Thursday 21st April 2011
It-18 u d-19-il laqgha tal-istagun 2011 – it-23 u l-24 t’ April

minn Magnat

Nhar is-Sibt 23 u l-Hadd 24 t’April (l-Ghid il-Kbir) se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. Il-laqgha tas-Sibt tibda’ fis-2pm b’tal-Hadd tibda’ fis-2.30pm

Kull laqgha tinkludi tmien tigrijiet tat-trott, kollha fuq 2,640m hlief ghal tigrija wahda li tingera fuq 2,140m.

Il-qofol tal-laqghat mistennija tkun it-tigrija tal-klassi Premier li ghandna f’kull laqgha, biz-zewg tigrijiet ikollhom il-massimu ta’ sittax-il ziemel. It-tigrija tas-Sibt fiha zwiemel li huma qrib tal-klassi Gold u tinkludi whud gejjin minn prestazzjonijiet tajbin fl-ahhar tlett tigrijiet taghhom, bhal Carnegie Hall (rebha u pjazzament), Bill Boing (zewg pjazzamenti), Gentle Way (zewg pjazzamenti) u ohrajn.

Naraw ukoll id-debuttant Svediz Candy Fantasy, li fl-eta’ ta’ sitt snin biss, diga’ rebah SEK565,400 barra minn Malta, u li l-ahjar prestazzjonijiet tieghu f’koros fl-iSvezja fl-2010 jinkludu erba’ pjazzamenti fit-tieni post u pjazzament fit-tielet post fuq distanzi li jvarjaw bejn 1,640m u 2,660m, u l-ahjar hin tieghu ta’ 1’12’4 fil-kilometru fuq 1,640m.

Fit-tigrija tal-klassi Premier tal-Hadd naraw zwiemel li ghandhom punti aktar gholjin. Dawn jinkludu zwiemel tat-trott bhal Livi Cantona (hames rebhiet mill-ahhar seba’ tigrijiet tieghu), ir-rebbieh tal-kampjonat U*Bet ghall-klassi Premier Think Yatzee, Belafonte, Master Perrine u Mon Daniel (kull wiehed gej minn rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet) u diversi ohrajn.

Tinkludi wkoll zewg debuttanti, cioe’ Milton Malhis (FR) u Uncle Sund (SE). Dan ta’ l-ahhar rebah madwar darbtejn ir-rebh ta’ flus necessarju biex jikkwalifika ghall-klassi Premier, cioe’ NOK946,753 (madwar SEK1,100,000), u ghandu l-aqwa hin ta’ 1’12’7 fil-kilometru fuq 1,640m.

Ghandna wkoll tigrija interessanti ghall-klassi Gold f’kull laqgha b’diversi zwiemel popolari, b’uhud minnhom kienu wkoll grew fil-klassi Premier fil-passat.

Naghtu wkoll merhba lis-sewwieqa Finlandizi li qed izuru Malta fi tmiem il-gimgha, li gew biex jikkompetu f’tigrija fuq 2,140m bejniethom u numru ta’ sewwieqa Maltin. Din hija okkazjoni ta’ kompetizzjoni ta’ hbiberija u l-holqien ta’ relazzjonijiet bejn is-sewwieqa taghna u dawk barranin.

Minbarra d-debuttanti msemmija hawn fuq, dawn li gejjin huma wkoll mistennija jaghmlu d-debut taghhom fostna fi tmiem il-gimgha li gej: Ocean Gede (FR) fil-klassi Silver, Napolitano Sun (FR) fil-klassi Gold u Olifant du Pouy (FR) fit-tigrija Malta-Finlandja.

L-ahhar laqgha

L-aspett principali tal-laqgha tal-Hadd li ghadda kien is-semi-finali tat-Tazza Assikura fuq 2,140m, riservati ghal zwiemel li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi. Issa ghandna l-finalisti kollha ta’ dan il-kampjonat.

L-ewwel semi-finali ghall-klassijiet Premier, Gold u Silver irrizultat f’rebha ghal Obi Wan Kenobi li zamm l-ewwel post mill-bidu sat-tmiem biex gheleb lil Socrates u Baronello li kkwalifaw ukoll.

Fit-tieni, Indian Attack wettaq sprint finali qawwi biex rebah minn Big Hit u Bete Saknussen li wkoll ikkwalifikaw ghall-finali. Fl-ahhar semi-finali Count of Life qabez lid-debuttant Arifant fid-dritta finali u baqa’ sejjer biex rebah fl-ahjar hin tal-laqgha ta’ 1’16’9 fil-kilometru, bi Newman jispicca fit-tielet post.

Fis-semi-finali ghall-klassijiet Bronze u Copper, Boston Harbor kiseb it-tieni rebha konsekuttiva fl-ewwel wahda, filwaqt li Great Line rregistra rebha b’distakk zghir fit-tieni. Iz-zwiemel l-ohra li kkwalifikaw huma Kejser Engely, Blizzard, Lemon Solo, Papa’s Dream, Lazume Simoni, Divinis, Zut u Insa.

Fil-klassi Gold rajna r-raba’ rebha stagjonali ghal Energy Launcher u l-promozzjoni tieghu ghall-klassi Premier, filwaqt li Magnifique Sablais rregistra it-tielet rebha stagjonali fil-klassi Silver biex kiseb il-promozzjoni ghall-klassi Gold.

Iz-zewg tigrijiet tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1,250m raw id-dominanza ta’ Mayfair Princess li rregistrat l-ewwel rebha taghha f’Malta b’distakk konsiderevoli fil-klassi B, filwaqt li d-debuttant Kimberley Downs kellu debutt rebbieh fil-klassi A.

Varjeta’ fl-etajiet taz-zwiemel

Aspett li jolqotni fil-qasam tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta hija l-varjeta’ ta’ etajiet ta’ zwiemel li jikkompetu fil-korsa tal-Marsa. Minhabba li f’pajjizna m’ghandniex tradizzjoni li nwelldu zwiemel tat-tigrija, iz-zwiemel taghna tista’ tghid kollha jigu mpurtati wara li jtemmu l-karriera taghhom barra minn xtutna.

Ghalhekk hafna drabi, iz-zwiemel tat-trott jibdew jigru fostna f’etajiet ta’ bejn 9 u 11-il sena, meta jkunu vicin jew lahqu l-limitu ta’ eta’ biex jikkompetu fil-pajjiz barrani rispettiv jew ma lahqux (jew improbabbli li jilhqu) il-miri ta’ rebh rikjesti biex ikunu jistghu jkomplu jtellqu hemm.

Minkejja dan, numru minnhom jibqghu jaghtu giri ferm tajjeb f’pajjizna. Uhud jirnexxilhom anki jaghmlu l-aqwa hin personali taghhom hawnhekk u kultant (jista’ jkun li t-track taghna huwa aktar adattat ghall-giri taghhom jew li jkollhom relazzjoni ahjar mat-trainer jew sewwieq Malti?), jaghtu prestazzjonijiet li huma fl-istess livelli jew ahjar minn dawk li taw f’eta’ izghar barra minn Malta.

Dan l-ahhar, rajna wkoll numru inkoragganti ta’ zwiemel (l-aktar Skandinavi) li jiddebuttaw fostna fil-klassijiet l-aktar gholjin f’etajiet izghar ta’ 6 sa 8 snin, meta hafna drabi jkun ghad fadlilhom margini tajba ta’ titjib u li jtuna l-opportunita’ li niehdu pjacir bihom fostna matul l-aqwa snin taghhom.

Aktar ma jikbru fl-eta’, jonqsu z-zwiemel li jirnexxihom ikomplu jikkompetu (bhal ma jigri wkoll barra minn xtutna, fejn in-numru ta’ zwiemel ta’ generazzjoni partikolari jonqos kull sena, anki minn eta’ relattivament zghira). Izda whud minnhom ikomplu jaghtu prestazzjonijiet ta’ minn ifahharhom anki meta jkunu qed jikbru fl-eta’.

Li jkollna rebbieha tat-Tazza l-Kbira ta’ 14 u 13-il sena, ziemel ta’ 13-il sena li gheleb kompetituri Maltin u Taljani izghar minnu f’Siracusa biex rebah it-Trofeo del Mediterraneo, ziemel li rebah wahda mill-finali tal-kampjonat tal-U*Bet u iehor li kkwalifika ghal wahda mill-finali tat-Tazza Assikura ta’ din is-sena, it-tnejn fl-eta’ ta’ 15-il sena, huma uhud mill-ezempji li jikkonfermaw dan.

Fil-fatt, bhal ma jigri fil-kaz tal-bnedmin, fejn bi thejjiha u dixxiplina xierqa certi atleti anki f’eta’ avvanzata jirnexxilhom ilahhqu ma dawk izghar minnhom, numru miz-zwiemel taghna juru li minkejja li mhumiex daqstant zghar fl-eta’, b’kura u preparazzjoni kif suppost, jista’ xorta jkun fadlilhom hafna x’joffru.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha u l-Ghid it-Tajjeb.