Thursday 11th November 2010
It-53 laqgha tal-istagun

Minn Magnat

Nhar il-Hadd li gej, 14 ta’ Novembru ghandu jinzamm programm iehor ta’ tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa, bl-ewwel tigrija tibda’ fis-1.30pm.

Il-programm, li jikkonsisti esklussivament f’tigrijiet tat-trott, jinkludi xejn inqas minn hdax-il tigrija. Wara numru ta’ programmi b’distanzi medji u twal, naraw ir-ritorn ghad-distanza qasira ta’ 2,140m u t-tigrijiet kollha jingrew fuq dik id-distanza.

M’ghandniex zwiemel Francizi fl-azzjoni f’dan il-programm ghax dawn jistriehu bi preparazzjoni ghall-kampjonat tal-Francizi, riservat ghalihom, li jibda’ l-gimgha d-diehla. Madankollu, dan il-meeting se jkollu laqta mill-aktar internazzjonali bi zwiemel gejjin minn xejn inqas minn ghaxar pajjizi ohra.

Zwiemel mill-klassijiet kollha se jkunu fl-azzjoni bl-emfasi ewlenija tkun fuq il-klassijiet inqas gholja. Se jkun hemm tlett tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Copper, Bronze u Silver. Hafna miz-zwiemel tat-trott f’Malta huma klassifikati f’dawk il-klassijiet u dawn jinkludu numru ta’ zwiemel ferm validi li whud minnhom huma qrib li jigu promossi fi klassi oghla.

Fost ohrajn, fis-sitt tigrija rizervata ghal zwiemel tal-klassi Silver insibu xi zwiemel li kienu jigru fil-klassi Gold sa ftit ilu, bhal Charlie Smitt, G. Force Son u Angel Victory, kif ukoll ohrajn li kienu protagonisti ta’ prestazzjonijiet tajbin dan l-ahhar bhal Energy Launcher, Castor Pollux u Family’s Moonlight.

Fil-klassi Gold (is-seba’ tigrija), numru ta’ zwiemel huma qrib il-promozzjoni ghall-klassi Premier, li jinkludu lil Mint Spirit, Super Spot, Race Ball u Kejser Flamingo.

It-tigrija ewlenija fil-programm hija mistennija tkun id-disa’ wahda riservata ghaz-zwiemel tal-klassi Premier. In-numru massimu ta’ sittax –il ziemel huma registrati, li jinkludu zwiemel li kienu protagonisti f’tigrijiet dan l-ahhar, bhal Shamin, Lucas Ness, My Red Force u Alf Eme.

F’din it-tigrija, ninnutaw bi pjacir ir-registrazzjoni ta’ Arnie Sensation li sofra incident fil-finali ta’ konsolazzjoni tal-kampjonat Dragonara Casino nhar il-Gimgha u mistenni jaghmel ir-ritorn felici tieghu fil-korsa. Mistennija naraw ukoll l-uniku ziemel debuttant f’dan il-programm, cioe’ il-Germaniz Obi Wan Kenobi.

Dan il-meeting ghandu jkun ta’ siwi biex wiehed ikejjel il-progress taz-zwiemel partecipanti u l-potenzjal taghhom ghal kampjonati li jistghu jinzammu fil-gejjieni.

Zewg programmi mill-isbah u b’attendenzi tajbin inzammu fi tmiem il-gimgha li ghadda. Dawn inkludew xejn inqas minn seba’ finali mifruxa fuq iz-zewg programmi u rajna numru ta’ tigrijiet u t-tmiem taghhom mill-aktar missielta. Ir-rebbieha fil-finali tal-Condition Races fuq distanza ta’ 3,140m kienu jinkludu lil Larkay d’Echal fil-klassi Copper, Omegane de Lubin fil-klassi Bronze, Emil Brebro fil-klassi Silver B, Neo de Mira fil-klassi Silver A u L’Alpha de Cosse fil-klassi Gold.

Fost dawn it-tigrijiet it-tmiem li rajna fil-klassijiet Silver A u Gold kienu mill-aktar qrib b’xejn inqas minn erba’ zwiemel jissieltu bejniethom sal-ahhar.

Nhar il-Gimgha, il-Finali ta’ Konsolazzjoni tal-Kampjonat Dragonara Casino rat tigrija brillanti taz-ziemel Svediz popolari ta’ 13-il sena Bello Fratello, li gheleb lill-eqreb avversarji tieghu b’distakk tajjeb.

Nhar il-Hadd, il-Kampjonat Dragonara Casino lahaq il-qofol tieghu bil-gran finali fuq distanza ta’ 2,640m. Hawnhekk, it-trotter favorit, il-Franciz ta’ tnax –il sena Kakisis, ghamilhom erba’ rebhiet wara xulxin. Sa l-ahhar 900 metru tat-tigrija, kien qed jigri lejn l-ahhar postijiet imma f’dak l-istadju ta wirja ta’ qawwa mpressjonanti meta beda jaqbez ziemel wara l-iehor.

Id-dritta finali rat taqtiegha qawwija bejn dan iz-ziemel u Play on Me li spicca fit-tieni post u li kien qieghed fuq quddiem sa dak il-mument, b’Kakisis jittrijonfa fost l-entuzjazmu tas-sostenituri tieghu. Il-hin tar-rebbieh kien ta’ 1’16’7 fil-kilometru. Lou Petiot u Mica Bonero spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. Il-prezentazzjoni lis-sidien u s-sewwieq ta’ Kakisis ghalqu l-Kampjonat Dragonara Casino li kien wiehed tassew ta’ success.

L-ahhar riflessjoni ghal-lum hija nota ta’ soddisfazzjon ghall-fatt li saru xejn inqas minn ghaxar testijiet ghad-doping fuq ir-rebbieha u z-zwiemel li pplejsjaw f’dawn il-finali. Dan jirrikjedi investiment materjali mill-Malta Racing Club mir-rizorsi limitati tieghu. Ghalkemm dawn it-testijiet jinvolvu nefqa qawwija, l-MRC jidher car li hu kommess li jkompli jaghmilhom bir-reqqa necessarja.

Fil-fatt dawn it-testijiet huma estremament importanti biex tigi protetta l-integrita’ ta’ dan l-isport u biex tikxef u tippenalizza l-uzu ta’ sustanzi lleciti. Madankollu, ir-raguni ewlenija ghal mizuri bhal dawn hija sabiex tkompli tissahhah kultura ta’ “fair play” fl-isport taghna, kif ukoll biex jitkompla l-process ta’ edukazzjoni li l-isportivi u r-rebbieha veri huma dawk li jilghabu skond ir-regoli u bil-merti taghhom.
L-isbah xewqat ghal meeting iehor eccitanti nhar il-Hadd li gej.