Monday 25th April 2011
Gazzetti: Tigrija Malta vs Finlandja

Kenneth Vella jikteb fuq il-gurnal bl-Ingliz "The Times"...
Mizzi l-ewwel fl-aqwa tigrija tal-gurnata - Darren Mizzi, li kien qed issuq lill-Kiton de Bouere, rebah l-aktar tigrija prestigguza tal-gurnata, tigrija internazzjonali fuq distanza qasira ta' 2,140m fejn sewwieqa lokali sfidaw 6 sewwieqa ohra li gew apposta mill-Finlandja. Din it-tigrija kienet tifforma parti mid-19 il-laqgha tal-istagun 2011, liema programm kien jinkludi 8 tigrijiet tat-trott. Wara din it-tigrija ic-chairman tal-Club Dr. Matthew Brincat ipprezenta it-trofew lis-sewwieq rebbieh Mizzi. Dr Brincat ukoll qassam tifkira lill-partecipanti barranin kollha li hadu sehem. Kiton de Bouere irregistra l-ewwel rebha matul dan l-istagun, f'hin ta' 1’18” fil-kilometru.

Il-programm kien jinkludi wkoll tigrija Premier fuq distanza ta' 2,640m li ntrebhet min Mon Daniel, taht il-gwida ta' James Carabott.


Sacrobate jikteb fuq "l-Orizzont" ...
Tmiem drammatiku fi Klassi Premier - Ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa sar id-19-il programm ta’ l-istaġun, fejn f’dan spikka ħafna t-tmiem drammatiku li seħħ fl-aqwa tiġrija miftuħa għall-Klassi Premier. F’dan kienu nvoluti Mon Daniel u Master Perrine, żewġt iżwiemel Franċiżi ta’ 11-il sena, b’ta’ l-ewwel jirbaħ eżatt mat-tmiem.

Sacrobate ikompli billi jghid - Il-bieraħ spikkat ukoll tiġrija, li fiha pparteċipaw sewwieqa li ġew l-aktar mill-korsa ta’ Pori ġewwa l-Finlandja, b’dawn isuqu kontra sewwieqa lokali, bir-rebbieħ f’din ikun Kiton de Bouere misjuq minn Darren Mizzi.


Fil-gurnal "In-Nazzjon" Kenneth Vella jirraporta...
Success ghal Darren Mizzi f’tigrija internazzjonali - il-gurnal jirraporta bi prominenza ir-rebha ta' Darren Mizzi kif ukoll jaghti aktar dettalji fuq il-bqija tat-tigrijiet partikolarment il-klassi Pre