Thursday 22nd October 2015
Finali Tazza Johnnie Walker

Il-Ħadd l-1 ta’ Novembru ser tinġera l-finali tat-Tazza Johnnie Walker li bħas-sena l-oħra hija riservata għall-żwiemel tat-trott kategorija Gold. Din se tkun is-seba’ tiġrija fil-programm u tibda fl-4:05 ta’ wara nofsinhar.  Id-distanza hija waħda ta’ 2140m tluq bil-karozza.


 


Din is-sena f’dan il-kampjonat ħadu sehem 19 il-żiemel aktar mis-sena l-oħra u filfatt saret tiġrija kwalifikattiva aktar peress li saru ħames tiġrijiet bejn il-Ġimgħa 2 u l-Ħadd 4 t’Ottubru li minnhom ikkwalifikaw 20. Dawn ġrew f’żewġ semi finali li saru l-Ħadd 18 t’Ottubru sabiex saru magħrufa l-għaxar finalisti li llum ser titella l-polza għalihom.


 


Bħas-sena l-oħra f’din il-finali hemm fond ta’ premjijiet li jammonta għal-1600 Ewro bir-rebbieħ jieħu 900 Ewro kif ukoll trofej li tħejjew għal ta’ l-apposta għal dawk li jispiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet. Ir-rebbieħ ser jingħata wkoll għata kommemorattiva. Barra minn hekk is-sid taż-żiemel rebbieħ ser jingħata flixkun Johnnie Walker Blue Label, tat-tieni Johnnie Walker Platinum, tat-tielet jinghata Johnnie Walker Gold u r-raba’ post Johnnie Walker Double Black Label.Apparti hekk is-sid rebbieħ jingħata d-dritt li jżomm għal sena it-trofew Johnnie Walker li kien inawgurat fl-1939. Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra kien iż-żiemel New Star DK misjuq minn Noel Baldacchino.


 


Għal darb’oħra nixtiequ nirringrazzjaw lil-isponsor M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd speċjalment il-Marketing Manager is-Sur Alfred Braddick tal-fiduċja li reġaw tawna biex jerġa jiġi organiżżat dan il-kampjonat li issa sar wieħed mistenni mid-dilettanti kollha.


 


Għal din il-konferenza stampa, apparti l-membri tal-media, ġew mistiedna wkoll is-sidien taż-żwiemel finalisti sabiex huma stess tellaw in-numru li bih iż-żiemel ser jitlaq wara l-karozza.


Iż-żwiemel finalisti bil-ġerrejja probabli tagħhom huma dawn:


 


1. RADJAH DE MARZY (Patrick Spiteri)


2. ONE PHOTO (Charles Debono)


3. NASHVILLE DANCER (Andrew Farrugia)


4. OURASI DIAMS (Emmanuel Fenech)


5. RONSON CLOC (Carmelo Farrugia)


6. SEUL EN TETE (Charles Camilleri)


7. PACIFIC JOY (Anthony Bartolo)


8. SIGNE (James Carabott)


9. BIG BEN (Salvu Cutajar)


10. COOL CAVIAR (Julian Farrugia)


 


 


Lorraine Cunningham


Public Relations & Media Officer


Malta Racing Club


 


MRC/20/15