Tuesday 12th April 2011
Kakisis jirbah l-edizzjoni 2011 tal-Emirates It-Tazza l-Kbira

Misjuq minn Johan Axisa, il-favorit Kakisis, rebah l-edizzjoni 2011 tal-kompetizzjoni Emirates Airline-Tazza l-Kbira ghal zwiemel mill-oghla klassijiet Premier u Gold fuq distanza twila ta’ 2640m.

Din kienet taghmel parti mis-16-il laqgha tas-sena li kienet tikkonsisti minn seba’ tigrijiet tat-trott. Il-kumplament tat-tigrijiet saru kollha fuq distanza ta’ mil.
Storikament, il-kompetizzjoni tat-Tazza l-Kbira hi wahda mill-eqdem u fost laktar prestigjuzi fil-kaledarju tal-Malta Racing Club. Fil-fatt l-ewwel edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni saret fl-1934 u kienet intrebhet mill-Franciz Frise Poulet misjuq minn Paul Galea.

Is-sidien u ssewwieqa taz-zwiemel finalisti gew prezentati lill-mijiet prezenti fil-Marsa permezz ta’ cerimonja specjali li matulha dawn dahlu fil-korsa b’karozzi klassici Ferrari u anki b’muturi klassici. Barra dan aktar tard kien il-popolari In Vitro du Bourg, rebbieh tal-edizzjoni 2010 li mexxa liz-zwiemel f’parata ufficjali.

Disgha kienu l-finalisti tat-Tazza l-Kbira. Kien Lonshults Anders (Shawn Portelli) l-aktar veloCi wara l-karozza tat-tluq. Dan fetah vantagg zghir fuq Madis Boy (Rodney Gatt) u Major Chaleonnais (Charlo’ Debono). Izda f’nofs id-distanza kien Major Chaleonnais li mar quddiem, ghalkemm dan fid-dritta finali ma seta’ jaghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Kakisis (Johan Axisa) li rebah il-finali u ha t-tielet rebha kosekuttiva bi ftit minn Lonshults Anders (Shawn Portelli), Lou Petiot misjuq minn missier Johan, Michael Axisa u Neo de Mira (George Muscat).

Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.17.6” fil-kilometru. Fi-tmiem il-finali, Johan Axisa mhux biss ircieva t-Tazza l-Kbira minghand Paul Fleri Soler, Manager ta’ Emirates Airline ghal Malta u Cipru, li tin]zmm ghal sena, izda anki ghata ghaz-ziemel u premju ta’ €2,500.