Saturday 4th June 2011
Il-Finali tal-McDonalds Mediterranean Derby


Il-Malta Racing Club habbar illum li l-Final ta' dik li titqies bhala l-aqwa tigrija riservata ghaz-zwiemel tal-galopp, il-Mediterranean Derby, ser tinzamm nhar it-Tlieta 7 ta' Gunju. Ghall-ewwel darba fl-istorja ta' dan it-trofew prestigjuz McDonalds qed jisponsorjaw dan l-avveniment.

Originaljament mgharufa bhala il-"United Service Challenge Cup", l-ewwel edizzjoni tohodna lura ghas-sena 1889, u dan huwa wkoll l-aktar unur bi storja antika fil-kamp tat-tigrijiet taz-zwiemel lokali. Il-partecipanti dejjem kienu jinkludu l-aqwa kwalita’ ta’ zwiemel tal-galopp li kellna x-xorti naraw fil-korsa taghna. Ix-xoghol tas-sengha elaborat li biex inhadmet din it-Tazza kif ukoll l-antikita’ taghha – inhadmet minn Messrs Gerrard and Co f’Haymarket fl-1857 bhala premju ghal Ascot u nxtrat mill-Malta Racing Club fl-1889 – jikkontribwixxi ghall-popolarita’ taghha.

L-aktar lejn l-ahhar tas-seklu 19 u fl-ewwel snin tas-seklu 20, il-gurnata tad-derby kienet tkun okkazjoni mportanti fil-kalendarju socjali Malti u kienet tigbed spettaturi numeruzi, b’ufficjali bl-uniformi u n-nisa taghhom bi lbiesi u kpiepel fl-istil tal-korsa ta’ Ascot.

Hafna zwiemel popolari li jgibu memorji sbieh lid-dilettanti tat-tigrijet nizzlu isimhom fuq dan it-trofew prestigjuz, u numru sew minnhom irnexxielhom jirbhuh aktar minn darba, bhal fl-antik, Centaur fl-ahhar tas-snin erbghin, Bright Hopper f’nofs is-snin hamsin, TWA fil-bidu tas-snin sittin, u ohrajn, u recentement Just The Best li rebhu fl-ahhar sentejn, u Managing Director, bl-akbar numru ta’ rebhiet (hamsa, bejn l-2002 u l-2006).

F'konferenza stampa nhar il-Gimgha ic-Chairman tal-Club Dr. Matthew Brincat, qal "li huwa pjacir kbir li kumpanija internazzjonali bhall McDonalds qed tisponsorja dan l-unur. Biz-zieda fil-popolarita ta' dan l-isport matul dawn l-ahhar ghaxar snin, u l-ghajnuna ta' kumpaniji bhall McDonalds, il-Mediterranean Derby regat irkuprat il-prestigju li kellha fl-imghoddi. Din is-sena rajna wkoll l-introduzzjoni tas-semi finali li wasslu ghall-ghazla tas-seba' finalisti. Nittamaw li l-allejanza mal- kumpanija McDonalds tkompli fis-snin li gejjien wkoll."

Natasha Giorgio, Marketing Manager tal-McDonald’s Malta qalet" L-impenn taghna lejn id-dinja sportiva huwa wiehed mill-miri principali u ahna kburin li sirna parti wkoll mit-tradizzjoni tal-McDonald’s Mediteranean Derby li hija l-ghola unur f'dan il-kamp ekwestru f'pajjizna. Nixtiequ nawguraw lill-gerreja kollha u lill-organizzaturi success f'dan l-isport."

Is-7 finalisti huma:

1. Kimberly Downs
2. Uncle Bertie
3. Just the Best
4. Buttermilk
5. Ollie Fliptrik
6. Mayfair Princess
7. Adorabile Med

Dr Brincat ghalaq billi qal, "iz-zewg semi-finali kienu tigrijiet sbieh li jawguraw tajjeb ghall-finali ta' nhar it-Tlieta 7 ta' Gunju, fest nazzjonali." Huwa irringrazja lill-McDonalds tas-support f'dan l-avveniment.