Wednesday 21st October 2015
ELEZZJONI TA' L-GHAQDA SIDIEN, SEWWIEQA u GERREJJA (HOADA)

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club jixtieq javza li qed jilqa nominazzjonijiet minghand dawk interessati li jikkontestaw ghall-elezzjoni tal-HOADA. Iridu jigu eletti tliet membri li jirrapprezentaw lis-Sidien, Sewwieqa u Gerrejja fil-Kunsill tal-Malta Racing Club.


Min irid jikkontesta irid ikun membru attiv tal-Malta Racing Club jigifieri ghandu l-membership card ta' Sid, Sewwieq jew Gerrej imhallsa ghal din is-sena.


In-nominazzjonijiet iridu jaslu l-Ufficju tal-Malta Racing Club sa nofsinhar ta' l-Erbgha 28 t'Ottubru.


L-Elezzjoni ser issir nhar is-Sibt31 t'Ottubru u l-Hadd l-1 ta' Novembru bejn is-7:30 u l-11:00 ta' filghodu.