Thursday 17th February 2011
Is-7 laqgha tal-istagun 2011 – l-20 ta’ Frar

minn Magnat

Is-seba’ laqgha tal-istagun se tinzamm nhar il-Hadd li gej 20 ta’ Frar mis-1.30pm ‘il quddiem, b’seba’ tigrijiet tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2,140m u tigrija tal-galopp twila fuq 2,250m. Din se tkun laqgha ddedikata ghall-klassijiet tat-trott relattivament baxxi filwaqt li z-zwiemel tal-klassijiet Premier u Gold jistriehu qabel il-heats tat-Tazza l-Kbira li se jinzammu l-gimgha d-diehla.

Se jkollna tigija tal-klassi Copper u tlett tigrijiet ghal kull wahda mill-klassijiet Bronze u Silver. Dawn mistennija jkunu tigrijiet ibbilancjati u kumbattuti b’dik tal-klassi Copper tkun riservata ghal zwiemel b’punti relattivament baxxi f’dik il-klassi u z-zwiemel tal-klassijiet Bronze u Silver jigu migbura flimkien skond in-numru ta’ punti li ghandhom.

It-tieni tigrija hija riservata ghal zwiemel tat-trott tal-klassi Bronze li jigu promossi ghall-klassi Silver b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament tajjeb, bhal High Speed Night, Kamido, Lorenz de Noyelles, Nympheta de Bisoir u ohrajn, filwaqt li t-tmien tigrija tinkludi zwiemel tal-klassi Silver li huma qrib il-klassi Gold, bhal Jollity, Major Mitri, Nevada Silver ecc.

Erba’ zwiemel mistennija jiddebuttaw, cioe’ Frederico (DK), Front (SE) u Ouragan de Valsoiz fil-klassi Silver u Pronto du Lys (FR) fil-klassi Bronze.

It-tigrija tal-galopp hija riservata ghal zwiemel tal-klassi A bi tmien zwiemel mistennija jippartecipaw. Din tikludi zwiemel popolari bhar-rebbieh tal-Coronation Cup Uncle Bertie (li gej minn tlett rebhiet konsekuttivi), No Telling u Ollie Fliptrik u z-zwiemel godda Life is Now (IR) u Mayfair Princess (GB).

L-ahhar laqghat
Il-hames u s-sitt laqghat kienu ddominati mill-finali tal-kampjonat U*Bet riservati ghal zwiemel tat-trott Svedizi. Nhar il-Hadd Think Yatzee rebah it-tielet kampjonat U*Bet tieghu ghall-klassi Premier meta ha l-kmand fl-istadji bikrija u zammu matul it-tigrija kollha, minkejja l-isfida fl-ahhar stadji ta’ Flash Coger li spicca fit-tieni post, Wiss Night Hawk li spicca t-tielet u Isolated li spicca fir-raba’ post. Think Yatzee rregistra medja ta’ 1’15’0 fil-kilometru, l-ahjar hin fuq distanza ta’ 2,140m minn mindu saru x-xogholojiet estensivi fuq il-korsa f’Novembru 2009.

Lover Boy Index ukoll mexxa t-tigrija sa minn kmieni u rebah il-kampjonat U*Bet ghall-klassi Gold, filwaqt li gie promoss ghall-klassi Premier. Mint Spirit, Gentle Way u Kosai L.J. spiccaw wara r-rebbieh f’dik l-ordni. Il-Hamis, anki Gigo Lloyd rebah il-kampjonat U*Bet ghall-klassi Silver wara li ddomina sa mill-istadji bikrija tat-tigrija biex rebah b’mod komdu minn Ironbar, Noble Spirit u Energy Launcher.

Il-finali l-ohra gew mirbuha minn Robin Lou (klassi Bronze) u Supremo As (klassi Copper).
Nhar il-Hamis, rajna tigrija eccitanti tal-klassi Premier li kienet iddominata minn debuttanti li hadu l-ewwel erba’ pjazzamenti. It-tmiem kien tassew missielet bejn ir-rebbieh Major Chaleonnais u z-zwiemel ta’ warajh fil-linja tat-tmiem, Master Perrine u Mon Daniel, b’Malin Roro jispicca fir-raba’ post. Neo de Mira rebah il-hames tigrija tieghu f’Malta u Max Galbe rebah l-ewwel wahda fostna (u l-promozzjoni ghall-klassi Premier) fiz-zewg tigrijiet tal-klassi Gold “normali” li kellna l-gimgha l-ohra.

Ahbarijiet ohra
Il-Hadd li ghadda, Michael Sultana, ic-“Champion jockey” ghall-2010, irrapprezenta lil Malta fl-ewwel tappa tal-kampjonat tal-Mediterranean Horse Racing Union ghall-2011 ghall-gerrejja tal-galopp, f’tigrija li nzammet fi Franza fil-korsa ta’ Cagnes Sur Mer.

Minkejja li kien qed isuq ziemel li ma kienx fost il-favoriti, Michael spicca fir-raba’ post fost il-gerrejja li rrapprezentaw pajjizi li kienu qed jippartecipaw f’dan il-kampjonat. It-tappa li jmiss se ssir f’Malta fil-31 ta’ Marzu.

Malta kisbet pjazzament prestigjuz fit-tieni post fil-kampjonat tal-2010 ghall-gerrejja tal-MHRU. Li nirrepetu success bhal dan fid-dawl tal-kompetizzjoni qawwija minn pajjizi akbar minna fejn il-qasam tal-galopp huwa ferm zviluppat xejn m’hi haga facli. Madankollu ghandna fiducja shiha fit-talenti u professjonalita’ tal-gerrejja taghna u ninsabu certi li se jkomplu jaghmlu l-almu taghhom kollu biex jonoraw lil pajjizna filwaqt li jiksbu aktar esperjenza internazzjonali prezzjuza.

Hinijiet
Fl-ahhar laqghat rajna numru ta’ hinijiet tajbin fil-korsa tal-Marsa. Nhar il-Hamis, fil-klassi Silver, Netter Williams irregistra 1’16’7 fil-kilometru, l-aqwa hin tal-istagun s’issa fuq 2,640m. Dan huwa wkoll l-aqwa hin fil-karriera tat-tigrijiet ta’ dan iz-ziemel.

Filwaqt li kultant nisimghu kummenti li zwiemel li jtellqu f’Malta xi drabi ma jkunux ghadhom fl-aqwa taghhom, huwa tajjeb li naraw in-naha l-ohra tal-munita u li ghandna wkoll zwiemel li jaghtu l-aqwa taghhom f’pajjizna. Netter Williams mhux l-uniku kaz; zwiemel ohra li diga’ ghamlu l-ahjar hin taghhom f’Malta jinkludu rebbieha ohra din il-gimgha bhal Neo de Mira (1’16’1 fuq 2,640m) u Chilly Beast (1’15’0 fuq 1,640m), il-leggendarju In Vitro du Bourg (1’13’7 fuq 2,140m) u diversi ohrajn.

Huwa aktar difficli ghal zwiemel li jirregistraw hinijiet barra minn Malta ta’ anqas minn 1’14 fil-kilometru li jaghmlu l-aqwa hin assolut taghhom f’Malta, izda anki zwiemel bhal dawn ghamlu xi hinijiet impressjonanti hawnhekk. Per ezempju l-1’15’0 fil-kilometru li rregistra Think Yatzee nhar il-Hadd li ghadda huwa wiehed ferm rispettabbli (flimkien ma’ l-aqwa hin tieghu f’Malta ta’ 1’13’3 fuq 1,640m) u l-istess ighodd ghall-1’15’1 li ghamlu Flash Coger u Wiss Night Hawk.

Ghalkemm huwa ferm improbabbli li naraw zwiemel tal-tip ta’ xi Ready Cash jew Maharajah jigru f’Malta, statistici bhal dawn ighinuna napprezzaw il-kwalita’ dejjem tizdied taz-zwiemel taghna, li ghandhom hafna x’joffru anki wara li temmu l-karriera taghhom barra minn xtutna kif ukoll id-dedikazzjoni tas-sidien u trainers Maltin li jiehdu hsieb iz-zwiemel taghhom b’mod li johorgu l-aqwa kwalita’ taghhom.

Nawgurawlkom ilkoll laqgha interessanti ohra nhar il-Hadd li gej.