Friday 22nd May 2015
5 Tigrijiet Premier

Nhar il-Ħadd li ġej fil-korsa tal-Marsa jinġera wieħed mill-aqwa programmi ta’ l-istaġun fejn iż-żwiemel kollha ta’ l-ogħla klassi jikkompetu f’ħames tiġrijiet għal żewġ finali li jinġrew nhar is-7 ta’ Ġunju u li ser ikunu mxandra dirett madwar l-Ewropa kollha għax huma klassifikati bħala tiġrijiet PMU.


 


Iż-żwiemel Franċiżi ser jiġru fi 3 heats kwalifikattivi għal finali tal-Prix de Vincennes mill-kampjonat sponsorjat mill-Assoċjazzjoni Franċiża tat-Trott. Total ta’ 26 żiemel ser ikunu qed ifittxu li jkunu wieħed mit-tnax li jikkwalifikaw għall-finali.


 


Fl-istess programm ikollna wkoll żewġ semi finali tal-Klassi Gold mill-istess kampjonat biex ikunu ukoll tnax li jaslu sal-finali tal-Prix d’Enghien li wkoll issir nhar is-7 ta’ Ġunju u li wkoll tkun tiġrija PMU.


 


Iż-żwiemel tal-Klassi Premier li mhumiex Franċiżi ser jiġru għas-Sette Giugno Cup fejn minn 18 il-żiemel f’żewġ semi finali tnax iridu jikkwalifikaw għall-finali. Din ser tkun l-ewwel darba li din il-finali taqa taħt is-sistema PMU jiġifieri li tixxandar dirett ma l-Ewropa u jsir il-logħob fuqa. Is-semi finali kollha huma fuq distanza ta’ 2140m.


 


Isiru wkoll żewġ tiġrijiet normali fuq distanza ta’ 2640m.


 


Ħafna aktar spettaturi mis-soltu huma mistennija l-Korsa nhar il-Ħadd minħabba l-livell ogħli ta’ kompetivitta li fih dan il-programm. L-ewwel tiġrija tibda fis-1:45 pm.


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/16/15