Friday 25th March 2011
It-12 u t-13-il laqgha tal-istagun 2011 – il-25 u s-27 ta’ Marzu

minn Magnat

Nhar il-Gimgha (25) u l-Hadd (27) ta’ Marzu,se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. Il-laqgha tal-Gimgha se tkun l-ewwel wahda ta’ filghaxija ghal din is-sena u se tibda’ fis-6pm, filwaqt li l-laqgha tal-Hadd tibda’ fis-2pm.

Kull laqgha ghandha programm ta’ hdax-il tigrija kollha tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2,140m, hlief ghaz-zewg semi-finali mill-Emirates Tazza l-Kbira li jingrew fuq 2,640m.

Il-laqgha tal-Gimgha se tinkludi tigrija kull wiehed ghall-klassijiet Copper u Bronze, xejn inqas minn sitt tigrijiet tal-klassi Silver, tigrija ghal zwiemel tal-klassi Gold u tnejn ghall-klassi Premier.

It-tigrijiet tal-klassi Premier jinkludu numru ta’ zwiemel tat-trott li ghadhom kif temmew l-impenji taghhom fl-Emirates Tazza l-Kbira. Fl-ewwel wahda ghandna zwiemel li jinsabu relattivament vicin il-limitu tal-punti tal-klassi Premier filwaqt li t-tieni tinkludi dawk b’numru akbar ta’ punti, bhal fost l-ohrajn ir-rebbieh tal-kampjonat U*Bet ghall-klassi Premier Think Yatzee, rebbieh tal-passat tal-Prix de Vincennes Joker de Choisel, Ker Pellois (rebbieh ta’ erbgha mill-ahhar hames hargiet tieghu), ir-rebbieh tat-Tazza tal-President ta’ Dicembru li ghadda Lucas Ness, kif ukoll erba’ debuttanti, cioe’ z-zwiemel Francizi Milord Barbes u Milord du Biwetz, l-iSvediz Belafonte u z-ziemel Daniz Hannibal K.

Interessanti li z-ziemel ta’ hdax-il sena Hannibal K ghandu rebh ta’ flus barra minn Malta ta’ aktar minn tlett darbiet il-minimu necessarju biex jikkwalifika ghall-klassi Premier, cioe’ NOK1,525,317, u ghandu l-aqwa hin ta’ 1’12’5 fil-kilometru.

Il-programm tal-Hadd huwa ddominat miz-zewg semi-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira li fi tmiemhom ikollna l-ghaxar finalisti (hamsa minn kull tigrija).

L-ewwel semi-finali tara dawn iz-zwiemel: Count of Life, Gentle Way, Glory Cowboyland, Kakisis , Arnie Sensation, Flash Coger, Madis Boy, Neo de Mira, Liosco Atout, Race Ball, Magnific As u Lonshults Anders, filwaqt li t-tieni tinkludi lil Lou Petiot, Netter Williams, Isolated, James de l’Iton, Major Chaleonnais, Affe Fager, Wiss Night Hawk, Mon Daniel, Kain Poifond, Kalipso Pierji, Malin Roro u Marathon Villers – 13-il ziemel Franciz, 9 zwiemel Svedizi, ziemel Daniz u iehor Finlandiz.

Il-kumplament tat-tigrijiet jikkonsistu fi tlett tigrijiet tal-klassi Copper, erba’ tal-klassi Bronze u tnejn tal-klassi Gold. Fil-klassi Gold, naraw id-debuttant Svediz Trackstar, li fl-eta’ relattivament zghira ta’ sitt snin diga’ rebah SEK454,500 barra minn xtutna, bl-aqwa hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru u li l-aqwa prestazzjonijiet tieghu fl-2010 jinkudu zewg rebhiet fuq 2,160m gol-koros ta’ Skelleftea u Solvalla.

Apparti z-zwiemel godda msemmija aktar ‘il fuq, erbatax-il ziemel tat-trott ohra huma rregistrati biex jiddebuttaw, cioe’ Onegeur (FR), Obscur de Busset (FR), Onlooker (FR), Onwards Star (FR), Oscardo du Val (FR), Urido Limburgia (GE), Victory Farming (SE), Nastown de Guez (FR), Lucymeister (NO), Wonderofyou (SE) u Proudest Jake (FI) kollha fil-klassi Silver, u Nustang de Chenu (FR), Triumf Sund (SE) u Narval du Donjon (FR) fil-klassi Gold.

L-ahhar laqgha
Minhabba l-maltemp, il-laqgha tal-Hadd li ghadda kienet posponiment tal-laqgha li kellha tinzamm fit-13 ta’ Marzu. Kienet tikkonsisti fi hdax-il tigrija tat-trott u wahda tal-galopp (li fiha ddebuttaw ukoll iz-zwiemel Francizi Joliminoi u Sagouin).

Din kienet iddominata mill-erba’ kwarti-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira, fejn rajna rebhiet ghal Lonshults Anders li kien fil-kmand ghall-bicca l-kbira tat-tigrija u rnexxielu jzomm fuq quddiem sat-tmiem, il-veteran James de l’Iton li gera’ tnejn fuq barra ghal partijiet twal tat-tigrija tieghu izda xorta kien b’sahhtu bizzejjed biex jirbah fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’17’1 fil-kilometru, Kakisis li rebah b’margni minimu grazzi ghal sprint fl-ahhar, filwaqt li Marathon Villers rebah it-tieni rebha konsekuttiva minn daqstant tigrijiet f’Malta wara li ddomina il-kwarti-finali tieghu.

It-tigrijiet l-ohra wkoll raw numru ta’ zwiemel jirregistraw it-tieni rebha taghhom, jew it-tieni wahda konsekuttiva, cioe’ Mirall Composite (klassi Copper), Noe de Loudat (klassi Bronze), u Niko de Chamant (klassi Silver), jew it-tieni rebha stagjonali taghhom (Energy Launcher – klassi Gold u Natif du Moulin – klassi Silver). Finalment, Judoka du Rib (klassi Copper) u Jet de Mee (klassi Silver – fil-hin tajjeb ta’ 1’17’4 fil-kilometru fuq 2,640m) rebhu t-tigrijiet rispettivi taghhom, filwaqt li z-ziemel Irlandiz Tarruji rebah it-tielet tigrija konsekuttiva tal-galopp tal-klassi A.

Ahbarijiet ohra
Matul l-ahhar laqgha, rajna wkoll numru ta’ premjazzjonijiet li rrizultaw minn ri-klassifikazzjonijiet kawzati minn testijiet tad-doping pozittivi. Kakisis gie dikjarat l-aktar ziemel tat-trott konsistenti tal-istagun li ghadda, Lucas Ness huwa r-rebbieh tat-Tazza tal-President li nzammet f’Dicembru li ghadda, u Internet huwa r-rebbieh tal-finali tal-kampjonat U*Bet ghall-klassi Bronze ta’ Frar li ghadda.

Memorji mill-passat
Hekk kif waslu biex jinzammu s-semi-finali tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena, ighaddu minn mohhna memorji ta’ semi-finali tat-Tazza l-Kbira tal-passat.

Il-bidu tas-snin sebghin ra l-bidu ta’ qawmien gdid fil-qasam tat-tigrijet taz-zwiemel f’Malta bl-importazzjoni ta’ numru mdaqqas ta’ zwiemel ta’ kwalita’. L-edizzjoni ta’ erbghin sena ilu rat it-tnehhija tas-sistema tal-vantagg f’dan il-kampjonat biz-zwiemel kollha jibdew mill-istess pozizzjoni. Dawk iz-zmenijiet, il-kampjonat kien jigi kkontestat fuq heats, semi-finali u finali.

Dik is-sena, is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira saru fit-2 ta’ Mejju 1971, bir-rebhiet imorru ghal Urus du Padoueng (fit-tieni tigrija – u t-tieni rebha – tieghu f’Malta) li rebah dik li probabbli kienet l-aktar semi-finali bbilancjata minn Renov Vit u Quinadou, u ghal Setu Kerveyer li rregistra l-ahjar hin u rebah minn Sanglier u Solide Espoir. Zwiemel ohra li ghaddew ghall-finali kienu Quillaja, Quiscale III, Sam II u Ulvik.

Hamsa u tletin sena ilu, is-semi-finali kellhom jinzammu fil-25 t’April 1976, izda l-ewwel wahda giet annullata minhabba li nqata d-dawl u “false start” mghajjat mill-istewards ma giex innutat mis-sewwieqa li komplew it-tigrija xorta. It-tieni rat liz-ziemel relattivament gdid Borely Victor fuq quddiem ghall-bicca l-kbira tat-tigrija segwit mill-qrib minn Alcyon III li mar quddiem madwar 300m mit-tmiem u zamm il-vantagg sal-ahhar, biex rebah minn Borely Victor, Unique Tresor, Au Fond des Bois u Berberis II.

L-ewwel semi-finali regghet ingriet fit-2 ta’ Mejju. Ultra Son B, li kien fl-ahhar post ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, beda girja soda fl-ahhar fazi taghha, u rebah minn Atome II, Trigny, Urbain L u Acteon Joli.

Liema zwiemel se jaslu fil-finali ta’ din is-sena? Se nkunu nafu r-risposta nhar il-Hadd li gej.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.