Monday 6th November 2023
Il-Kampjonat tas-Sajf iġib fi tmiema l-ewwel parti ta’ l-istaġun

Il-Kampjonat tas-Sajf iġib l-ewwel parti tas-sena tat-tiġrijiet taż-żwiemel fi tmiemha qabel waqfa tas-Sajf tant meħtieġa. Il-Ħadd 30 ta' Lulju, il-Malta Racing Club organizza laqgħa ta' 7 tiġrijiet fil-Malta Equidrome, kollha finali għal tiġrijiet taż-żwiemel ta' kategorija differenti. Sponsorjati minn Simonds Farsons Cisk PLC, dawn il-finali ġabu folla kbira lejn il-korsa illi gawdiet minn tiġrijiet spettakolari.




Il-Kampjonat tas-Sajf kien imqassam fuq 12-il laqgħa ta’ tiġrijiet u ra ’l fuq minn 400 żiemel reġistrati b’kull wieħed minnhom ikollu l-possibbiltà li jikseb punti fuq 3 rawnds ta’ tlielaq fuq id-distanza ta’ 1640, 2140 u 2640 metru. L-aħjar 12-il żiemel f’kull waħda mis-seba’ kategoriji ħarġu wara li ġabru l-punti akkumulati f’kull rawnd liema punteġġ tagħhom id-dritt li jipparteċipaw fill-finali. Dawn iż-żwiemel ġrew il-finali fuq id-distanza ta’ 2140 metru. L-ewwel erba’ żwiemel f’kull finali ġew mgħotija trofej kommemorattivi mis-Sur Steve Borg, Business Support Manager, Events and Sponsorships at Simonds Farsons Cisk PLC flimkien ma’ CEO ta’ Malta Equidrome Dr. Matthew Brincat, l-uffiċjal ta’ EquestiMalta s-Sur Josef Grixti u l-viċi-chairman ta’ Malta Racing Club is-Sur Tony Demanuele.




Il-Malta Racing Club jixtieq jirringrazzja liż-żwiemel, sidien u lis-sewwieqa kollha parteċipanti għall-ispettaklu li ngħata filwaqt li jifraħ lir-rebbieħa.




Dawn li ġejjin kienu r-rebbieħa f'kull kategorija:




L-1 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Copper Final


Rebbiegħ: FAKIR PIYA


Sid: Mr. C. Galea


Sewwieq: Rodney Gatt




It-2 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Bronze B Final


Rebbiegħ: FRIEND


Sid: Mr. N. Azzopardi 


Sewwieq: Rodney Gatt




It-3 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Bronze A Final


Rebbiegħ: FLASH PICKEN 


Sid: Messrs M. Grech & G. Spiteri


Sewwieq: Noel Baldacchino




Ir-4 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Silver B Final


Rebbiegħ: GALEO DU PORTUGAL


Sid: Mr. K. Axisa


Sewwieq: Johann Axisa




Il-5 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Silver A Final


Rebbiegħ: ELITLOVE PASMARICK


Sid: Mr. D. Borg


Sewwieq: Paul Galea




Is-6 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Gold Final


Rebbiegħ: FILOU STAR 


Sid: Mr. D. Gatt


Sewwieq: Dylan Gatt




Is-7 Tiġrija - Cisk Lager Summer Championship Premier Final


Rebbiegħ: CRACK MONEY


Sid: Mr. S. Ciangura


Sewwieq: Michael Ellul