Friday 29th October 2010
Il-50 laqgha tal-istagun

Minn Magnat

Nhar il-Hadd li gej, 31 t’Ottubru, ghandu jinzamm programm iehor ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm. Il-programm jikkonsisti fi 8 tigrijiet tat-trott u tigrija tal-galopp.

It-tigrijiet kollha tat-trott se jkunu fuq distanza ta’ 2,640m, bil-klassijiet kollha tat-trott ikunu fl-azzjoni; zewg tigrijiet huma rizervati ghall-klassi Gold u tlieta ghall-klassi Bronze.

Ghalkemm it-tigrijiet f’dan il-programm ma jiffurmaw parti minn l-ebda kampjonat, madanakollu il-programm jinkludi diversi punti ta’ interess, b’tigrijiet ibbilancjati, xi zwiemel godda jaghmlu d-debutt taghhom u numru ta’ tigrijiet ghaz-zwiemel tal-klassijiet Premier u Gold. Dawn it-tigrijiet iservu wkoll ta’ preparazzjoni tajba ghal dawk iz-zwiemel li se jikkompetu f’kampjonati li gejjin fuq id-distanza ta’ 2,640m.

It-tigrija tal-galopp mistennija tigi kkontestata minn tmien zwiemel tal-Klassi A fuq distanza ta’ 1,750m. Fost iz-zwiemel bl-aqwa prestazzjonijiet ricentement insibu lil Mr Roxy Music u No Telling, b’Miss Chevalier (IR) (skraccjata l-gimgha l-ohra) tkun mistennija tiddebutta nhar il-Hadd li gej.

It-tigrija tal-klassi Premier tinkludi fiha uhud mill-aqwa zwiemel li jigru f’Malta u l-lista ta’ 16-il ziemel mistennija jkollha zwiemel bhal Lovely Mab, Marini du Mont, Liosco Atout, Deli du Ling, Niro u ohrajn. Ghandha tkun tigrija tassew kombattuta.
Is-sitt tigrija hija riservata ghal zwiemel tal-klassi Gold li ghandhom l-oghla punti f’din il-klassi. Kwazi z-zwiemel kollha jkunu promossi ghall-klassi Premier b’rebha u uhud minnhom anki bi pjazzament tajjeb. Tinkludi diversi zwiemel li kienu jigru fil-klassi Premier sa ftit zmien ilu, bhal Lucky Fan, Race Ball, Socrates ecc.

Sitt zwiemel godda huma mistennija jiddebuttaw, cioe’ Okapi d’Avril (FR) fil-klassi Bronze, Bete Saknussen (FI) u Livi Cantona (SE) fil-klassi Silver, Major de la Vronde (FR) u Noble d’Urzy (FR) fil-klassi Gold u Mont Cenis Honey (FR) fil-klassi Premier. Ta’ min jinnota li Mont Cenis Honey kellu rebh ta’ Euro339,520 fi Franza (madwar id-doppju tal-minimu biex wiehed jikkwalifika ghall-klassi Premier), bi 15 –il rebha u l-ahjar hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.

Fit-tigrijiet tal-gimgha l-ohra l-attenzjoni kienet iffukata fuq iz-zewg semi-finali tat-Tazza Dragonara, li kienu tigrijiet tassew kombattuti mirbuha minn Kakisis f’him ta’ 1’15’7 fil-kilometru, l-aqwa hin ta’ dan l-istagun fuq distanza ta’ 2,640m, u Mica Bonero fit-tieni tigrija tieghu f’Malta. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw kienu Think Yatzee, Kain Poifond, Land Havaroche, My Red Force, Play on Me, Label Pont Vautier, Lou Petiot u Lipouz Lesmelchen, Il-finali tinzamm nhar il-Hadd 7 ta’ Novembru, filwaqt li z-zwiemel li ma kkwalifikawx jikkompetu fil-finali ta’ Konsolazzjoni nhar il-Gimgha 5 ta’ Novembru.

Komplew ukoll il-heats tal-Condition races fil-klassijiet Copper, Bronze, Silver u Gold u issa l-finalisti kollha huma maghrufa. Il-finali jingrew fil-5 u s-7 ta’ Novembru.

Ghal darb’ohra kellna diversi tigrijiet bi tmiem kombattut hafna u xi zwiemel ikkonfermaw il-forma tajba taghhom tal-prezent billi rregistraw rebhiet fuq xulxin. Dawn jinkludi lil Kakisis fuq imsemmi, Larkay d’Echal (Copper) li kellhom it-tielet rebha konsekuttiva, Mimile du Hamet (Gold) fit-tielet rebha mill-ahhar erba’ tigrijiet, Major Luchois (Gold) u Emil Berbro (Silver) fit-tieni rebha mill-ahhar tlett tigrijiet.
Prosit ukoll lil Landi Breton (Gold) li rregistra hin tajjeb hafna ta’ 1’17’6 fil-kilometru fuq id-distanza twila ta’ 3,140m u lis-sewwieq zaghzugh promettenti Sebastian Schembri li rebah il-Young Drivers Race nhar il-Gimgha meta saq lill-veteran ta’ sittax-il sena Mackbrain.

Fl-ahharnett, ftit kliem rigward websites li jiddeskrivu l-esperjenza ta’ dawk li jrabbu z-zwiemel f’Malta u l-websites li ghandhom bhala tema it-tigrijiet taz-zwiemel u z-zwiemel tat-tigrija f’Malta. Tassew niehu gost naqra l-kontenut taghhom.

Il-websites li jaghtu informazzjoni dwar it-trobbija taz-zwiemel ipingu stampa kkulurita tas-sodisfazzjon u c-challenges assocjati mat-trobbija u tahrig taz-zwiemel tat-tigrija u juru d-dedikazzjoni u l-kompetenza li jezistu f’Malta f’dan il-qasam. Fl-ahhar mill-ahhar wahda mill-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dan l-isport tinsab fil-pjacir li jaghtu t-trobbija taz-zwiemel u l-hajja fl-istalel u l-irziezet.

Il-websites l-ohra jaghtu pubblicita’ lix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, jaghtu informazzjoni dwar iz-zwiemel u tigrijiet taghhom hawn Malta, ritratti u ahbarijiet. Dawn il-websites jenfasizzaw ukoll l-isforzi li qed isiru f’Malta biex tizdied il-professjonalita’ fl-organizzazzjoni ta’ dan l-isport.

Prosit lil dawk l-individwi li regolarment u b’mod kompetenti jtellghu web sites bhal dawn; jalla iktar persuni jkunu nteressati li jtellghu websites simili fil-futur.

L-isbah xewqat ghal meeting iehor eccitanti nhar il-Hadd li gej.