Bank of Valletta fuq l-iskrijn fiz-zona riservata ghar-rebbieha u ppreparaw t-trofew mill-isbah tat-80 anniversarju u l-bukketti tal-fjuri ghac-ceremonja tal-prezentazzjoni.  Il-mistedinin distinti issa jinsabu kollha jistennew il-wasla taz-ziemel, is-sewwieq u s-sidien tieghu.


Madwarhom, hemm atmosfera ta’ briju u capcip izda b’mod dixxiplinat meta mqabbel ma dak li kien jigri fit-tmeninijiet.  U tabilhaqq, mohhi jmur lura fil-hsieb lejn dawk iz-zmenijiet meta l-ispettaturi kienu jibqghu dehlin fil-korsa wara l-finali biex iduru mar-rebbieh u mas-sewwieq tieghu, jifirhulhom u jgorru s-sewwieq fuq id-dirghajn.


Niftakar lili nnifsi tifel zghir jiddispjacini ghaz-ziemel rebbieh li ma jkunx ingarr fuq id-dirghajn minkejja l-isforzi tieghu ta’ matul it-tigrija – u ftit kont ninduna xi jfisser li ggorr ziemel li jizen nofs tunnellata :).


Xejn minn dan illum, bic-celebrazzjoni tar-rebha tinzamm f’atmosfera ferm aktar dinjituza u professjonali.


Madwari madankollu, t-tigrija qisha ghada ma spiccatx hekk kif diversi spettaturi veteran jkomplu jiddiskutu d-dettalji teknici taghha, janalizzawha u jergghu janalizzawha b’mod espert u jikkomparaw il-hinijiet taz-zwiemel individwali.  Tassew qisu damet ferm aktar minn 200 sekonda!


Fil-frattemp, Charles Degiorgio (fl-ewwel rebha tieghu f’din il-finali) nizel minn fuq is-serkin tieghu qed jigi ntervistat minn diversi gurnalisti u kummentaturi.  Huwa jaghti lil Lorraine Cunningham risposta diplomatika li ma tissodisfahiex u ghalhekk ikollu jammetti bl-onesta kollha li kellu fiducja kbira sa mill-bidu fi Cloria Victis u li kien harrgu ghal dawn l-ahhar xhur b’mod li jilhaq l-ahjar tieghu f’din it-tigrija.


Jidher car li z-ziemel ghadu nervuz wara t-tigrija.  Dan il-fatt ma jahrabx mill-ghajnejn ta’ seqer tan-nies ta’ madwari li jikkummentaw fuq hekk ukoll, izda ghal dawk fostna li ppartecipaw fl-atletika din mhix sorpriza, ghax ilkoll nafu kemm inhossuna nervuzi u mimlija adrenalina fl-ahhar ta’ tellieqa mportanti u iebsa.  


U mbaghad hafna ritratti ... taz-ziemel, tas-sidien, tas-sewwieq, familjari u hbieb, maz-ziemel.  Huwa tassew moment ta’ glorja ghalihom ilkoll, wiehed li jippermettilhom jinsew is-sagrificcji kollha li ghamlu fil-preparazzjoni ghal din il-gurnata l-kbira u biex jiehdu pjacir b’dan il-mument tad-dehem fic-centru tal-attenzjoni.


U fl-ahhar ic-cerimonja ta’ prezentazzjoni mmexxija mill-Ufficjal Ezekuttiv Ewlieni tal-Bank of Valletta s-Sur Charles Borg akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentar ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport l-Onor Chris Agius u c-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat.


Is-Sur Borg jipprezenta t-Tazza storika lis-sewwieq Charles Degiorgio li jgholliha ‘l fuq b’mod trijumfanti filwaqt li jaghmel sinjal ta’ V ghal vittorja b’idu l-ohra, hekk kif is-sidien ukoll ighollu jdejhom f’sinjal ta’ vittorja.


Is-sidien taz-zwiemel li ppjazzaw ukoll jitilghu biex jiehdu t-trofej u l-premjijiet taghhom, naturalment mhux kuntenti daqs ir-rebbieha, izda anki huma ghandhom is-sodisfazzjon li jkollhom isimhom u isem iz-zwiemel taghhom fl-istorja ta’din it-Tazza tassew kbira.


U f’daqqa wahda jispicca kollox.  Iz-ziemel jidher sodisfatt li jitlaq ‘il boghod mill-folla storbjuza (probabbli kuntent b’xortih li huwa ziemel ghax dawn il-bnedmin tassew ma tifhimhomx :)) u jaqbad it-triq lejn “shower” li tassew ghandu bzonn u lejn mistrieh misthoqq.


Jiena ninzel minn mal-ispettaturi lejn iz-zona riservata ghar-rebbieha fejn niltaqa’ ma’ wiehed mill-mistednin distinti li jikkommentali bit-tbissima “Qatt ma hsibt li t-tigrijiet taz-zwiemel huwa daqshekk ecitanti!”


Fit-tarf taz-zona riservata ghar-rebbieha niltaqa’ wkoll mac-Cermen tal-Malta Racing Club Dott Matthew Brincat u ma xi persuni fi hdan l-MRC u niehu l-opportunita’ li nifirhilhom ghal avveniment li gie organizzat tassew tajjeb.  Lil dawk li ma ltqajtx maghhom niehu din l-opportunita’ sabiex nghid “prosit tassew” ghall-isforzi taghhom kollha.


Forsi mhux kulhadd japprezza li anki jekk it-tigrija damet biss 200 sekonda, din tirrikjedi xhur ta’ preparazzjoni minn hafna nies sabiex tigi organizzata fil-livell impekkabbli taghha.  Ghal darb’ohra prosit tassew lilhom ilkoll!


Nawgurawlkom laqgha ta’ tigrijiet ohra mill-aqwa nhar il-Hadd li gej.