Friday 15th April 2011
Is-17 -il laqgha tal-istagun 2011 – l-17 t’ April

minn Magnat

Fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd 17 t’April tinzamm is-sbatax il-laqgha tal-istagun, li tibda’ fis-2pm u tinkludi disa’ tigrijiet.

Issa li l-Emirates Tazza l-Kbira waslet b’success fit-tmiem, nghaddu mill-ewwel ghal kampjonat iehor, it-Tazza Assikura, miftuha biss ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi. Dan se jkompli jikkonferma n-natura internazzjonali tax-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta meta jkunu rapprezentati f’dan il-kampjonat xejn inqas minn seba’ pajjizi, cioe’ d-Danimarka, il-Finlandja, il-Germanja, l-Italja, l-Olanda, in-Norvegja u l-Istati Uniti.

Il-kampjonat ghat-Tazza Assikura se jkun ikkontestat fuq distanza ta’ 2,140m u maqsum fi tnejn. Wiehed u tletin ziemel gejjin mill-klassijiet Premier, Gold u Silver se jikkompetu flimkien fi tlett semi-finali, bl-ewwel tlieta minn kull wahda jghaddu ghall-finali ta’ dawn il-klassijiet. Dsatax –il ziemel gejjin mill-klassijiet Bronze u Copper se jikkompetu flimkien fiz-zewg semi-finali l-ohra, bl-ewwel hamsa minn kull wahda jikkwalifikaw ghall-finali riservata ghal dawk il-klassijiet.

Ghalkemm iz-zwiemel li twieldu barra Franza u l-iSvezja mhumiex tant numeruzi f’Malta, hemm diversi zwiemel ta’ kwalita’ fosthom u nistennew kampjonat iehor eccitanti u bilancjat.

Il-kumplament tat-tigrijiet se jinkludu wahda ghall-klassi Silver u ohra ghall-klassi Gold, it-tnejn fuq distanza ta’ 2,640m. Din ta’ l-ahhar se tinkludi zwiemel li jigu promossi ghall-klassi Premier b’rebha jew f’xi kazijiet anki bi pjazzament tajjeb.

Tmien zwiemel tat-trott godda mistennija jiddebuttaw nhar il-Hadd li gej, cioe’ Lime Casted (SE), Prince Feulavoir (FR) u Conmore Toll (SE) fil-klassi Silver, Friendly Frazer (GER) fis-semi-finali tat-Tazza Assikura ghall-klassijiet Bronze u Copper, Wilford (GER), Kingpin La Marc (DK), Lion Crown (GER) u Arifant (NO) fis-semi-finali tat-Tazza Assikura ghall-klassijiet Premier, Gold u Silver.

B’missier Franciz u omm Svediza, interessanti ninnutaw li d-debuttant Norvegiz ta’ hdax-il sena Arifant rebah aktar minn tlett darbiet il-minimum rikjest biex jikkwalifika ghall-klassi Premier, cioe’ NOK1,751,491, u ghandu l-aqwa hin ta’ 1’13’4 fil-kilometru.

Jekk dawn iz-zwiemel jaghmlu d-debutt taghhom, naqbzu l-100 debuttant fit-trott dan l-istagun.

Iz-zewg tigrijiet l-ohra huma tigrijiet tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1,250m, wahda ghal zwiemel tal-galopp tal-klassi A u l-ohra ghal zwiemel tal-Klassi B, b’seba’ zwiemel miktuba biex jigru f’kull wahda minnhom. It-tigrija tal-klassi A tinkludi fost l-ohrajn zwiemel bhal Uncle Bertie, rebbieh fl-erba’ hargiet tieghu s’issa, Giada Med li gejja minn rebha fit-debutt taghha u d-debuttanti Kimberley Downs (US) u Makabul (UK).

L-ahhar laqgha

L-ahhar laqgha giet iddominata mill-Finali tat-Emirates Tazza l-Kbira fuq 2,640m li fiha ikkompetew disa’ zwiemel tat-trott wara process ta’ ghazla iebes fuq tlett settijiet ta’ fazijiet ta’ kwalifikazzjoni

It-tigrija rat lil Lonshults Anders jmur quddiem fil-fazi bikrija tat-tigrija, b’Major Chaleonnais jiehu l-kmand fl-ahhar dawra. Wara li kien okkupa l-ahhar post ghall-parti l-kbira tat-tigrija, madwar 900m mit-tmiem, Kakisis misjuq minn Johan Axisa, wettaq attakk qawwi fuq in-naha ta’ barra u nkurunah bi sprint irrezistibbli fid-dritta finali li tah ir-rebha bi ftit minn Lonshults Anders, Lou Petiot li gej mill-istess stalel tar-rebbieh, u Neo de Mira. Ghal Kakisis kienet it-tielet rebha konsekuttiva u rregistra hin ta’ 1’17’6 fil-kilometru.

Fl-ahhar tat-tigrija, Johan Axisa gholla t-Tazza l-Kbira ad unur ta’ Kakisis li issa jinghaqad mal-lista tad-deheb tar-rebbieha ta’ din it-Tazza prestigjuza, u rcieva wkoll ghata ghaz-ziemel u cekk ta’ Euro2,500 minghand is-Sur Paul Fleri Soler, manager ta’ Emirates Airline.

It-tigrijiet l-ohra ngrew fuq distanza sprint ta’ 1,640m. Fiz-zewg tigrijet tal-klassi Gold rajna tmiem eccitanti ras imb’ras li gew mirbuha minn Bete Saknussen (it-tieni rebha konsekuttiva) minn Delvin Brodde u minn The Big Blue World quddiem Count of Life.

Maitre des Bannes rebah it-tigrija tal-klassi Silver fl-aqwa hin tal-laqgha ta’ 1’14’8 fil-kilometru. Il-bqija tat-tigrijiet intrebhu minn Boston Harbor u Improve Samb (klassi Bronze) u Lucky Sam de Court (klassi Copper).

Ahbarijiet ohra

Bhala parti mill-impenn qawwi tieghu li jelimina d-doping darba ghal dejjem mix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta, il-Malta Racing Club introduca pieni aktar iebsin li dahlu fis-sehh ghal testijiet tad-doping li jsiru mit-12 t’April 2011 ‘il quddiem.

Minn dik id-data, f’kaz ta’ test tad-doping pozittiv f’finali, kull ziemel (irrispettivament jekk hux tat-trott, tal-galopp jew xort’ohra) u sid involut se jigi sospiz ghal 100 gurnata (li ma jinkludux zmien meta l-istagun ikun wieqaf). F’dak il-kaz, iz-zwiemel kollha registrati fuq is-sid partikolari jigu sospizi.

Multi ghal testijiet pozittivi tad-doping f’kull tigrija (mhux biss finali) se jibqghu jammontaw ghal nofs il-valur tal-premju ta’ flus tar-rebbieh tat-tigrija partikolari soggett ghal minimu ta’ Euro300 u z-ziemel/ zwiemel tas-sid/ sidien partikolari meta jithallewx jikkompetu mill-gdid sakemm tithallas il-multa.

It-Tazza l-Kbira – Kuntrasti

Ziffa friska taghtini energija gdida wara gurnata twila waqt li diehel f’korsa mudlama u vojta nhar il-gimgha filghaxija. L-uniku dawl gej mill-Pegasus Bar taht it-tinda centrali, fejn sejjer jien. Insinji tal-Emirates u l-MRC u t-Tazza l-Kbira nnifisha jolqtuni kif nidhol gewwa. Sidien u sewwieqa taz-zwiemel partecipanti qed jixorbu flimkien fil-kwiet, bhala hbieb. Nista’ nhoss il-hegga ta’ kull wiehed minnhom li jirbah din it-tigrija kbira, izda fl-istess hin huma lkoll jafu u jirrispettaw lil xulxin u huma sportivi ta’ veru. Imbghad jigu indirizzati mic-Chairman tal-MRC, jigu pprezentati bin-numri tat-tigrija taghhom u materjal relatat u certi aspetti prattici tat-tigrija jigu diskussi b’mod miftuh u miftiehma. Kollha jaghtu l-isbah xewqat lil xulxin.

B’kuntrast, il-Hadd wara nofsinhar huwa xemxi u shun. Il-korsa hija mimlija dawl, storbjuza, mizghuda bl-ispettaturi, Maltin u barranin. L-MRC toffri spettaklu brillanti, bir-rapprezentant tal-Emirates jillendja bil-helicopter, is-sidien tal-finalisti huma misjuqa gol-korsa f’karozzi Ferrari klassici u s-sewwieqa fuq muturi Harley Davidson. Iz-zwiemel ileqqu jippartecipaw kburin fil-parata mal-handlers taghhom, immexxija mir-rebbieh tas-sena l-ohra u jigu pprezentati tifkiriet tal-okkazjoni lis-sidien u s-sewwieqa.

It-tigrija nnifisha hija avveniment qasir izda intens li fih kulhadd jaghti l-almu kollu tieghu. L-ispettaturi jficcju l-postijiet minn fejn ikollhom l-ahjar veduta u l-arja hija mimlija tensjoni u sens ta’ stennija. It-tigrija tiehu l-hajja l-aktar fl-ahhar dawra izda meta jigri dan, izzomm lill-ispettaturi kollha bil-wieqfa fuq il-ponot ta’ subghajhom. Id-dritta finali hija taqtigha ras imb’ras bejn numru ta’ zwiemel b’rebbieh wiehed biss, Kakisis.

Galadarba spiccat it-tigrija, ir-rebbieh ghajjien u s-sewwieq tieghu jigu mghajjta fiz-zona tar-rebbieha u tinzamm ic-cerimonja tal-premjazzjoni bis-sid/ sewwieq ta’ Kakisis igholli t-Tazza l-Kbira fil-gholi. Naraw xeni ta’ ferh fi stil Mediterranju b’nies jitghannqu u jaqbzu bil-ferh, u r-ritratti tradizzjonali tas-sidien, handlers, sostenituri u l-qraba u hbieb taghhom maz-ziemel gharqan u rebbieh.

Fl-ahhar tal-laqgha immur sal-istalla fejn jinsab ir-rebbieh. Iz-ziemel gie mashul u qed jistrieh, fil-kwiet u l-paci. L-annimal li ftit ilu kien qed jisprintja b’sahhtu kollha fuq il-korsa jtajjar in-nar, rega’ ha n-natura gentili u kwieta ta’ ziemel mistrieh.

Kakisis jaghtini harsa b’ghajnejn ghajjenin izda kburin … il-gurnata tax-xoghol tieghu ntemmet u jaf li huwa l-eroj tal-korsa!

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti ohra nhar il-Hadd.