Monday 15th January 2024
Avviż

AVVIŻ LIS-SIDIEN U L-ĠERREJJA.




Kif kulħadd induna llum ma telgħux poloz għall-meetings tal-21 ta' Jannar 2024 u tat-28 ta' Jannar 2024 li jiġu l-ewwel u t-tieni meetings tas-sena. Għalhekk il-kunsill tal-Malta Racing Club jixtieq izomm lis-sidien aġġornati bis-sitwazzjoni.




L-inqas u l-aħħar ħaġa li l-kunsill irid hija li jithassru xi tiġrijiet, iżda hija waħda mir-responsabiltajiet prinċipali tal-kunsill li jaċċerta ruħu li l-kundizzjoni tal-korsa tkun xierqa sabiex ż-żwiemel jinstaqu fuqha. Bla dubju ta' xejn il-korsa ġiet fi stat li l-anqas biss tista tinħadem u tixxarrab kif suppost, wisq anqas li torganizza meeting ta' tiġrijiet ġo fiha. 




Id-diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati għadhom għaddejjin u jekk tiġi offruta soluzzjoni xierqa biex l-istat tal-korsa jiġi rranġat mill aktar fis possibbli. Aħna nibqgħu disponibbli biex niddiskutu għall-ġid tas-sidien u ż-żwiemel kollha.




Ser inkunu qed inżommukhom aġġornati.




Il-Kunsill