Monday 20th December 2010
MRC FESTIVAL 2011

Il-Hadd 2 ta'Jannar 2011 fis-1pm

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club ihabbar li se jorganizza Festival ta' Tigrijiet taz-zwiemel nhar il-Hadd 2 ta’ Jannar.

Il-laqgha se tkun wahda specjali ghal dawn iz-zmienijiet ta’ festi, b’tigrijiet varjati ghal tipi diversi ta’ zwiemel li ghandna f’Malta.

Fil-fatt il-programm se jinkludi:
(1) Tigrijiet ghall-ponijiet - Se jsiru diversi tigrijiet miftuha ghal tipi differenti ta’ ponijiet. Aktar dettalji dwar dawn it-tigrijiet jithabbru aktar il-quddiem;
(2) Tigrijiet tal-galopp – Tigrija miftuha ghal zwiemel tal-Klassi A u ohra ghal dawk ta’ Klassi B;
(3) Ladies race – Tigrija miftuha biss ghal sewwieqa nisa;
(4) Prezentaturi TV – L-ahjar tmien gerrejja jsuqu lil tmien presentaturi tat-TV fix-xaretta f’tigrija tat-trott;
(5) Gerrejja Veterani – Tigrija tat-Trot ghal Sewwieqa Veterani;
(6) Tigrija ghas-Sidien li qatt ma rebhu f’tigrijiet tat- Trott;
(7) Tigrija Trott Guvintur – Tigrija ghal guvintur ta’ eta’ mill- 15- il sena sa 18 -il sena;
(8) Trott monte - Tigrijiet tat-trott ghal kull wahda mill-klassijiet Copper, Bronze, Silver u Gold, li pero’ se jinzammu esklussivament fuq bazi monte’;
(9) Tellieqa ghal-Gerrejja u ohra ghall- Jockeys - Tellieqa ta’ 250 metru bil-giri ghall- gerejja tat-trott u ohra ghall-jockeys tal-galopp minghajr zwiemel mill-gagga sal-gister;

(10) Grand Final – Grand Final ghaz-zwiemel tat-trott tal-Klassi Premier (bis-serkin). Ghaxar finalisti se jippartecipaw, li jkunu jikkonsistu f’dawk li pplejsjaw fl-ewwel hames postijiet fil-finali tat-Tazza tal-President li nzammet fit-13 ta’ Dicembru u dik tal-Prix de Vincennes li saret fid-19 ta’ Dicembru.

Dan il-programm se jinzamm fuq bazi ta’ festival xieraq ghal dak iz-zmien tas-sena u se jkun fih spettaklu u varjeta’ ghall-familja kollha. Aktar dettalji jithabbru fil-granet li gejjin.


IL-KITBA HIJA MIFTUHA MIL-20 Ta' DICEMBRU 2010 sabiex kull min huwa interessat jista’ jirregistra u sabiex il-Klabb jkun jista jorganizza u jvarja l-Programm skond il-konkorrenza .

Il-KITBA TAGHLAQ fis-27 Ta DICEMBRU 2010.

Nheggu lil kull min jixtieq jippartecipa jirregistra mill-aktar fis possibbli.