Wednesday 12th January 2011
L-ewwel laqgha tal-istagun 2011 – is-16 ta’ Jannar

minn Magnat

Wara li nzamm l-MRC Festival, il-ftuh ufficjali tal-istagun se jsir nhar il-Hadd li gej 16 ta’ Jannar fis-1.30pm, bi programm ta’ ghaxar tigrijiet, kollha tat-trott. Din il-laqgha se tara l-bidu tal-ewwel kompetizzjoni tal-istagun bil-Kampjonat U Bet riservat esklussivament ghal zwiemel tat-trott Svedizi, bi tlett heats (sitt zwiemel minn kull heat jghaddu ghas-semi-finali) ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver (il-klassijiet l-ohra jidhlu fl-azzjoni fis-Semi-Finali jew Finali tal-kampjonat), imbaghad ghandna wkoll xi tigrijiet normali ghall-klassijiet Copper, Silver u Premier u tigrija tat-trott Amateur ghal zwiemel li normalment jikkompetu fil-korsa l-antika.

It-tigrijiet kollha f’dan il-programm huma fuq distanza qasira ta’ 2,140m, hlief it-tigrija tat-trott Amateur li tingera fuq distanza sprint ta’ 1,640m. Fil-heats tal-Kampjonat U Bet jikkompetu kontra xulxin uhud mill-aqwa miz-zwiemel Svedizi numeruzi li huma bbazati f’Malta u certament se jinkludu taqtighat tassew missielta.

Imbaghad ghandna tigrija interessanti tal-Klassi Premier bi hmistax-il ziemel irregistrati biex jikkompetu, b’diversi zwiemel maghrufa bhal Alf Eme, Enjoy Kronos, Lovely Mab, Loustic d’Anjou u ohrajn.

Xejn anqas minn disa’ zwiemel huma mistennija jaghmlu d-debutt taghhom f’Malta f’din il-laqgha – l-ewwel zwiemel godda ghal din is-sena: Lonestar Somolli (DK) fil-klassi Silver, Apple Tooma (SE), Origo Casino (SE), Tap Dancing (SE) u Uptillbevis (SE) fil-heats tal- U Bet ghall-klassi Bronze, u C.J. Blueeyedkissed (SE), Ironbar (SE), Meadow Star (SE) u Money Boy (SE) fil-heats tal- U Bet ghall-klassi Silver.

Il-laqgha li ghaddiet
Wahda mill-ikbar folol tal-istagun segwiet l-MRC Festival li nzamm fit-2 ta’ Jannar. L-akbar attrazzjoni tal-Festival kienet l-MRC Grand Final ghal zwiemel tat-trott li ppartecipaw fil-Finali tal-Prix de Vincennes jew il-Finali tat-Tazza tal-President. Din kienet tigrija eccitanti bejn disa’ zwiemel fuq 2,640m, bl-iSvediz Arnie Sensation ikun fuq quddiem ghall-parti l-kbira tat-tigrija, sakemm gie attakkat minn numru ta’ zwiemel, bir-rebha finalment tmur ghaz-ziemel Lou Petiot li kien segwit minn Bello Fratello, Kakisis u In Vitro du Bourg rispettivament.

It-tigrija Monte’ rrizultat f’rebha ghaz-ziemel tal-klassi Premier Love de Fleur li kien ta vantagg liz-zwiemel ta’ klassijiet minuri. Huwa gie segwit minn Liosco Atout, ziemel iehor tal-klassi Premier, b’Don Valentino jispicca fit-tielet post.

It-tigrija tal-galopp tal-Klassi A giet mirbuha minn Mean Mr Mustard li ha l-kmand kmieni fit-tigrija u zammu sat-tmiem, fejn warajh spiccaw Lordswood u Etoile du Pic, f’dik l-ordni.

Fit-tigrija tal-galopp tal-klassi B, rajna r-ritorn felici tal-jockey Sarah Borg li kienet nieqsa mill-korsa minn mindu weggghet serjament kawza ta’ incident matul tigrija kwazi sentejn ilu. Ollie Fliptrik, iz-ziemel misjuq minn Ms Borg, spicca fit-tieni post, wara r-rebbieh Tarruji u quddiem Genievre li spiccat fit-tielet post.

Il-kumplament tat-tigrijiet kienu jinkludu fost ohrajn numru ta’ tigrijiet riservati ghal gerrejja li huma sidien taz-zwiemel u li normalment ma jsuqux zwiemel fit-tigrijiet, tigrija ghal gerrejja zghazagh u tigrija ghal gerrejja veterani.

Matul dan il-Festival, ic-Chairman tal-MRC Dott. Matthew Brincat mexxa wkoll numru ta’ prezentazzjonijiet ghall-aqwa gerrej tal-2010, l-aqwa gerrej zghazugh, l-aqwa jockey tal-galopp, l-aktar ziemel tat-trott konsistenti, l-aktar ziemel tal-galopp konsistenti u l-aktar ziemel konsistenti fil-kampjonati tal-Francizi.

Ahbarijiet ohra
Il-Malta Racing Club ircieva diversi rizultati ta’ testijiet tad-doping. Apparti numru ta’ rizultati negattivi (prosit lis-sidien u trainers involuti), kien hemm ukoll xi rizultati pozittivi. Fil-Finali tat-Tazza tal-President, iz-ziemel rebbieh u dak li dahal fit-tieni post it-tnejn kellhom rizultat pozittiv tad-doping u l-istess japplika ghaz-ziemel fit-tieni post fil-Finali tal-Coronation Cup. Wiehed irid jara jekk ir-rizultati ta’ dawn it-testijiet tad-doping jigux kkonfermati, u jekk dan jigri, ikollu jsir tibdil fir-rizultati tat-tigrijiet.

Nghidu prosit lill-MRC ghall-impenn tieghu favur dawn it-testijiet tad-doping u nawguraw li l-kultura kontra d-doping fil-komunita’ tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta tkompli titqawwa dejjem aktar.

Kumment finali
Huwa ta’ sodisfazzjon li se jkollna numru inkoragganti ta’ zwiemel godda jippartecipaw f’dan l-ewwel meeting formali tal-istagun. Interessanti ninnutaw li skond sorsi informali, rajna 231 ziemel tat-trott jiddebuttaw matul l-2010. Dan in-numru huwa fil-medja annwali li rajna fl-ahhar seba’ snin. Mhux tajjeb daqs l-2006, 2007 u 2008 meta n-numru ta’ zwiemel godda qabez il-240, jew l-2004 meta sahansitra lahaq il-250, izda huwa akbar minn dawk li kellna fl-2005 u l-2009. Madwar 60% twieldu Franza, madwar 28% fl-iSvezja u l-bqija ta’ 12% originaw minn seba’ pajjizi ohra, il-Germanja, id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norvegja, l-Italja, l-iStati Uniti u l-Olanda. L-izghar zwiemel godda (tnejn) kellhom hames snin u l-ikbar (wiehed biss) kellu 13-il sena, bil-maggoranza taghhom ikunu zwiemel ta’ disa’ snin, ghaxar snin u tmien snin f’dik l-ordni.

Rajna wkoll 21 ziemel tal-galopp godda, li huwa wkoll numru tajjeb meta wiehed jikkunsidra li din id-dixxiplina ghadha fil-kors tal-izvilupp f’Malta. Madwar 43% gew mill-Irlanda u madwar 19% minn Franza, filwaqt li l-kumplament originaw mill-Gran Brettanja, l-iStati Uniti, il-Germanja, l-Italja u l-iSvezja, bl-aktar etajiet popolari jkunu dawk ta’ erba’ u hames snin rispettivament.

Nisperaw li naraw numru tajjeb ta’ zwiemel godda anki din is-sena, ghaliex dawn huma importanti biex jizguraw ir-rigenerazzjoni kontinwa taz-zwiemel tat-tigrija f’Malta.

Nawgurawlkom ilkoll programm eccitanti nhar il-Hadd li gej.