Thursday 31st March 2011
L-14 u l-15-il laqgha tal-istagun 2011 – il-31 ta’ Marzu u t-3 t’ April

minn Magnat

Nhar il-Hamis 31 ta’ Marzu (btala pubblika – Jum il-Helsien) u l-Hadd 3 t’April se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. Iz-zewg laqghat jibdew fis-2pm.

Kull laqgha tinkludi tmien tigrijiet, kollha tat-trott hlief ghal tigrija tal-galopp ghal zwiemel tal-klassi A nhar il-Hamis. Id-distanza sprint ta’ 1,640m se tintuza ghat-tigrijiet kollha tat-trott hlief wahda (fuq 2,140m), filwaqt li t-tigrija tal-galopp tingera fuq distanza twila ta’ 2,250m.

Il-qofol tal-laqgha tal-31 ta’ Marzu tkun it-tappa ta’ Malta ta’ din is-sena tal-kampjonat internazzjonali tal-Mediterranean Horse Racing Union (MHRU). Il-Malta Racing Club qed jipprepara sfond spettakolari ghal dan l-avveniment bl-involviment ta’ karozzini u banda.

L-MHRU hija organizzazzjoni internazzjonali tat-tigrijiet taz-zwiemel li tinkludi kemm tigrijiet tat-trott kif ukoll tal-galopp. Imwaqqfa fl-2008, tghaqqad diversi federazzjonijiet u assocjazzjonijiet tat-tigrijiet taz-zweiemel mir-regjuni tal-Mediterran u l-Bahar l-Iswed, cioe’ l-Algerija, il-Kroazja, Franza, l-Italja, Malta, il-Marokk, il-Portugal, ir-Russja, is-Serbja, is-Slovenja, Spanja, it-Tunezija, it-Turkija u l-Ukrajna.

Il-kampjonat tas-sewwieqa huwa fl-ewwel tappa tal-kompetizzjoni ta’ din is-sena u jara r-rapprezentant taghna Julian Farrugia jissielet ma’ rapprezentanti mill-pajjizi l-ohra kompetituri, cioe’ is-Slovenja, l-Ukrajna, l-Italja, Franza, ir-Russja u s-Serbja. Zwiemel tal-klassi Silver se jintuzaw ghal din it-tappa ta’ Malta fuq distanza qasira ta’ 2,140m.

Il-kampjonat tal-galopp jinsab fit-tieni tappa tieghu wara dik li nzammet fi Franza. Ir-rapprezentant taghna se jkun Eric Zammit li se jiffaccja kompetituri mir-Russja, Marokk, Tunezija, Franza u l-Italja f’tigrija tal-Klassi A fuq 2,250m.

Malta qed tiddefendi t-titlu ta’ rebbieh ghall-2010 fil-kampjonat tas-sewwieqa u rbahna wkoll tieni post prestigjuz fil-kampjonat tal-galopp tas-sena l-ohra. Nawguraw xorti tajba lir-rapprezentanti taghna ghax se jkunu jiffaccjaw kompetizzjoni iebsa minn pajjizi ferm ikbar, li hafna minnhom ghandhom tradizzjonijiet mil-aqwa fid-dixxiplini rispettivi.

Il-kumplament tat-tigrijiet se jikkonsistu principalment f’tigrijiet ohra tal-klassi Silver (erbgha), kif ukoll tigrija tal-klassi Copper u tigrija tal-ponijiet.

Il-programm tal-Hadd mistenni jinkludi zewg tigrijet tal-klassi Copper, tlett tigrijet ghal zwiemel tal-klassi Bronze, tigrija ghall-klassi Gold u tnejn ghal zwiemel tal-klassi Premier.

Kull tigrija tal-klassi Premier tinkludi hmistax-il ziemel. L-ewwel wahda hija miftuha ghal zwiemel li ghandhom inqas minn 490 punt. Fost dawk li gejjin minn prestazzjonijiet pozittivi fl-ahhar tlett hargiet ghandna lil Livi Cantona (rebah darbtejn), Carnegie Hall (rebbieh fl-ahhar tigrija tieghu), Lover Boy Index (rebah darba u pplejsja darb’ohra) u Key Value (gie darba t-tieni u ohra t-tielet).

It-tigrija l-ohra tal-klassi Premier ghal zwiemel b’punti ghola tinkludi zwiemel ohra li kellhom prestazzjonijiet tajbin dan l-ahhar bhal fost l-ohrajn Master Perrine u Belafonte (l-ewwel u t-tieni fit-tigrija tal-klassi Premier tal-gimgha l-ohra), Ker Pellois (tlett rebhiet dan l-istagun) u diversi ohrajn. Ringside (SE) mistenni jiddebutta f’din it-tigrija.

L-ahhar laqghat

Il-punti ewlenin tal-laqghat ta’ tmiem il-gimgha li ghadda kienu s-semi-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira fuq 2,640m li nzammu nhar il-Hadd matul programm ta’ hdax-il tigrija. Dawn irrizultaw fl-ghazla tal-kontestanti kollha tal-finali tal-10 t’April.

L-ewwel semi-finali intebhet minn Kakisis li l-isprint impressjonanti tieghu fl-ahhar mitejn metru wasslu biex jeghleb liz-zwiemel ta’ quddiem sa dak il-hin u jispicca qabel il-kwalifikanti l-ohra Neo de Mira, Lonshults Anders, Madis Boy u Liosco Atout. Sfortunatament dan ta’ l-ahhar miet ftit wara t-tigrija biex b’hekk il-finali tilfet kompetitur.

It-tieni semi-finali rrizultat fit-tielet rebha minn erba’ hargiet fostna ghal Major Chaleonnais li mar quddiem mill-fazijiet bikrija u baqa’ fil-kmand matul it-tigrija kollha biex rebah mill-kwalifikanti l-ohra Lou Petiot, Isolated, Marathon Villers u Netter Williams.

Programm iehor ta’ hdax-il tigrija nzamm il-Gimgha. It-tigrija principali ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq 2,140m rrizultat f’rebha ghal Master Perrine li gheleb sfida qawwija mid-debuttant Belafonte biex irregistra hin tajjeb hafna ta’ 1’15’7 fil-kilometru.

It-tlett tigrijiet tal-klassi Gold ukoll kellhom tmiem interessanti. It-tigrija tal-Gimgha rrizultat f’rebha ghal Indian Attack f’hin iehor tajjeb hafna ta’ 1’15’8 fil-kilometru fuq 2,140m. Il-Hadd, Energy Launcher wettaq sprint impressjonanti fl-ahhar biex gie minn imkien u gheleb lil kulhadd, filwaqt li t-tigrija l-ohra tal-klassi Gold intrebhet minn Carnegie Hall li gie promoss ghall-klassi Premier flimkien maz-ziemel fit-tieni post L’An Deux Milles, wara l-iskwalifika tal-ewwel ziemel li ghadda l-gister.

Apparti d-debuttanti li kienu gja gew imhabbra, iz-zwiemel li gejjin ukoll iddebuttaw fi tmiem il-gimgha li ghadda, meta dahlu bhala riservi: Olympic Swing (SE) – klassi Bronze, li ddebutta b’rebha, Running Asterix (SE) – klassi Silver u Locton (FR) – klassi Premier,

Testijiet tad-Doping
Ninnotaw b’soddisfazzjon li l-Malta Racing Club dan l-ahhar ircieva tlett testijiet tad-doping negattivi rigward Arnie Sensation, Livi Cantona u Lotus du Goth. Prosit lis-sidien taghhom u jalla jkollna aktar rizultati tad-doping negattivi li jkomplu juru l-impenn taghna ghal kompetizzjoni nadifa fit-tigrijiet.

Charles Clifton

Kien xieraq li fil-programm tal-Hadd tinzamm minuta silenzju biex tfakkar fil-mewt tal-ex-sewwieq maghruf Charles Clifton, flimkien ma’ cerimonja simbolika li kellha l-partecipazzjoni ta’ sewwieqa ohra u membri tal-familja tieghu.

Kumbinazzjoni l-ahbar tal-mewt ta’ Charles waslitli meta kont qed naqra rapport f’The Times ta’ Mejju 1985 fuq it-tmiem tal-kampjonat ta' Farsons ta' dik is-sena li fost l-ohrajn kien ighid “It-tandem Koqsour –Clifton (Charles) tassew jisthoqqlu t-titlu ta’ champions li bih issejjhu l-bierah minn folla li apprezzat il-prestazzjoni taghhom.”

Artiklu simili ta’ Gunju 1989 jirrapporta fuq il-finali tal-MRC Challenge Cup: “Iz-ziemel fuq quddiem issa kellu vantagg ta’ tul wiehed biss izda anki Lionel u Neloup kienu resqin vicin bhalma kien ukoll qed jaghmel Nemo des Bruyeres li kien qed jigi mizmum lura b’mod mill-aktar kapaci minn Charles Clifton … Hekk kif iz-zwiemel hargu mill-ahhar kurva, Nemo des Bruyeres ghamel il-mossa decisiva tieghu. Hareg b’sahhtu fuq in-naha ta’ barra taz-ziemel ta’ quddiem u bil-mod il-mod beda jnaqqas id-distakk, sakemm qabzu 100 metru mill-gister. Made in Pirjou rreagixxa izda r-reazzjoni tieghu kienet pjuttost debboli u qatt ma nkwetat lil Nemo des Bruyeres li baqa’ sejjer biex rebah b’tul.”

Hekk nixtiequ nkomplu niftakruk Charles. Bhala sportiv distint u rebbieh - m’ghadekx fostna izda l-memorja tieghek ma tintemm qatt. Jalla tistrieh fis-sliem.

Noffru b’mod sincier l-ghomor lill-familjari u mahbubin ta’ Charles.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti din il-gimgha.