Thursday 7th April 2011
Is-16 -il laqgha tal-istagun 2011 – l-10 t’ April

minn Magnat

Is-sittax –il laqgha tal-istagun se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej 10 t’April, mis-2pm ‘il quddiem. Dan se jkun programm ta’ seba’ tigrijiet iddominat mill-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira fuq distanza ta’ 2,640m.

Is-sitt tigrijiet l-ohra jikkonsistu f’wahda ghall-klassi Copper, tnejn ghal zwiemel tal-klassi Bronze, wahda ghall-klassi Silver u t-tnejn l-ohra ghall-klassi Gold, kollha fuq distanza sprint ta’ 1,640m.

Il-finali tal-Emirates Tazza l-Kbira se tkun ikkontestata mid-disa’ zwiemel li gejjin: Netter Williams, Neo de Mira, Marathon Villers, Kakisis, Lonshults Anders, Isolated, Madis Boy, Major Chaleonnais u Lou Petiot. Seba’ zwiemel Francizi u tnejn Svedizi, li minnhom tlieta ghandhom ghaxar snin u tlieta ohra ghandhom hdax-il sena, filwaqt li hemm ziemel f’kull wahda mill-kategoriji ta’ disa’, tnax u tlettax-il sena.

Mistennija tigrija mill-aktar kumbattuta, b’diffikultajiet kbar biex jitbassar mhux biss ir-rebbieh izda wkoll iz-zwiemel li se jiehdu l-pjazzamenti l-ohra. Premjijiet ta’ flus li jammontaw ghal Euro4,100 se jigi prezentati, kif ukoll trofej lil dawk li jippjazzaw fl-ewwel erba’ postijiet u kutri taz-zwiemel kommemorattivi.

F’din l-okkazjoni tradizzjonali, Emirates Airline u l-Malta Racing Club qed ihejju sfond li jikkonsisti f’ diversi attivitajiet li ghandhom ikunu ta’ interess ghall-familja kollha.

Iz-zewg tigrjiet tal-klassi Gold fil-programm ghandhom ikunu wkoll ta’ interess sostanzjali. L-ewwel wahda hija ghal zwiemel li huma qrib il-klassi Silver filwaqt li l-ohra tinvolvi zwiemel li hafna minnhom jigu promossi ghall-klassi Premier b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament tajjeb. Kull wahda tara lista shiha ta’ sittax-il ziemel.


Se jkollna xi zwiemel li gejjin minn prestazzjonijiet tajbin hafna fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom, bhal Niko de Chamant (zewg rebhiet), Lotus du Goth (rebha u pjazzament), Bete Saknussen (rebha fl-ahhar tigrijia) u diversi ohrajn fl-ewwel tigrija, u Energy Launcher (zewg rebhiet u pjazzament), Intrus des Rioults (zewg pjazzamenti fit-tieni post), Race Ball (zewg pjazzamenti) u ohrajn, fit-tieni tigrija.

Ziemel wiehed mistenni jiddebutta, cioe’ Parigot (FR) fil-klassi Bronze.

L-ahhar laqghat
Tmien tigrijiet ingrew f’kull wahda mill-laqghat ta’ nhar il-Hamis u l-Hadd tal-gimgha l-ohra. Il-qofol ta’ dawn il-laqghat kienu t-tigrijiet mill-kampjonati tal-Mediterranean Horse Racing Union – wahda ghas-sewwieqa (tigrijiet tat-trott) u l-ohra ghall-gerrejja (tigrijiet tal-galopp).

Julian Farrugia ghamilna lkoll kburin billi rregistra rebha fl-ewwel tappa tal-kampjonat tas-sewwieqa, meta saq lil Magnifique Sablais li mar fuq quddiem kmieni fit-tigrija u zamm il-kmand sat-tmiem biex rebah quddiem Zerbin (Italja), Money Boy (Slovenja) u Oscardo du Val (Russja).

Min-naha l-ohra ir-rapprezentant taghna Eric Zammit kellu tigrija iebsa ferm fil-kampjonat tal-gerrejja. It-tigrija intrebhet minn Ollie Fliptrik (Franza), segwit minn Genievre (Italja) u Minnow (Tunezija), filwaqt li Lordswood (Malta) ma pplejsjax.

Zewg tigrijiet tal-klassi Premier inzammu nhar il-Hadd fuq 1,640m, li t-tnejn intrebhu minn zwiemel tat-trott Svedizi.

Fl-ewwel wahda, Carnegie Hall zamm il-kmand mill-fazijiet tal-bidu sad-dritta finali, meta Livi Cantona li kien qed javvanza bis-sahha fl-ahhar 500 metru, sploda sprint qawwi li ppermettielu li jmur quddiem u jirbah f’hin tajjeb hafna ta’ 1’14’8 fil-kilometru mill-istess Carnegie Hall, Bill Boing u Lucas Ness. Din kienet is-sitt rebha ta’ Livi Cantona (apparti zewg pjazzamenti wkoll) f’ghaxar tigrijiet f’Malta.

Fit-tieni tigrija tal-klassi Premier, Belafonte (fit-tieni tigrija tieghu fostna) ha l-kmand madwar 400m mit-tmiem u baqa’ sejjer biex rebah fl-aqwa hin tal-istagun s’issa fuq din id-distanza, cioe’ 1’14’5 fil-kilometru, quddiem Mark de Chamant, id-debuttant Ringside u Master Perrine.

Memorji mill-passat
Gimghatejn ilu, tajna harsa lejn is-semi-finali tat-Tazza l-Kbira tal-1971 u 1976. Fl-okkazjoni tal-finali ta’ din is-sena huwa xieraq li niftakru l-finali ta’ dawk is-snin.

Erbghin sena ilu, il-finali nzammet fis-16 ta’ Mejju u Urus du Padoueng u Renov Vit mill-ewwel marru fuq quddiem. Kellna habta f’nofs it-tigrija bejn Quillaja u Solide Espoir li fortunatament ma kelliex konsegwenzi gravi.

Urus du Padoueng u Renov Vit zammew il-kmand matul it-tigrija kollha u kif waslu ghall-ahhar kurva, ta’ l-ewwel kien fuq quddiem man-naha tar-rails, filwaqt li Renov Vit kien qed jattakka fuq in-naha ta’ barra. It-tnejn taw l-aqwa taghhhom bl-ispettaturi jinkoraggixxu l-favoriti taghhom, izda r-rebha hadha Urus du Padoueng b’tul minn Renov Vit u Quinadou li spicca fit-tielet post.

Hamsa u tletin sena ilu, il-finali saret fit-23 ta’ Mejju. Acteon Joli mar fuq quddiem mill-bidu, segwit mill-qrib minn Alcyon III u Atome II imexxu l-kumplament taz-zwiemel. Borely Victor u Urbain L ukoll komplew jisfidaw tajjeb.

Alcyon III mar fuq quddiem ftit wara nofs it-tigrija, izda kellu l-isfidi ta’ Urbain L u Borely Victor b’ta’ l-ahhar jiehu l-kmand madwar l-ahhar kurva twila. Izda Alcyon III, misjuq mis-Sur Faucault, is-sewwieq matul il-karriera tieghu gewwa Franza, ma damx biex rega’ mar quddiem u ghalkemm gie mghedded minn zwiemel bhal Unique Tresor, Ultra Son B u Au Fond des Bois, baqa’ sejjer biex rebah minn Unique Tresor u Ultra Son B.

Min imissu jnaqqax ismu fuq din it-tazza mill-aktar prestigjuza din is-sena?

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti nhar il-Hadd.