Wednesday 4th May 2011
Il-21 u t-22 laqgha tal-istagun 2011 – is-6 u t-8 ta’ Mejju

minn Magnat

Nhar il-Gimgha 6 u l-Hadd 8 ta’ Mejju se jsiru laqghat tat-tigrijiet taz-zwiemel fil-korsa tal-Marsa. Il-laqgha tal-Gimgha tibda’ fis-7pm, b’tal-Hadd tibda’ fis-2.00pm.

Il-laqgha tal-Gimgha tinkludi seba’ tigrijiet filwaqt li tal-Hadd ghandha tmienja. Iz-zewg laqghat huma riservati ghaz-zwiemel tat-trott, u huma fuq distanza twila ta’ 3,140m, hlief ghal tigrija wahda li tingera fuq 2,140m.

Fost l-aktar punti attraenti, naraw tigrija interessanti tal-klassi Premier f’kull laqgha, b’kull tigrija tinkludi 12 –il ziemel registrat.

Fit-tigrija tal-Gimgha jigru diversi zwiemel popolari, bhar-rebbieha tat-Tazza l-Kbira tal-ahhar erba’ snin, Kakisis (ir-rebbieh ta’ din is-sena), In Vitro du Bourg (ir-rebbieh tas-sena l-ohra) u James de l’Iton (ir-rebbieh fl-2008 u l-2009), ir-rebbieh tal-Grand Final ta’ Jannar Lou Petiot u hafna ohrajn.

It-tigrija tal-Hadd tinkludi xi zwiemel tat-trott f’forma tajba bhal Energy Launcher (zewg rebhiet fl-ahhar tlett tigrijiet), Carnegie Hall (rebha u pjazzament fl-ahhar tlett tigrijiet), Gentle Way (zewg pjazzamenti fl-ahhar tlett hargiet) u ohrajn.

Il-Gimgha jkollna wkoll tigrija msejjha International Ladies Challenge ghaz-zwiemel tal-klassi Bronze fuq 2,140m, bil-partecipazzjoni ta’ sewwieqa nisa t’esperjenza Skandinavi u Maltin. Din hija inizjattiva ferm interessanti li qed tinzamm fil-korsa taghna u nawguraw l-isbah xewqat lill-partecipanti kollha.

Il-Hadd jizammu tlett tigrijiet tal-Klassi Gold, li fihom numru ta’ zwiemel ta’ kalibru gholi, uhud minnhom vicin ferm tal-klassi Premier u ohrajn li grew f’dik il-klassi fil-passat.

Sitt zwiemel huma rregistrati biex jiddebuttaw fi tmiem il-gimgha li gej, cioe’ No Comprendo (FR), Nolic de la Merite (FR), Nono d’Echal (FR), Orlando Tejy (FR) u Triangel Kall (SE) fil-klassi Gold, u Oncle Collino (FR) fil-klassi Silver. Ninnutaw ukoll li matul id-19 –il laqgha, Que Nenni des Ducs (FR) ghamel id-debutt tieghu fit-tigrija bejn sewwieqa Maltin u Finlandizi, meta dahal bhala riserva.

L-ahhar laqgha
Il-qofol tal-laqgha tal-Hadd li ghadda kienu l-finali mit-Tazza Assikura fuq 2,140m, riservati ghal zwiemel li mhumiex la Francizi u lanqas Svedizi.

Il-finali riservata ghall-klassijiet Premier, Gold u Silver rat lil Obi Wan Kenobi jiehu l-kmand fil-fazi bikrija u jzommu ghall-bicca l-kbira tat-tigrija, sakemm kellu l-isfida qawwija ta’ Indian Attack madwar 600 mit-tmiem, b’dan ta’ l-ahhar (ziemel Daniz) imur fuq quddiem fid-dritta finali biex rebah it-tieni rebha konsekuttiva, minn Count of Life, Baronello u Obi Wan Kenobi, f’hin tajjeb ta’ 1’16’5 fil-kilometru.

Fil-finali riservata ghall-klassijiet Bronze u Copper, l-Amerikan Boston Harbor iddomina mill-fazijiet bikrija sat-tmiem u rebah it-tielet tigrija konsekuttiva tieghu minn Lazume Simoni, Divinis u Great Line f’dik l-ordni.

Interessanti ninnutaw li l-aqwa hin tal-kumplament tat-tigrijiet fuq id-distanza twila ta’ 3,140m kien ta’ 1’20’0 fil-kilometru u gie registrat fil-klassi Copper miz-ziemel Daniz Hawkear.

Rajna wkoll zewg tigrijiet tal-galopp interessanti bi tmiem b’distakk zghir, it-tnejn mirbuhin minn zwiemel Amerikani. Ollie Fliptrik ha t-tielet rebha tieghu tal-istagun fit-tigrija tal-klassi B minn Life is Now u Nuage de la Tour, filwaqt li Kimberley Downs rebah it-tieni tigrija konsekuttiva tieghu fil-klassi A minn Nikos Heriniere u Joliminoi.

Ahbarijiet ohra
Niehdu l-opportunita’ li nghidu prosit lill-gerrej Champion kurrenti Michael Sultana tas-successi li kiseb dan l-ahhar fil-Belgju. Naghtu l-isbah xewqat lil Michael u nawgurawlu li jkompli juru t-talenti tieghu anki barra minn Malta, u b’hekk jikseb aktar unur ghalih u ghal pajjizu.

Naghtu wkoll l-awguri taghna lill-gerrej Malti Ramon Grima li se jirrapprezenta lil Malta nhar il-Gimgha wara nofsinhar fit-tielet tappa tal-kampjonat ghall-gerrejja tal-Mediterranean Horse Racing Union li se tinzamm fil-korsa ta’ Anfa fil-Marokk.

L-isbah xewqat taghna jmorru wkoll ghas-sewwieq Malti Charlo Debono li se jirrappresenta lil pajjizna nhar il-Hadd wara nofsinhar fit-tieni tappa tal-kampjonat ghas-sewwieqa tal-MHRU li se tinzamm fil-korsa ta’ Agnano, f’Napli, l-Italja.

Tigrijiet bl-involviment ta’ sewwieqa Maltin u barranin

Xi gimghatejn ilu fil-korsa tal-Marsa inzammet tigrija bl-involviment ta’ sewwieqa Maltin u Finlandizi, filwaqt li nhar il-Gimgha li gej se jkollna tigrija bejn sewwieqa nisa Maltin u Skandinavi. Il-gerrejja u sewwieqa taghna qed jiehdu sehem ukoll fil-kampjonati Internazzjonali tal- Mediterranean Horse Racing Union.

Dawn l-inizjattivi huma ferm importanti ghaliex apparti l-ispettaklu u l-kompetizzjoni li joffru, jippermettu wkoll lis-sewwieqa u l-gerrejja taghna li jiehdu esperjenza mill-aktar siewja fir-rigward ta’ kollegi taghhom barranin, biex b’hekk juru li Malta tifforma parti integrali mill-komunita’ internazzjonali tat-tigrijiet taz-zwiemel u jaghtuna l-opportunita’ li nuru t-talenti taghna f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Dawn ighinu wkoll biex jinholqu relazzjonijiet bejn is-sewwieqa taghna u l-kollegi barranin taghhom. Relazzjonijiet bhal dawn jippermettu lil dawn is-sewwieqa kollha li jaqsmu esperjenzi bejniethom u jitghallmu minn xulxin. Pero’ l-aktar, jistghu jirrizultaw fil-kreazzjoni ta’ kuntatti u hbiberiji fit-tul, li jippermettu s-sewwieqa taghna li jitfghu harsithom barra minn xtutna u jakkwistaw vizjoni aktar internazzjonali.

Prosit tassew lil dawk kollha li jiehdu l-inizjattiva li jippromwovu tigrijiet bhal dawn bil-partecipazzjoni ta’ sewwieqa Maltin u barranin u wkoll lill-Malta Racing Club li tilqa’ u torganizza attivitajiet bhal dawn. Jalla jkollna aktar minnhom.

Finalment, naghtu merhba lis-sewwieqa Skandinavi li qed izuruna. Jalla tiehdu gost matul iz-zmien li se tqattghu f’Malta; ninsabu certi li se thossukom tassew komdi fostna.

Nawgurawlkom ilkoll zewg laqghat eccitanti fi tmiem din il-gimgha.