Wednesday 21st October 2015
Velj. Wahlsten Oy Condition Races

Nhar il-Ħadd li ġej jiġu fi tmiem l-ewwel tliet kompetizzjonijiet wara l-waqfa tas-Sajf. Matul l-aħħar tliet programmi ta’ tiġrijiet il-klassijiet Silver, Bronze u Copper ikkompetew sabiex jikkwalifikaw għall-Condition Races sponsorjati mill-Kumpanija Finlandiża li timmanifattura l-inġenji Velj. Wahlsten Oy. Din il-kumpanija hija rrappreżentata f’Malta minn P & M Farrugia (Tan-Niger).


 


It-tliet sidien rebbieħa ser jingħataw għata kommemorattiva filwaqt li l-ewwel erbgħa f’kull tiġrija jiġu ppreżentati b’trofew li ġie kkummisjunat għal ta’ l-apposta grazzi wkoll għal Ronald James ta’ Marindex Trophies li ħa ħsieb id-disinn u l-manifattura.


 


Wieħed jista jgħid li t-tiġrijiet kwalifikattivi kienu ferm kompetittivi u laħqu livell ogħli speċjalment fi klassi Silver li mis-seba’ tiġrijiet li saru kienu biss ir-rebbieħa li għaddew filwaqt li l-ħames żwiemel l-oħra intagħżlu minn dawk li rreġistraw l-aħjar ħin fit-tieni post.


 


Il-poloz ta’ dawn it-tliet finali telgħu nhar it-Tnejn f’din l-ordni:


 


Klassi Copper (Ir-4 tiġrija)


 


1.       URANUS DU COURS


2.       ATOUT DE CARRIERE


3.       ALANA


4.       TAP TIARA


5.       QUIBUS


6.       FREDDIE MELON


7.       BUCKENS STJARNA


8.       HASKOVIS


9.       ARCADIE LORY


10.   PUNCH EM


11.   PRINCE TEEMER


12.   OCEAN GEDE




Klassi Bronze (Il-ħames tiġrija)


 


1.       VOILA DRY


2.       GIN T.DALIMO


3.       PERICLE


4.       SEIGNEUR DU DROPT


5.       ABSOLUTELYMEADOW


6.       DREAMED VICTORY


 NOBLE RAUN


8.       OREGON FRONTLINE




Klassi Silver (Is-seba’ tiġrija)


 


1.       MEMORY CHIP


2.       SAPHIR BARBES


3.       ROYAL IN


4.       SCARFACE RINGEAT


5.       TRICOLOREN


6.       RATATOUI


7.       QUOZAK PRIOR


8.       PRONGER


9.       VERSACE BOKO


10.   TENERO


11.   REX SPEED


12.   PRIDE LENDALUND


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


 


MRC/19/15