Wednesday 26th January 2011
It-tielet laqgha tal-istagun 2011 – it-30 ta’ Jannar

minn Magnat

It-tielet laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd li gej 30 ta’ Jannar mis-1.30pm ‘il quddiem. Fil-programm ikollna ghaxar tigrijiet kollha tat-trott, li jikkonsistu esklussivament fis-semi-finali tal-kampjonat U*Bet riservat ghaz-zwiemel tat-trott Svedizi. It-tigrijiet kollha se jkunu fuq distanza qasira ta’ 2,140 metru. Dan il-kampjonat ikompli l-kompetizzjoni li bdiet bejn numru minn dawn iz-zwiemel fil-koros gewwa l-iSvezja. L-etajiet taz-zwiemel ivarjaw minn zwiemel zghar ta’ sitt snin ghal veterani ta’ 16-il sena.

Ghalkemm mhux se jkollna semi-finali ghall-klassi Premier, jidhlu fix-xena f’dan il-kampjonat iz-zwiemel tal-klassi Copper u dawn tal-klassi Gold, bi tlett semi-finali ghal kull klassi. Tlett zwiemel jikkwalifikaw minn kull semi-finali ghall-finali. Is-semi-finali tal-klassi Gold jinkludi numru ta’ zwiemel popolari bhal Gentle Way, Hudson Blue, Lover Boy Index, Mad Hatter, Mcollie, Quick Cape, Race Ball u hafna ohrajn. Jinkludu wkoll iz-zwiemel kollha li huma mistennija jiddebuttaw f’din il-laqgha, cioe’ Jigsaw, Lonshults Anders, Peasant Gallant, Prince Scorpio, Rambo Lambo, Soren Sufflor, Spunk u Winner Farming.

Imbaghad ghandna wkoll zewg semi-finali ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver, b’hames zwiemel minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali. Fost iz-zwiemel f’forma tajba, insibu r-rebbieha u z-zwiemel li spiccaw fit-tieni post fil-heats, Bankir Zon, Energy Launcher, Ironbar, Matador Knick, Prince Brilliance u Vera L.H. Sett ta’ semi-finali bbilancjati huma mistennija, bi spazju ghas-sorprizi, li jaghmel difficli kwalunkwe tbassir.

Il-laqgha li ghaddiet
Fil-laqgha li ghaddiet kellna numru ta’ tigrijiet interessanti ghall-klassijiet kollha tat-trott, flimkien ma’ tigrija tal-galopp ghal zwiemel tal-klassi A.

L-aqwa tigrija kienet dik tal-klassi Premier fejn numru ta’ zwiemel Svedizi li huma mistennija li jiltaqghu mill-gdid fil-finali tal-klassi Premier fil-kampjonat U*Bet gimghatejn ohra wrew il-forma tajba li jinsabu fiha. It-tigrija rrizultat f’rebha mpressjonanti ghaz-ziemel ta’ tnax-il sena Think Yatzee li zied il-velocita’ tieghu fl-ahhar 500 metru biex spicca rebbieh komdu mill-iSvedizi l-ohra Flash Coger, id-debuttant Affe Fager u Arnie Sensation. B’hekk Think Yatzee ecceda rebh ta’ flus totali ta’ Euro11,000 hawn Malta.

L-ewwel tigrija tal-klassi Gold intrebhet mid-debuttant Franciz Nobel Pasmarick, grazzi ghal sprint eccellenti fid-dritta tat-tmiem biex gheleb lil L’Un des Olivettes, Big Hit u debuttant iehor Notre Allegro. Iz-ziemel veteran Franciz Kojak d’Isques mar b’sahhtu fuq quddiem fl-ahhar bejn wiehed u iehor mitt metru biex spicca it-tieni tigrija b’mod brillanti u rebah minn Count of Life, Lucky d’Hercla u Intrus des Rioults.

Sitt zwiemel hadu sehem fit-tigrija tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1,250m. Fl-ahhar terz tat-tigrija, iz-ziemel Irlandiz Tarruji qabez lid-debba Brittanika Minnow u baqa’ sejjer biex rebah mill-istess Minnow u Lordswood, ziemel Irlandiz iehor.

Ir-rebbieha l-ohra kienu Jeans de Bannes (klassi Copper), Marchallah, Notre Bellouet u High Speed Night fit-tigrijiet tal-klassi Bronze, kif ukoll Kalipso Pierji u Geronimos Cadillac fil-klassi Silver.

Ahbarijiet ohra
Dan l-ahhar, il-Malta Racing Club irceva numru ta’ rizultati ta’ testijiet tad-doping, rigward ir-rebbieha u z-zwiemel li ppjazzaw fil-kampjonati tal-Francizi li nzammu f’Dicembru li ghadda. Ninnotaw bi pjacir li dawn kienu kollha negattivi. Prosit tassew lis-sidien ta’ dawn iz-zwiemel kollha. Jalla l-persentagg ta’ rizultati negattivi tat-testijiet tad-doping ikompli jizdied, biex b’hekk tkompli tissahhah il-kultura kontra d-doping u favur il-“fair play” fit-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Ninnotaw ukoll b’sodisfazzjon li wara li rcevew il-Gold Award fl-premjazzjonijiet tal-KOM 2010, it-tim ta’ sewwieqa Malta li rebah il-Mediterranean Drivers’ Trotting Championship tal-MHRU, cioe’ Alan Agius, George Attard, Charles Camilleri, Carl Caruana, France Cassar u Tony Demanuele, issa gie nominat bhala wiehed mill-hames finalisti ghall-unur tat-Tim Tas-Sena fl-iSportMalta Awards. Din ic-cerimonja ta’ premjazzjoni se tinzamm nhar is-Sibt filghaxija 29 ta’ Jannar, fid-Dar tal-Mediterran ghall-Konferenzi. Bil-prestazzjoni taghhom f’din il-kompetizzjoni internazzjonali, dan it-tim verament ghamel kburin lilna l-Maltin, u tassew jixraqlu din in-nomina ohra. Nawgurawlhom l-isbah xewqat nhar is-Sibt li gej.

Kumment finali
Imxejt tul Triq it-Tigrija matul il-laqgha ta’ nhar il-Hadd li ghadda u laqtitni l-atmosfera li kien hemm dak il-hin. Waqt li diehel fit-triq min-naha ta’ Hal Qormi, nista’ nara il-car park mimli u karozzi pparkjati fl-ispazji disponibbli l-ohra. Gewwa t-triq, jinstemghu l-vucijiet tan-nies ipacpcu gewwa l-korsa u l-hoss taz-zwiemel jaghmlu t-tishin taghhom.

Ighaddi minn hdejja ziemel tat-trott ileqq (immexxi mill-“handler” u s-sewwieq tieghu li diga’ jinsab fuq is-serkin) miexi bil-mod sad-dahla taz-zwiemel qabel ma jiehu sehem fit-tigrija tieghu. Il-hwienet tax-xorb huma miftuhin u rgiel jinsabu bilqieghda barra, jixorbu l-kafe’ jew te’ u jiddiskutu t-tigrijiet.

Zewg zwiemel li ghadhom kif temmew it-tigrija taghhom u ghandhom bzonn hasla tajba jidhru gejjin mid-direzzjoni tal-bieb ta’ barra tal-korsa, mexjin bil-mod lejn l-istalel taghhom bis-serkin ghadu mwahhal maghhom. Ziemel iehor, nadif, pulit u li ghadu kif inhasel wara t-tigrija tieghu qed jittiehed ghal mixja ta’ serhan mill-“handler” tieghu; nieqaf nitkellem mal-“handler” li gentilment jaghtini deskrizzjoni tat-tigrija taz-ziemel.

L-istalel kollha huma miftuha; f’uhud nista’ nara zwiemel jigu ppreparati ghat-tigrijiet, f’ohrajn zwiemel li qed jigu spezzjonati u mahsula wara tigrija, f’xi kazijiet nies semplicement bilqieghda barra jiddiskutu hwejjeg li ghandhom x’jaqsmu maz-zwiemel. Fuq barra ta’ stalla, zewg sewwieqa libsin l-ilbiesi tas-sewqan b’kuluri varji jixorbu t-te minn tazzi twal.

Il-hwienet tax-xorb (mimlijin ritratti ta’ tigrijet taz-zwiemel) u bini iehor barra l-korsa li ghandhom sular ta’ fuq li jaghti fuq il-korsa huma mimlijin bin-nies jaraw it-tigrijiet minn hemm u xi whud qed isegwu it-tigrijiet minn wara r-rixtelli tal-genb tal-korsa.

Zewg zghazagh li kienu hargu mill-korsa biex jaghmlu qadja jigru lura ‘l gewwa waqt li l-kummentatur ihabbar li t-tigrija li jmiss se tibda’ zewg minuti wara.

Daqqa t’ghajn lejn l-ambjent tat-tigrijiet taz-zwiemel, ta’ nies u ta’ zwiemel … wiehed mir-ritratti ta’ Malta, il-Hadd wara nofsinhar.

Nawgurawlkom ilkoll programm ecitanti iehor nhar il-Hadd li gej.