Thursday 28th April 2011
l-20 laqgha tal-istagun 2011 – l-1 ta’ Mejju

minn Magnat

L-ghoxrin laqgha ta’ dan l-istagun se tinzamm fil-korsa tal-Marsa nhar il-Hadd li gej l-1 ta’ Mejju mis-2pm ‘il quddiem u se tikkonsisti f’seba’ tigrijiet. Il-qofol tal-laqgha se jkunu zewg finali ghat-Tazza Assikura fuq distanza ta’ 2,140m, riservati ghal zwiemel tat-trott li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi.

L-ewwel finali tghaqqad il-klassijiet Bronze u Copper u mistennija jiehdu sehem fiha dawn iz-zwiemel: Zut, Blizzard, Lemon Solo, Papa’s Dream, Divinis, Great Line, Boston Harbor, Insa, Lazume Simoni u Kejser Engely. Erba’ Danizi, tlett Germanizi u ziemel kull wiehed mill-Finlandja, l-Italja u l-Istati Uniti, b’etajiet li jvarjaw bejn 7 u 15-il sena.

It-tieni finali tinkludi dawn iz-zwiemel gejjin mill-klassijiet Premier, Gold u Silver: Count of Life, Socrates, Obi Wan Kenobi, Big Hit, Baronello, Indian Attack, Newman, Arifant u Bete Saknussen. Tlett zwiemel Finlandizi, tlett Germanizi, zewg Danizi u Norvegiz, b’etajiet ta’ bejn 6 u 12-il sena.

It-tigrijiet l-ohra tat-trott jikkonsistu f’zewg tigrijiet ghall-klassi Copper u wahda ghall-klassi Bronze, kollha fuq distanza twila ta’ 3,140m. Dawn jinkludu numru ta’ zwiemel gejjin minn prestazzjonijiet tajbin dan l-ahhar, bhal Loulou Noir u Pretty Post fil-klassi Bronze, Lorraine d’Oliverie, Mirall Composite, Marathon D’Isques fil-klassi Copper, u hafna ohrajn.

Se naraw ukoll ukoll zewg tigrijiet tal-galopp, wahda ghal zwiemel tal-klassi B u l-ohra ghal dawk tal-klassi A, it-tnejn fuq distanza ta’ 1,750m, u b’kull wahda tinkuldi lista shiha ta’ tmien zwiemel miktuba. Iz-zewg tigrijiet jinkludu numru ta’ zwiemel li rregistraw rebhiet jew pjazzamenti tajbin dan l-ahhar, bhal Ollie Fliptrik, Life is Now u ohrajn fil-klassi B u Uncle Bertie, Kimberley Downs, Giada Med u ohrajn fil-klassi A.

L-ahhar laqghat
L-ahhar laqghat kienu kkaratterizzati minn zewg tigrijiet eccitanti tal-klassi Premier fuq 2,640m. It-tigrija tas-Sibt rat lil Carnegie Hall imur quddiem fil-fazijiet bikrija, u jzomm il-kmand sal-ahhar 600m meta nqabez minn Le Coup de Foudre li zamm pass b’sahhtu sa l-ahhar, biex rebah f’hin ta’ 1’17’1 fil-kilometru quddiem Gentle Way, Le Bolide du Suret u d-debuttant Candy Fantasy.

Fit-tigrija tal-Hadd rajna taqtiegha brillanti ras imb’ras fl-ahhar 400m bejn Mon Daniel u Master Perrine bir-rebha fl-ahhar jehodha Mon Daniel b’distakk minimu, f’hin tajjeb hafna ta’ 1’15’9 fil-kilometru. Belafonte u Mark de Chamant spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-Hadd kellna wkoll tigrija internazzjonali sabiha bejn sewwieqa Finlandizi u Maltin. Dan l-inkontru ra lis-sewwieqa Maltin Darren Mizzi (Kiton de Bouere), Julian Farrugia (Ironbar), Larson Mifsud (Improve Simb) u David Ellul (Vera L.H.) jispiccaw fl-ewwel erba’ postijiet. Madankollu, iktar importanti mir-rizultat finali, huwa l-ispirtu ta’ hbiberija bejn il-kompetituri kollha.

Ic-Chairman tal-Malta Racing Club Dr Matthew Brincat ipprezenta t-trofew ta’ rebbieh lil Darren Mizzi u tifkiriet tal-okkazjoni lis-sewwieqa. Nawguraw li naraw aktar inkontri ta’ hbiberija ta’ din ix-xorta bil-partecipazzjoni ta’ sewwieqa barranin.

Rajna wkoll zewg tigrijiet interessanti tal-klassi Gold, bi Nuage Somolli jirregistra l-ewwel rebha tieghu f’Malta wara li mar quddiem fl-ahhar dawra tat-tigrija tas-Sibt u zammu sal-ahhar biex rebah f’hin tajjeb ta’ 1’16’5 fil-kilometru quddiem Delvin Brodde, Rambo Lambo u Kalipso Pierji.

It-tigrija tal-Hadd intrebhet minn Matador Knick li qabez lil New Sun fl-ahhar fazijiet u baqa’ sejjer biex rebah minn dan ta’ l-ahhar, Major de la Vronde u Victory Toll.

Ahbarijiet ohra
Fl-ahhar hmistax-il gurnata, il-Malta Racing Club ircieva numru ta’ rizultati ta’ testijiet tad-doping. L-ebda sustanzi projbiti ma nstabu fit-testijiet tad-doping ta’ Mirall Composite, Energy Launcher, Major Chaleonnais, Rybo Juvel, Big Hit, Ker Pellois, Tarruji, Natif du Moulin u Gigo Lloyd (“re-testing” ghall-iskop li jikkompeti mill-gdid). Prosit tassew lis-sidien u trainers ta’ dawn iz-zwiemel li gew misjuba nodfa minn sustanzi projbiti.

Sfortunatament il-Klabb ircieva wkoll rizultati pozittivi ghal ksur tar-regolamenti tad-doping ta’ Kategorija 3 rigward zewg zwiemel ohra. Nawguraw li naraw iktar tnaqqis fin-numru ta’ offizi tad-doping f’Malta, biex inkomplu nippromwovu kultura ta’ “fair play” f’dan l-isport u nizguraw li had ma jikseb success bl-uzu ta’ mezzi illeciti a skapitu ta’ ohrajn li jkunu osservaw ir-regoli.

Pajjizi li mhumiex Franza u l-iSvezja
Il-Finali tat-Tazza Assikura jgibu bhala protagonisti zwiemel li gejjin minn pajjizi li mhumiex Franza u l-iSvezja. Ghalkemm mhux daqstant numeruzi (ammontaw ghal 15% ta’ zwiemel godda fl-2009 u 12% fl-2010 u fl-2011 s’issa), huma fattur kostanti fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel f’Malta.

Mis-sena 2006 ‘l hawn, kellna debuttanti mwielda f’xejn inqas minn 10 pajjizi (apparti Franza u l-iSvezja), cioe’ l-Awstrija, il-Belgju, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Germanja, il-Gran Brettanja (nifmhu li z-ziemel partikolari huwa Daniz izda gie rregistrat fil-Gran Brettanja), l-Italja, l-Olanda, in-Norvegja, u l-Istati Uniti.

Dawn huma kollha pajjizi Ewropej, hlief ghall-Istati Uniti (pero’ hafna miz-zwiemel gejjin minn dak il-pajjiz kienu jikkompetu fl-Ewropa). L-aktar pajjizi ta’ origini popolari fosthom huma d-Danimarka u l-Germanja, segwiti min-Norvegja u l-Finlandja, li jikkonferma l-popolarita’ taz-zwiemel Skandinavi fostna.

Statistici mahruga mill-Union Europeenne du Trot juru li dawn il-pajjizi ghandhom rwol prominenti fix-xena tat-trott fl-Ewropa. L-Italja tokkupa l-ewwel post fost il-pajjizi membri tal-UET, rigward in-numru ta’ tigrijiet tat-trott fil-pajjiz, bil-Finlandja tokkupa r-raba’ post. L-Italja hija wkoll wahda mit-tlett pajjizi ewlenin rigward in-numru ta’ zwiemel tat-trott u l-premjijiet fi flus, bil-Finlandja u n-Norvegja wkoll jokkupaw postijiet fost l-oghla hames pajjizi f’dawn il-kategoriji.

Minghajr m’ghandna ghalfejn immorru lura fil-passat, dawn il-pajjizi anki fil-prezent ghandhom biex jiftahru b’diversi zwiemel eccellenti, bhar-rebbieh tal-Olympiatravet tal-2011 Brioni (Germaniz), ir-rebbieh tal-Prix de l’Atlantique Main Wise As (Taljan), ir-rebbieha tal-Gran Premio delle Nazioni tal-2010 Lisa America (Taljana – bint iz-ziemel tat-trott leggendarju Varenne) u hafna ohrajn.

Ninsabu herqana li naraw fl-azzjoni zwiemel ohrajn ta’ kalibru gejjin minn dawn il-pajjizi fil-finali li se jinzammu nhar il-Hadd li gej.

Nawgurawlkom ilkoll laqgha eccitanti ohra nhar il-Hadd.